|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1703 |
18.6.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1703
tal-11 ta’ Marzu 2024
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/1732 fir-rigward tal-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fuq ir-repożitorji tat-titolizzazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1732 (2) jispeċifika t-tip u l-ammont ta’ tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fuq ir-repożitorji tat-titolizzazzjoni, u l-modalitajiet tal-ħlas tagħhom. |
|
(2) |
Fl-2018, kemm ir-rieżami tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni kif ukoll l-awditu tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (3) kkonkludew li s-sistema ta’ finanzjament tat-tariffi tal-ESMA hija kumplessa bla bżonn. Biex jiġi simplifikat il-ġbir tat-tariffi u jitnaqqsu r-riskji b’rabta mal-kalkolu skorrett jew l-allokazzjoni ineffiċjenti tat-tariffi, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza ta’ aspetti tekniċi fl-atti delegati differenti kollha dwar it-tariffi imposti mill-ESMA. |
|
(3) |
Biex jiġi kopert bis-sħiħ l-infiq tal-ESMA relatat mas-superviżjoni tar-repożitorji tat-titolizzazzjoni, jenħtieġ li t-tariffi annwali għas-superviżjoni jiġu determinati fuq il-bażi tal-istima annwali tal-ispejjeż diretti kollha meħtieġa għall-kompiti superviżorji mwettqa mill-ESMA u ta’ tqassim raġonevoli tal-ispejjeż ġenerali fissi u varjabbli tal-ESMA. |
|
(4) |
F’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 (4), jenħtieġ li t-tariffi imposti fuq ir-repożitorji tat-titolizzazzjoni jiġu stabbiliti f’livell li jiżgura li tkun koperta l-ispiża sħiħa tas-servizzi pprovduti mill-ESMA u li jiġi evitat defiċit, iżda fl-istess ħin jevita l-akkumulazzjoni ta’ surplus sinifikanti. Meta riżultat baġitarju pożittiv jew negattiv sinifikanti jsir rikorrenti, il-livell tat-tariffi jenħtieġ li jiġi rivedut. |
|
(5) |
L-ESMA jenħtieġ li tkun tista’ tistabbilixxi l-baġit annwali tagħha fil-ħin, abbażi ta’ data ċċertifikata dwar il-fatturat. Sabiex l-ESMA tkun tista’ tikkalkula t-tariffi għas-superviżjoni annwali, jenħtieġ li tiġi stabbilita skadenza sa meta r-repożitorji tat-titolizzazzjoni għandhom jissottomettu lill-ESMA l-kontijiet awditjati tagħhom. |
|
(6) |
Il-fatturat applikabbli tar-repożitorji tat-titolizzazzjoni jiġi kkalkulat f’euro. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi speċifikat mekkaniżmu għall-konverżjoni f’euro ta’ dħul iġġenerat f’muniti oħra. |
|
(7) |
It-tariffa għar-reġistrazzjoni u l-estensjoni tar-reġistrazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-kostijiet imġarrba mill-ESMA biex tinvestiga jekk ir-repożitorju ta’ titolizzazzjoni kkonċernat jissodisfax il-kundizzjonijiet kollha għar-reġistrazzjoni jew l-estensjoni tar-reġistrazzjoni. Meta repożitorju ta’ titolizzazzjoni applikant jirtira l-applikazzjoni tiegħu, l-ESMA tkun ġarrbet kostijiet u ma tkun taħt l-ebda obbligu li tirrimborża tariffi relatati ma’ tali reġistrazzjoni jew estensjoni tar-reġistrazzjoni. |
|
(8) |
Il-kost amministrattiv marbut mat-tariffa superviżorja tal-ewwel sena għal repożitorju ta’ titolizzazzjoni rreġistrat f’Diċembru, mhuwiex proporzjonat mat-tariffa nnifisha. Għalhekk, repożitorju ta’ titolizzazzjoni li jkun irreġistrat f’Diċembru jenħtieġ li jiġi eżentat mir-rekwiżit li jħallas tariffa superviżorja annwali għas-sena li fiha jkun ġie rreġistrat dak ir-repożitorju ta’ titolizzazzjoni. |
|
(9) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-atti delegati dwar it-tariffi li għandhom jitħallsu lill-ESMA, l-ESMA jenħtieġ li tikkalkula l-penali f’każ ta’ pagamenti tard f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-imgħax ta’ inadempjenza stabbiliti fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(10) |
Sabiex tkompli tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tat-tariffi, u sabiex jiġi żgurat li l-ESMA jkollha r-riżorsi meħtieġa biex twettaq l-attivitajiet superviżorji ppjanati tagħha, jenħtieġ li l-ESMA ma tirrimborżax it-tariffi superviżorji annwali. |
|
(11) |
Sabiex tiġi evitata l-inċertezza legali għall-proċess ta’ ġbir ta’ tariffi li għaddej, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2025. |
|
(12) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2020/1732 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2020/1732
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1732 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa mibdul kif ġej: “Artikolu 1 Irkupru tal-kostijiet kollha ta’ superviżjoni It-tariffi imposti fuq ir-repożitorji ta’ titolizzazzjoni jkopru:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej: “2. It-tariffa għas-superviżjoni annwali li għandha titħallas minn repożitorju ta’ titolizzazzjoni għas-sena li fiha jkun ġie rreġistrat dak ir-repożitorju ta’ titolizzazzjoni għandha tkun ugwali għat-tariffa għar-reġistrazzjoni dovuta skont l-Artikolu 3, immultiplikata bl-għadd ta’ jiem kalendarji mid-data tar-reġistrazzjoni tar-repożitorju ta’ titolizzazzjoni sa tmiem dik is-sena u diviża bl-għadd totali ta’ jiem f’dik is-sena. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, meta repożitorju tat-titolizzazzjoni jkun irreġistrat matul ix-xahar ta’ Diċembru, dak ir-repożitorju ma għandux ikun meħtieġ iħallas tariffa għas-superviżjoni annwali għas-sena li fiha jkun ġie rreġistrat. 3. It-tariffa superviżorja annwali għal sena n partikolari li trid titħallas minn repożitorju ta’ titolizzazzjoni rreġistrat fl-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ qabel jew wara għandha tkun ugwali għat-tariffa ta’ reġistrazzjoni dovuta skont l-Artikolu 3.” |
|
(4) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Kwalunkwe ħlas tard għandu jġarrab l-imgħax ta’ inadempjenza stabbilit fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). (*1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj).”;" |
|
(5) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
fl-Artikolu 7, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2402/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1732 tat-18 ta’ Settembru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fuq ir-repożitorji tat-titolizzazzjoni, (ĠU L 390, 20.11.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/1732/oj).
(3) Il-Qorti tal-Awdituri, Rapport annwali dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018, (ĠU C 417, 11.12.2019, p. 29 u p. 85 ff).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/715/oj).
(5) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1703/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)