31994D0034



Official Journal L 021 , 26/01/1994 P. 0022 - 0022
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 55 P. 0367
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 55 P. 0367


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-24 ta' Jannar 1994

dwar l-implimentazzjoni tan-network kompjuterizzat Animo

(94/34/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komuniti Ewrope,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi li japplikaw għall-kummerċ fi ħdan il-Komunità f'ċerti annimali ħajjin u prodotti tagħhom bil-ħsieb li jitwettaq is-suq intern [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 92/118/KEE [2], partikolarment l-Artikolu 20 (3) għha,

Billi l-Kummissjoni adottat diversi deċiżjonijiet dwar in-network kompjuterizzat Animo, partikolarment id-Deċiżjoni 91/398/KEE tas-19 ta' Lulju 1991 dwar in-network kompjuterizzat li jgħaqqad l-awtoritiajiet veterinarji (Animo) [3], id-Deċiżjoni 92/486/KEE tal-25 ta' Settembru 1992 li tistabbilixxi l-forma ta' kooperazzjoni bejn iċ-ċentru li jilqa' l-Animo u l-Istati Membri [4] u d-Deċiżjoni 93/227/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar it-twaqqif proviżorju tan-network kompjuterizzat Animo fl-Italja [5];

Billi n-network kompjuterizzat Animo jista' issa jitħaddem f'parti kbira tal-Komunità;

Billi l-għan huwa li n-network ikun jista' jitħaddem f'kull parti tal-Komunità; billi huwa għalhekk meħtieġ li jkunu stabbiliti limiti ta' żmien għall-implimentazzjoni tas-sistema kollha kemm hija;

Iżda, billi huwa meħtieġ, li jkunu stipulati regoli li japplikaw fil-każ li xi Stat Membru ma jkunx f'qagħda li jieħu sehem għal kollox fin – network;

Billi din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għal disposizzjonijiet ta' qabel dwar in-network Animo, partikolarment dawk li jinsabu fid-Deċiżjonijiet 92/486/KEE u 93/227/KEE;

Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unitajiet ċentrali tagħhom ikunu mqabbda man-network Animo (jintbagħtu u jintlaqgħu l-messaġġi kollha li tipprovdi għalihom is-sistema Animo) sa mhux aktar tard mill-1 ta' Frar 1994.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhon jiżguraw li l-unitajiet lokali u l-istazzjonijiet ta' spezzjon fuq il-fruntiera jkunu mqabbda man-netwerk Animo sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 1994.

Artikolu 3

Jekk Stat Membru ma jkunx jista', skond l-Artikolu 1, juża n-network kompjuterizzat Animo mill-1 ta' Frar 1994, l-awtorità ċentrali ta' dak l-Istat Membru għandha tibgħat permezz ta' fax lill-awtorità ċentrali tal-pajjiż ta' destinazzjoni l-messaġġi kollha li s-sistema Animo hija maħsuba li tmexxi.

Artikolu 4

Jekk unità lokali fi Stat Membru ma tkunx tista 'tuża n-network kompjuterizzat Animo mill-1 ta' Ġunju 1994, l-awtorità ċentrali ta' dak l-Istat Membru għandha tiżgura li l-messaġġi kollha li dik l-unità hija maħsuba li tmexxi taħt is-sistema Animo tidħol responsabbli għalihom l-unità ċentrali.

Artikolu 5

Id-diżposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw bla ħsara għad-Deċiżjonijiet ta' qabel dwar is-sistema Animo, partikolarment dawk li jinsabu fid-Deċiżjonijiet 92/486/KEE u 93/227/KEE.

Artikolu 6

Is-sitwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sistema Animo għandha tkun mistħarrġa mill-ġdid f'Marzu 1994.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Jannar 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU tat L 224, 18. 8. 1990, p. 29.

[2] ĠU tat L 62, 15. 3. 1993, p. 49.

[3] ĠU tat L 221, 9. 8. 1991, p. 30.

[4] ĠU tas L 291, 7. 10. 1992, p. 20.

[5] ĠU tat L 97, 23. 4. 1993, p. 31.

--------------------------------------------------