|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1402 |
13.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 314/2023
tat-8 ta’ Diċembru 2023
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2024/1402]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/409 tat-18 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut minimu ta’ ossidu tal-kalċju f’fertilizzanti inorganiċi solidi sempliċi b’makronutrijenti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1 (ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“- |
32023 R 0409: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/409 tat-18 ta’ Novembru 2022 (ĠU L 59, 24.2.2023, p. 1).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2023/409 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE* (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 77/2023 tat-28 ta’ April 2023 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Pascal Schafhauser
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1402/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)