European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2991

29.4.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.11386 – KKR / NETCO)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/2991)

1.   

Fid-19 ta’ April 2024 il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

KKR & Co. Inc. (flimkien mas-sussidjarji tagħha “KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

NetCo (l-Italja).

KKR se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ NetCo kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni qed titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

KKR hija ditta tal-investiment globali li toffri l-ġestjoni tal-assi alternattivi kif ukoll soluzzjonijiet għas-swieq finanzjarji u tal-assikurazzjoni,

—

NetCo hija kumpanija li għadha kif twaqqfet magħmula minn FiberCop S.p.A (“FiberCop”), li attwalment hija kkontrollata b’mod konġunt minn KKR u Telecom Italia S.p.A. (“TIM”), u minn ċerti assi tal-infrastruttura tan-network fiss ta’ TIM (“TIM Network Business”). FiberCop hija kumpanija bil-kwartieri ġenerali fl-Italja li attwalment tipprovdi servizzi ta’ assi sekondarji passivi biss fuq in-networks tar-ram u tal-fibra fl-Italja u li l-missjoni tagħha hija li taġġorna l-assi sekondarji ta’ TIM fl-Italja mir-ram għall-fibra. Wara t-tranżazzjoni, NetCo se tipprovdi, fost l-oħrajn, servizzi ta’ aċċess fissi bl-ingrossa kemm fuq in-networks tar-ram kif ukoll fuq in-networks tal-fibra fl-Italja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11386 – KKR / NETCO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2991/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)