|
26.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/7 |
Informazzjoni mil-Latvja dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
2011/C 24/06
Skont l-Anness II, it-Taqsima II.2.8 għad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi, ir-Repubblika tal-Latvja informat lill-Kummissjoni li:
|
— |
Skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, it-Taqsima II.2.8 għad-Direttiva 2008/68/KE l-Latvja tuża l-Anness II tal-SMGS dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferroviji minn u lejn partijiet kontraenti fl-OSJD lil mhumiex Stati Membri tal-Unjoni Ewropea. |