Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), u, sussidjarjament, talba intiża għat-tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuq ir-rikorrenti mill-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), hija annullata sa fejn hija żżomm lil FLSmidth & Co. A/S responsabbli għall-ksur uniku u kontinwu previst fl-Artikolu 1(1) tagħha, matul il-perijodu bejn il-31 ta’ Diċembru 1990 u l-31 ta’ Diċembru 1991.
2) L-ammont ta’ ħlas li għalih FLSmidth & Co. A/S hija responasabbli in solidum skont l-Artikolu 2(f) tad-Deċiżjoni C (2005) 4634, ġie stabbilit għal EUR 14.45 miljun.
3) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4) Il-Kummissjoni Ewropea u FLSmidth & Co. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.