European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2619

7.5.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta' Marzu 2025

li tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal bidliet fit-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali taċ-Ċekja, tal-Ġermanja, tal-Kroazja, tal-Italja, u tas-Slovakkja fir-Reġistru tal-Unjoni

(C/2025/2619)

IL-KUMMISSJONI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nru 280/2004/KE u Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u Nru 1193/2011 (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ April 2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/278/UE (2) li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (4), id-Deċiżjoni 2011/278/UE tkompli tapplika għall-allokazzjonijiet relatati mal-perjodu ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 2021. L-allokazzjonijiet notifikati kollha msemmija f’din id-deċiżjoni huma relatati mal-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020.

(2)

Fil-5 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2013/448/UE (5) dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu 2013–2020, skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE.

(3)

Bid-Deċiżjoni 2014/9/UE (6), il-Kummissjoni emendat id-Deċiżjonijiet 2010/2/UE (7) u 2011/278/UE fir-rigward tal-listi ta’ setturi u subsetturi meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (minn hawn ’il quddiem “il-lista ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju”).

(4)

Bid-Deċiżjonijiet C(2013) 9281 (8), C(2014) 123 (9), C(2014) 674 (10), u C(2014) 1167 (11), il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali u t-tabelli riveduti tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Ġermanja, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Kroazja, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, tan-Netherlands, tal-Awstrija, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, tas-Slovakkja, tal-Finlandja, u tal-Iżvezja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, iċ-Ċekja nnotifikat lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra datata t-13 ta’ Frar 2025, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba l-waqfien parzjali u l-irkupru sussegwenti tal-livelli ta’ attività.

(6)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra datata d-9 ta’ Lulju 2024, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba l-waqfien parzjali u l-irkupru sussegwenti tal-livelli ta’ attività.

(7)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, il-Kroazja nnotifikat lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra datata s-16 ta’ Mejju 2024, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba l-waqfien parzjali u l-irkupru sussegwenti tal-livelli ta’ attività.

(8)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra datata s-7 ta’ Jannar 2025, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba l-waqfien parzjali u l-irkupru sussegwenti tal-livelli ta’ attività.

(9)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, is-Slovakkja nnotifikat lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra datata l-11 ta’ Frar 2025, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba l-waqfien parzjali u l-irkupru sussegwenti tal-livelli ta’ attività.

(10)

Il-bidliet notifikati fit-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali taċ-Ċekja, tal-Ġermanja, tal-Kroazja, tal-Italja, u tas-Slovakkja huma f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/278/UE. Għalhekk, l-amministratur ċentrali jenħtieġ li jingħata struzzjonijiet biex idaħħal dawk il-bidliet fir-Reġistru tal-Unjoni,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-amministratur ċentrali għandu jdaħħal il-bidliet fit-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali taċ-Ċekja, tal-Ġermanja, tal-Kroazja, tal-Italja, u tas-Slovakkja stabbiliti fl-Anness tar-Reġistru tal-Unjoni.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2025.

Għall-Kummissjoni

Wopke HOEKSTRA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta' April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 27).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/9/UE tat-18 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 9, 14.1.2014, p. 9).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, 5.1.2010, p. 10).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9281 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Awstrija, tal-Greċja, tal-Irlanda, tal-Latvja, tan-Netherlands, tal-Portugall, tal-Iżvezja, u tar-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 123 tas-17 ta’ Jannar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, ta’ Franza, tal-Litwanja, tal-Ungerija, u tas-Slovakkja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 674 tat-12 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, tal-Ġermanja, tal-Estonja, tal-Lussemburgu, tas-Slovenja, u tal-Finlandja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1167 tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Bulgarija, ta’ Spanja, tal-Kroazja, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Polonja, tar-Rumanija, u tar-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.


ANNESS I

Bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: Iċ-Ċekja

L-allokazzjonijiet mibdulin fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata modifikata skont id-data tan-NE&C, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

CZ000000000000004

4

ArcelorMittal Tubular Products Karviná a.s.

ArcelorMittal Tubular Products Karviná a.s.

10 351

10 171

9 989

9 804

9 619

5 290

5 183

5 076

65 483

CZ000000000000334

334

HELUZ cihlářský průmysl v.o.s.

Cihelna Hevlín I

19 655

19 314

7 388

7 252

12 210

11 972

11 731

11 489

101 011

CZ000000000000329

329

HELUZ cihlářský průmysl v.o.s.

Cihelna Libochovice

24 307

23 885

11 729

8 842

17 349

17 011

21 704

21 256

146 083

CZ000000000000037

37

SKATLOP a.s.

SKATLOP a.s.

117 575

113 935

72 823

69 944

67 109

46 612

44 220

41 886

574 104

CZ000000000000243

243

Wienerberger s.r.o.

Wienerberger s.r.o. - závod Řepov

7 269

7 143

7 015

6 886

6 755

6 624

1 974

6 357

50 023

CZ000000000000171

171

Z-Group, a.s.

pracoviště Hrádek

18 234

17 917

17 597

17 273

8 473

16 615

11 856

7 973

115 938


ANNESS II

Bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE (NER)

Stat Membru: Il-Ġermanja

L-allokazzjonijiet mibdulin fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata min-NER, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

DE000000000208804

208804

Erdwärme Grünwald GmbH

Heizkraftwerk Laufzorn

0

0

0

233

937

1 584

1 303

1 032

5 089


ANNESS III

Bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: Il-Kroazja

L-allokazzjonijiet mibdulin fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata modifikata skont id-data tan-NE&C, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

HR-new-HR-249

206077

GAVRILOVIĆ d.o.o.

GAVRILOVIĆ d.o.o.

7 429

6 648

2 956

2 586

2 229

1 881

3 079

2 437

29 245


ANNESS IV

Bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: L-Italja

L-allokazzjonijiet mibdulin fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata modifikata skont id-data tan-NE&C, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

IT000000000205126

205126

Gruppo Ceramiche Ricchetti SpA

Gruppo Ceramiche Ricchetti S.p.A. - Stab. 7

34 926

34 320

33 706

33 085

24 505

24 028

23 544

23 058

231 172


ANNESS V

Bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: Is-Slovakkja

L-allokazzjonijiet mibdulin fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata modifikata skont id-data tan-NE&C, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

SK000000000000158

158

Wienerberger slovenské tehelne, spol. s r. o., závod Boleráz

Wienerberger slovenské tehelne, spol. s r. o., závod Boleráz

24 562

24 134

19 419

23 268

22 826

22 381

21 931

21 479

180 000


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2619/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)