|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3027 |
10.12.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/3027
tad-19 ta’ Novembru 2024
li taħtar żewġ membri u ħames membri supplenti, proposti mir-Repubblika Portugiża, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Portugiż,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fit-12 ta’ April 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2022/666 (3) li taħtar żewġ membri u ħames membri supplenti, proposti mir-Repubblika Portugiża, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenji tas-Sa Isilda Maria Prazeres DOS SANTOS VARGES GOMES u tas-Sur Hélder António GUERRA DE SOUSA SILVA saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandati nazzjonali li abbażi tagħhom ġew proposti għall-ħatra s-Sa Anabela GASPAR DE FREITAS, is-Sur Luís Carlos PITEIRA DIAS u s-Sur Carlos SILVA SANTIAGO saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(5) |
Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Vítor Manuel MARTINS GUERREIRO u s-Sur Carlos André TELES PAULO DE CARVALHO bħala membri tal-Kumitat tar-Reġjuni, ser isiru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti. |
|
(6) |
Il-Gvern Portugiż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Vítor Manuel MARTINS GUERREIRO, Presidente, Câmara Municipal de São Brás de Alportel (Sindku, tal-Muniċipalità ta’ S. Brâs de Alportel) u s-Sur Carlos André TELES PAULO DE CARVALHO, Presidente, Câmara Municipal de Tabuaço (Sindku, tal-Muniċipalità ta’ Tabuaço). |
|
(7) |
Il-Gvern Portugiż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur João Maria Aranha GRILO, Presidente, Câmara Municipal do Alandroal (Sindku, tal-Muniċipalità ta’ Alandroal), is-Sa Cristina Lasalete CARDOSO VIEIRA, Presidente, Câmara Municipal do Marco de Canaveses (Sindku, tal-Muniċipalità ta’ Marco de Canaveses), is-Sur Hugo Manuel DOS SANTOS MARTINS, Presidente, Câmara Municipal de Odivelas (Sindku, tal-Muniċipalità ta’ Odivelas), is-Sur José Manuel GONÇALVES, Presidente, Câmara Municipal do Peso da Régua (Sindku, tal-Muniċipalità ta’ Peso da Régua), u s-Sur Rogério David SÁDIO DA SILVA, Presidente, Câmara Municipal de Fronteira (Sindku, tal-Muniċipalità ta’ Fronteira), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
|
(a) |
bħala membri:
|
u
|
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13 (ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/102/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/666 tat-12 ta’ April 2022 li taħtar żewġ membri u ħames membri supplenti, proposti mir-Repubblika Portugiża, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 121, 22.4.2022, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/666/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3027/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)