European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6248

19.11.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12222 — COVIVIO GROUP / CDC / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/6248)

1.   

Fis-7 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Covivio Immobilien GmbH (il-Ġermanja), u Covivio Holding GmbH (il-Ġermanja), ikkontrollati minn Covivio SA (“Covivio”, Franza),

—

La Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza),

—

Covivio Berlin Prim II (impriża attwalment mhux inkorporata).

Covivio Group u CDC se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Covivio Berlin Prime II.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Covivio Immobilien GmbH u Covivio Holding GmbH: żewġ sussidjarji Ġermaniżi tal-Grupp Franċiż Covivio, li jispeċjalizzaw fl-akkwiżizzjoni, is-sjieda, l-amministrazzjoni u l-kiri ta’ assi ta’ proprjetà immobbli, fi Franza u fl-Ewropa,

—

Għal CDC: istituzzjoni pubblika Franċiża bi status legali speċjali li twettaq attivitajiet ta’ interess ġenerali b’appoġġ għall-politiki pubbliċi mmexxija mill-Istat u mill-awtoritajiet lokali kif ukoll attivitajiet fi swieq kompetittivi, permezz tas-sussidjarji tagħha, prinċipalment fi Franza.

3.   

L-attivitajiet tal-impriża Covivio Berlin Prime II (li għandha tiġi rreġistrata fil-Lussemburgu) se jkunu kif ġej: iż-żamma u l-ġestjoni f’isimha stess, ta’ portafoll ta’ assi ta’ proprjetà immobbli f’Berlin, il-Ġermanja.

4.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12222 — COVIVIO GROUP / CDC / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

L-indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160 tal-5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6248/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)