|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1250 |
28.11.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11310 — MHI / MELCO / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/1250)
1.
Fis-17 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mitsubishi Heavy Industries, Ltd. (“MHI”, il-Ġappun) kumpanija kkwotata bi sjieda ta’ ishma mifruxa ħafna u mhux ikkontrollata minn xi parti terza; |
|
— |
Mitsubishi Electric Corporation (“MELCO”, il-Ġappun) kumpanija kkwotata bi sjieda ta’ ishma mifruxa ħafna u mhux ikkontrollata minn xi parti terza; |
|
— |
Kumpanija maħluqa ġdida, il-kumpanija tal-integrazzjoni. (“IK”, il-Ġappun). |
MHI u MELCO se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-IK.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
MHI hija attiva fin-negozji tas-sistemi tal-enerġija (sistemi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija), tal-impjanti u tas-sistemi tal-infrastruttura (bastimenti kummerċjali, inġinerija, eċċ.), tal-loġistika, tas-sistemi termali u tat-trażmissjoni (tagħmir tal-immaniġġjar tal-materjali, magni, tas-sistemi tal-arja kundizzjonata, eċċ.), tal-inġenji tal-ajru, tad-difiża u tal-ispazju, |
|
— |
MELCO hija involuta fin-negozji tas-sistemi ta’ utilità pubblika, is-sistemi tal-enerġija, is-sistemi tad-difiża u tal-ispazju, is-sistemi ta’ awtomatizzazzjoni tal-fabbriki, it-tagħmir awtomobilistiku, is-sistemi tal-bini, l-arja kundizzjonata u l-prodotti tad-dar, is-sistemi tal-informazzjoni u s-servizzi tan-network, u s-semikondutturi, |
|
— |
L-IK se tkun attiva fin-negozju tas-sistemi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11310 — MHI / MELCO / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1250/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)