Official Journal L 370 , 30/12/1987 P. 0011 - 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0105
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0105
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jemenda Regolamenti (KEE) Nru 2759/75 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal u (KEE) Nru 2766/75 li jistabbilixxi l-lista ta’ prodotti li għalihom għandhom jiġu iffissati l-prezzijiet ta’max-xatba tas-swieqi u jipprovdi r-regoli biex jiġi iffissat l-prezz limitu għall-karkassi tal-majjali IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 43 tat-Trattat, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi l-Komunità hija parti kontraenti fil-Konvenzjoni Internazzjonali fuq l-Armonizzazzjoni tad-Deskrizzjoni tal-Komodità u tas-Sistema ta’ Kodifikar, minn hawn ‘il quddiem msemmija bħala ‘s-sistema armonizzata’, li tieħu post il-Konvenzjoni tal-15 ta’ Diċembru 1950 fuq in-Nomenklatura għall-Klassifikazzjoni ta’ l-Oġġetti fit-Tariffi tad-Dwana; Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [3] li jistabbilixxi, mill-1 ta’ Jannar 1988, nomenklatura ta’ oġġetti ibbażata fuq sistema armonizzata li għandha tilħaq il-ħtiġiet kemm tat-Tariffa Komuni tad-Dwana u ta’ l-istatistiċi tal-kummerċ estern tal-Komunità; Billi, bħala riżultat, huwa neċessarju li tesprimi d-deskrizzjoni ta’ l-oġġetti u n-numri tat-titoli tat-tariffi li jidhru fir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1475/86 [5], skond it-termini tan-nomenklatura magħquda ibbażata, fuq is-sistemi armonizzati; Billi ċertu dqiq li jittiekel u ikliet tal-laħam jew l-iskart tal-laħam huma klassifikati fis-sub-titoli tat-titoli Nru. 02.06 tat-Tariffa Komuni tad-Dwana fil-preżent fis-seħħ, li huma koperti bir-Regolament (KEE) Nru 2759/75; billi, fin-nomenklatura magħqudat ibbażata fuq is-sistema armonizzata, b’mod ta’ simplifikazzjoni, sub-titolu wieħed ġie stabbilit biex ikopri dqiq kollu li jittiekel u ikliet tal-laħam jew skart tal-laħam; billi hu xieraq lid -dqiq imsemmi u l-ikliet li jkunu koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [6], kif l-aħħar emendat birRegolament (KEE) Nru 3905/87 [7]; billi, bħala riżultat, huma m’għandhomx iżjed ikunu koperti bir-Regolament (KEE) Nru 2759/75; Billi x-xaħam tal-majjal mill-għadam jew il-fdalijiet m’humiex imsemmija fl-Anness II tat-Trattat huma esklużi mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet t’hemm li jikkonċernaw l-agrikultura, filwaqt li lardu u xaħam ieħor tal-majjal miksub mill-partijiet oħra ta’ l-annimal huma suġġetti għalihom; billi fis-sistema armonizzata xaħmijiet mill-għadam jew fdalijiet huma kklassifikati fl-istess titolu tan-nomenklatura bħal-lardu u xaħmijiet oħra tal-majjal; billi, minħabba l-iżvilupp tekniku fl-ipproċessar tax-xaħmijiet ta’ l-annimali huwa impossibbli li tiddistingwi bejn xaħmijiet mill-għadam jew fdalijiet u lardu xaħmijiet oħrajn miksuba mill-ħanzir; billi miżuri adottati għal larduu xaħmijiet oħra tal-majjal fir-rigward tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi u r-regoli tas-suq adottati għal-lardu u x-xaħmijiet oħrajn tal-majjal għandhom għalhekk ikunu estiżi għax-xaħmijiet mill-għadam jew il-fdalijiet tal-ħanżir; Billi preparazzjonijiet omoġinizzati tal-laħam, skart tal-laħam jew demm, preparazzjonijiet tad-demm ta’ l-annimal, u pasta mimlija jkollha iktar minn 20 % bl-użin taz-zalzett u prodotti bħal, laħam u skart tal-laħam, li jinkludi xaħmijiet, jistgħu ikunu klassifikati, skond il-karattru essenzjali tagħhom, f’diversi sub-titoli ta’ titolu Nru 16.02 tat-Tariffa Komuni tad-Dwana preżenti fis-seħħ; billi; fin-nomenklatura magħquda, sub-titoli waħdanin ġew stabbiliti biex ikopru l-preparazzjonijiet omoġinizzati kollha, preparazzjonijiet ta’ demm ta’ kull annimal, pasta mimlija li jkollha iżjed minn 20 % b’piż taz-zalzett u prodotti bħal, laħam u skart tal-laħam, li jinkludi xaħmijiet ta’ kull tip jew oriġini; billi hu xieraq li l-preparazzjonijiet msemmijja li jaqgħu taħt is-sub-titoli msemmija qabel tan-nomenklatura magħquda huma koperti b’Regolament (KEE) Nru 2759/75; Billi l-formolazzjoni tad-deskrizzjoni ta’ l-oġġetti u numri tat-tariffi f’termini tan-nomenklatura magħquda timplika, inter alia, l-adattament tar-Regolament (KEE) Nru 2766/75 [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1905/83 [9], kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2767/75 tad-29 t’Ottubru 1975 li jfassal regoli ġenerali għas-sistema ta’ ‘prodotti piloti u prodotti derivati’ li jippermetti ammonti addizzjonali biex ikunu iffissati għal-laħam tal-ħanzir [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1906/83 [11]; billi r-Regolament (KEE) Nru 2767/75 ma jirriflettix iktar ir-realtà ekonomika fir-rigward ta’ l-arranġament ta’ ammonti addizzjonali; billi fejn hu xieraq, konsegwentament, jistabbilixxi prezzijiet limitu għall-prodotti kollha koperti bir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 u t-tħassir ta’ Regolament (KEE) Nru 2767/75; Billi ħafna regolamenti fis-settur tal-laħam tal-majjal għandhom ikunu adottati biex iqisu l-użu tan-nomenklatura l-ġdida; billi, taħt l-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) 2658/87, it-tibdiliet magħmula jistgħu ikunu ta’ natura tekinka biss; billi, għalhekk, għandha tkun introdotta dispożizzjoni fejn l-aġġustamenti kollha għar-regolamenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal għandha ssir skond il-proċedura ta’ l-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75, iżda l-aġġustamenti bħal dawn huma meħtieġa biss bħala riżultat ta’ l-introduzzjoni tas-sistemi armonizzati, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Regolament (KEE) Nru 2759/75 qed jiġi hawnhekk emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1(1) hu mibdul b’ dan li ġej: "1. L-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-majjal għandu jikkomprendi sistema ta’ prezz u ta’ kummerċ u jkopri l-prodotti li ġejjin: Kodiċi NM | Deskrizzjoni ta' 1-oġġetti | | Ħnieżer ħajjin ta' speċi domestiċi, li ma jkumux annimali puri fir-razza għat-trobbija | | Laħam ta' majjal dornestiku, frisk, mkessaħ jew frozen | ex0206 | Skart li jittiekel ta' majjal domestiku, li ma jkunx għall-manifattura ta' prodotti farrmaċewtiċi frisk, mkessaħ jew frozen | ex020900 | Xaħam tal-majjal ħieles mil-laħam dgħif (mhux rendered), frisk, mkessaħ jew frozen, immellaħ,fis-salmura jmqadded jew affiumigat. | ex0210 | Laħam u skart bil-laħam li jittiekel tal-majjal domestiku, immellaħ fis-salmura, mqadded jew affumigat. | 1501001115010019 | Lardu u xaħam ieħor tal-majjal, rendered,kemm jekk ippressat jew le jew estratt bis-solvent | | Zalzett u prodotti simili, tal-laħam, skart tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet ta' l-ikel ibbazati fuq dawn il-prodotti | 16021000 | Preparazzjonijiet omoġenizzati tal-laħam, skart tal-laħam jew demm | 16022090 | Preparazzjonijiet jew preservati tal-fwied ta' kull annimal, barra tal-wiżż jew tal-papra | 16024911 - | Preparazzjonijiet oħra u preservati li jkollhom laħam jew skart tal-majjal domestiku | 16029010 | Preparazzjonijiet tad-demm ta' kull annimal | 16029051 | Preparazzjonijiet oħra jew preservati Ji jkollhom laħam jew skart tal-laħam tal-majjal domestiku | 19022030 | Pasta mimlija, kemm jekk msajra jew le jew preparata mod ieħor, li jkollha aktar minn 20 % fil-piż ta' zalzett eċċ, tal-laħam u skart tal-laħam ta' kull xorta, inkluż xaħmijiet ta' kull tip jew oriġini" | 2. It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 3 hu mibdul b’dan li ġej: "Aġenziji ta’ intervent għandhom jixtru f’karkassi jew nofs-karkassi, friki jew mkessħa, ta’ sub-titolu 02031110 tan-nomenklatura magħquda; huma jistgħu jixtru f’taż-żaqq (striki), friska jew mkessħa, tas-sub-titolu ex02031915, u xaħam tal-majjal unrendered, frisk jew mkessaħ, tas-sub-titoli ex02090011." 3. L-Artikolu 10 hu emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 2 (b) hu mibdul b’dan li ġej: "(b) it-tieni komponent daqs 7 % tal-medja tal-prezz offrut determinat fuq bażi ta’ l-importazzjoni effetwat matul it-tnax-il xahar qabel l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena. Madanakollu, għal prodotti li jaqgħu taħt titoli Nri ex1602 u ex1902, tal-persentaġġ msemmi qabel għandu jkun 10. Dan il-komponent għandu jkun ikkalkulat darba f’sena għat-tnax-il xahar li jibdew l-1 t’Awissu." (b) Il-paragrafu 3 hu mibdul b’dan li ġej: "3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2, għall-prodotti li jaqgħu taħt sub-titoli 02063021, 02063031, 02064191, 02064991, 15010011, 16010010 u 16022090 fir-rigward ta’ liema r-rata ta’ dazju kienet marbuta fi ħdan il-GATT, il-levijiet għandhom ikunu limitati għall-ammont li jirriżulta minn dawk li jorbtu." 4. L-Artikolu 12 hu emendat kif ġej: (a) Il-Paragrafu 3 hu mibdul b’dan li ġej: "3. Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1), ħlief għall-karkassi tal-majjal, għandhom ikunu imnissla prezzijiet limitu minn prezzijiet limitu għall-karkassi tal-majjal fuq il-bażi ta’ proporzjon iffissat għal dawn il-prodotti taħt l-Artikolu 10(4)." (b) It-tieni inċiż ta’ paragrafu 4 hu imħassar. 5. L-Artikolu 13 hu emendat kif ġej: (a) It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 hu imħassar; (b) Il-paragrafu 4 hu imħassar. Artikolu 2 L-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2766/75 u l-Anness tiegħu qed jiġi hawnhekk imħassar. Artikolu 3 Ir-Regolament (KEE) Nru 2767/75 qed jiġi hawnhekk mħassar. Artikolu 4 Il-Kummissjoni, skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75, għandha tagħmel l-adattamenti neċessarji lill-atti tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li jikkonċernaw l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-majjal li jirriżultaw fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 1. Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikoli 1, 2, u 3 għandhom japplikaw b’effett mill-1 ta’ Jannar 1988. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intjier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul f’Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1987. Għall-Kunsill Il-President N. Wilhjelm [1] Opinjoni mogħtija fit-18 ta’ Diċembru 1987 (għada ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] Opinjoni mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 1987 (għada ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [4] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1. [5] ĠU L 133, tal-21.5.1986, p. 39. [6] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24. [7] Ara paġna 7 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [8] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 25. [9] ĠU L 190, ta’ l-14.7.1983, p. 1. [10] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 29. [11] ĠU L 190, ta’ l-14.7.1983, p. 4. --------------------------------------------------