<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-347/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CC0347</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:732">EU:C:2021:732</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Kokott – Kawża C‑347/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Zinātnes parks</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-avukata ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fid‑<DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑347/20</P><P>SIA <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Zinātnes parks<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P><P>vs</P><P>Finanšu ministrija</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (il-Qorti Amministrattiva Distrettwali, il-Latvja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 651/2014</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ impriża f’diffikultà</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ kapital azzjonarju sottoskritt</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni awtonoma</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2013/34/UE</KEYWORD><KEYWORD>Inapplikabbiltà tad-dritt nazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżiti għall-prova li l-applikant ma għadux impriża f’diffikultà</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni ta’ għażla trasparenti u mhux diskriminatorja fost diversi applikanti</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà ta’ ċaħda ta’ dokumenti ta’ applikazzjoni sottomessi b’mod tardiv</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Impriża fil-forma ġuridika ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju tapplika għal finanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea fil-Latvja u tippreżenta applikazzjoni għal finanzjament għal dan il-għan. Madankollu, peress li iktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt sparixxa minħabba telf akkumulat, din tkun eskluża milli tibbenefika mill-finanzjament bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>. Huwa għalhekk li qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal finanzjament, is-soċji jiddeċiedu fuq żieda fil-kapital korrispondenti. Wara din iż-żieda fil-kapital, l-impriża ma għandhiex tibqa’ titqies bħala impriża f’diffikultà. Skont id-dritt nazzjonali, żieda fil-kapital għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-kummerċ sabiex titqies effettiva. Madankollu, din ir-reġistrazzjoni seħħet wara l-iskadenza tat-terminu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, iżda qabel id-deċiżjoni ta’ ċaħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tqajjem, fil-preżent, il-kwistjoni dwar jekk, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tar-raġuni ta’ esklużjoni ta’ impriża f’diffikultà fis-sens tal-Artikolu 2(18) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas‑<DATE ISO="20140617">17 ta’ Ġunju 2014</DATE> li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="187" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 187, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, huwiex id-dritt nazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni li huwa applikabbli kif ukoll il-kwistjoni dwar minn meta, fis-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali, tgħib ir-raġuni ta’ esklużjoni ta’ impriża f’diffikultà. Tqum ukoll il-kwistjoni tal-prova ta’ żieda<?PAGE NO="2"?> fil-kapital li tkun ġiet deċiża, iżda li tkun għadha ma ġietx irreġistrata matul il-proċedura ta’ għażla. Fil-fatt, id-dritt nazzjonali Latvjan jipprekludi li tingħata kjarifika permezz tas-sottomissjoni ta’ dokumenti addizzjonali wara l-applikazzjoni għal finanzjament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013 (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Regolament FEŻR<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="289" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 289</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="330" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 330, p. 25</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> jeskludi ċerti persuni mill-għajnuna:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-FEŻR m’għandux jgħin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>impriżi f’diffikultà kif definiti taħt ir-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat;<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 651/2014</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-premessa 14 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) tgħid:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(14)</NO.P><TXT>Għajnuna mogħtija lil intrapriżi f’diffikultà għandha tkun eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, billi din l-għajnuna għandha tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ intrapriżi f’diffikultà tal‑<DATE ISO="20041001">1 ta’ Ottubru 2004</DATE> […], kif estiżi mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni tal-applikazzjoni tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà tal‑<DATE ISO="20041001">1 ta’ Ottubru 2004</DATE> […], jew il-Linji Gwida suċċessivi, biex dawn ma jkunx hemm min idur magħhom, bl-eċċezzjoni ta’ skemi ta’ għajnuna li jagħmlu tajjeb għall-ħsara li ċerti diżastri naturali jikkawżaw. Biex ikun hemm ċertezza legali, ikun xieraq li jkunu stabbiliti kriterji ċari li ma jeħtiġux valutazzjoni tal-partikularitajiet kollha tas-sitwazzjoni ta’ impriża biex ikun determinat jekk impriża hix ikkunsidrata li tinsab f’diffikultà għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>intrapriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser intrapriża li sseħħ fir-rigward tagħha mill-inqas waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi:</TXT><?PAGE NO="3"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata […]: fejn aktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha jkun sparixxa bħala riżultat ta’ telf akkumulat. Dan hu l-każ meta t-tnaqqis ta’ telf akkumulat minn riżervi (u l-elementi kollha l-oħra ġeneralment ikkunsidrati bħala parti mill-fondi proprji tal-kumpanija) iwassal għal ammont kumulattiv li jaqbeż nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt. Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kumpanija b’responsabbiltà limitata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tirreferi, b’mod partikolari, għat-tipi ta’ kumpaniji msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2013/34/UE […] u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>kapital azzjonarju<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> jinkludi, fejn rilevanti, kull primjum ta’ ishma.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>Meta l-intrapriża tkun suġġetta għal proċedimenti ta’ insolvenza kollettivi jew tissodisfa l-kriterji skont il-liġi domestika tagħha biex titqiegħed fi proċedimenti ta’ insolvenza kollettivi fuq talba tal-kredituri tagħha.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="320" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 320</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="066" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 66, p. 6</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> jirregola, fl-Artikolu 125(1) u (3) tiegħu, il-funzjonijiet tal-awtorità ta’ ġestjoni kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="125.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-programm operazzjonali skont il-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="125.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fir-rigward tas-selezzjoni tal-operazzjonijiet, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tfassal u, ladarba approvati, tapplika proċeduri u kriterji xierqa ta’ selezzjoni li:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>tiżgura l-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet għall-kisba ta’ objettivi u riżultati speċifiċi tal-prijorità rilevanti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>huma non-diskriminatorji u trasparenti; […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva (UE) 2017/1132</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Id-Direttiva (UE) 2017/1132<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE> dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="169" PAGE.FIRST="46" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 169, p. 46</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji, fl-Artikolu 68 tagħha li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Deċiżjoni mil-laqgħa ġenerali dwar iż-żieda fil-kapital<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="068.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull żieda fil-kapital tiġi deċiża mil-laqgħa ġenerali. Kemm dik id-deċiżjoni kif ukoll iż-żieda fil-kapital sottoskritt għandhom jiġu ppubblikati fil-mod speċifikat mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru, skont l-Artikolu 16.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Dokumenti u dettalji li jridu jiġu żvelati mill-kumpaniji<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jkun hemm l-obbligu ta’ żvelar minn kumpaniji tal-inqas tad-dokumenti u d-dettalji li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>għallinqas darba fis-sena, l-ammont tal-kapital sottoskritt, fejn d-dokument ta’ kostituzzjoni jew l-istatuti jsemmu kapital awtorizzat, sakemm kwalunke żieda fil-kapital sottoskritt ma tkunx teħtieġ emenda tal-istatuti;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Żvelar fir-reġistru<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jipprevedi fil-paragrafi 6 u 7 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.006"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>6.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dokumenti u d-dettalji jistgħu jintużaw kontra terzi mill-kumpanija biss wara li jkunu ġew żvelati skont il-paragrafu 5, sakemm il-kumpanija ma tagħtix prova li l-dawk it-terzi kienu jafu biha.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Barra minn hekk, partijiet terzi jistgħu dejjem jużaw kull dokument u partikolarità li dwaru l-formalitajiet ta’ żvelar jkunu għadhom ma ġewx kompluti, ħlief meta l-effett tagħhom jintilef minħabba l-fatt li ma jkunx sar żvelar.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">5.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2013/34/UE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2013/34/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="182" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 182, p. 19</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> tirrigwarda l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Direttiva dwar il-Kontabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fil-premessa 9 ta’ din id-direttiva jiġi spjegat l-għan ta’ dikjarazzjoni finanzjarja annwali:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jitħejjew fuq bażi prudenti u jagħtu stampa vera u ġusta tal-assi u l-passivi ta’ impriża, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ jew it-telf tagħha. […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà jispjega l-kontenut ta’ dikjarazzjoni finanzjarja annwali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jikkostitwixxu unità waħda komposta u għall-impriżi kollha għandhom jinkludu, bħala minimu, il-karta tal-bilanċ, il-kont tal-qligħ u t-telf u n-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Anness III tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà jikkonċerna l-format orizzontali tal-karta tal-bilanċ u fl-ewwel subintestatura tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Kapital, riżervi u passivi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>A. Kapital u riżervi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> isemmi l-kapital sottoskritt kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>I. Kapital sottoskritt</P><P>(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li l-kapital imsejjaħ għandu jintwera taħt din l-entrata, fejn f’dan il-każ l-ammonti ta’ kapital sottoskritt u l-kapital imħallas għandhom jintwerew separatement).<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Latvjan</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-implimentazzjoni tal-għajnuna mill-fondi tal-Unjoni Ewropea fil-Latvja hija rregolata mill-Eiropas Savienības struktūrfondu un Kohēzijas fonda 2014.‑2020. gada plānošanas perioda vadības likums (il-Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Fondi Strutturali u tal-Fond ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Perijodu ta’ Programmazzjoni 2014‑2020)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Il-liġijiet Latvjani kollha huma disponibbli fuq is-sit https://likumi.lv/, kemm fil-verżjonijiet attwali kif ukoll fil-verżjonijiet preċedenti tagħhom.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 tal-imsemmija liġi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Għażla tal-proposti għal proġetti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jipprevedi fil-punti 2 u 5 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità ta’ kooperazzjoni għandha tagħżel il-proposti għal proġetti skont il-metodi ta’ għażla u l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà tas-sejħa. Il-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà għandhom jitfasslu mill-awtorità ta’ kooperazzjoni u approvati bi ftehim mal-awtorità kompetenti u mal-awtorità ta’ ġestjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proposti għandhom jiġu ppreparati u ppreżentati mill-kandidati skont id-dispożizzjonijiet previsti fil-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tal-istess liġi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Approvazzjoni, approvazzjoni kundizzjonali jew ċaħda ta’ proposti fil-kuntest ta’ sejħiet pubbliċi għal proposti għal proġetti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jipprovdi, fil-punti 3 u 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-proposta għal proġett għandha tiġi miċħuda jekk mill-inqas waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin tkun preżenti:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-proposta ma tissodisfax il-kriterji ta’ evalwazzjoni u l-irrimedjar ta’ nuqqasijiet magħmul skont il-paragrafu 4 ta’ din id-dispożizzjoni jkollu effett fuq il-kontenut sostantiv tagħha.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Deċiżjoni ta’ approvazzjoni kundizzjonali tal-proposta tittieħed meta l-kandidat ikollu jieħu miżuri speċifiċi imposti mill-awtorità ta’ kooperazzjoni sabiex il-proposta tissodisfa b’mod sħiħ il-kriterji ta’ evalwazzjoni u l-proġett ikun jista’ jiġi implimentat b’mod xieraq. Din id-deċiżjoni għandha tippreċiża l-kundizzjonijiet rilevanti li l-osservanza tagħhom għandha tiġi vverifikata fid-dawl tal-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà. Jekk waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-deċiżjoni ma tkunx issodisfatta jew ma tiġix issodisfatta fit-terminu stabbilit mid-deċiżjoni, il-proposta titqies li ġiet miċħuda.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 tal-istess liġi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Kjarifiki dwar il-proposti għal proġetti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Bejn is-sottomissjoni tagħhom u l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni, ta’ approvazzjoni kundizzjonali jew ta’ ċaħda, ma huwiex permess li jingħataw kjarifiki dwar il-proposti għal proġetti.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni hawnhekk hija rregolata mill-Ministru kabineta <DATE ISO="20180925">2018. gada 25. septembra</DATE> noteikumi Nru 612 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Darbības programmas <QUOT.START CODE="201A" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Izaugsme un nodarbinātība<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2018" ID="QE0032"/> 3.1.1. specifiskā atbalsta mērķa <QUOT.START CODE="201A" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Sekmēt MVK izveidi un attīstību, īpaši apstrādes rūpniecībā un RIS3 prioritārajās nozarēs<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2018" ID="QE0033"/> 3.1.1.5. pasākuma <QUOT.START CODE="201A" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Atbalsts ieguldījumiem ražošanas telpu un infrastruktūras izveidei vai rekonstrukcijai<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="2018" ID="QE0034"/> otrās projektu iesniegumu atlases kārtas īstenošanas noteikumi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> (id-Digriet Nru 612 tal-Kunsill tal-Ministri tal‑<DATE ISO="20180925">25 ta’ Settembru 2018</DATE> dwar ir-regoli għall-implimentazzjoni tat-tieni fażi tal-għażla tal-proġetti għall-programm operazzjonali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Tkabbir u Impjiegi<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, għan speċifiku 3.1.1 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Promozzjoni tal-ħolqien u tal-iżvilupp tal-SMEs, b’mod partikolari fis-settur tal-manifattura u fl-oqsma prijoritarji tal-RIS3<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, miżura 3.1.1.5 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Għajnuna għall-investiment favur il-ħolqien jew l-kostruzzjoni mill-ġdid ta’ siti ta’ produzzjoni u infrastruttura tal-produzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-punt 15 ta’ dan id-digriet jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Ma jistax jingħata finanzjament jekk:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>15.3.</NO.P><TXT>il-kandidat huwa impriża f’diffikultà fis-sens tal-Artikolu 2(18)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 651/2014;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-aspetti prattiċi tal-għażla tal-proposti huma rregolati mill-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà mfassla mill-Aġenzija kif ukoll mill-annessi tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Il-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà u l-annessi tagħhom jinsabu fuq is-sit https://www.cfla.gov.lv/lv/es-fondi-2014-2020/izsludinatas-atlases/3-1-1-5-k-2 (paġna kkonsultata fid‑<DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fl-Anness 5 tal-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Metodoloġija għall-applikazzjoni tal-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-proposti<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, il-paragrafu 6 tat-Taqsima II jiddeskrivi l-proċedura sabiex jiġi evalwat dwar jekk il-kandidat ikunx impriża (operatur ekonomiku) f’diffikultà jew le:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Meta l-kandidat ma jkunx operatur ekonomiku f’diffikultà, il-proposta għandha tiġi evalwata b’mod <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>pożittiv inkundizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="2019" ID="QE0041"/>. Il-klassifikazzjoni bħala impriża f’diffikultà fil-mument tad-deċiżjoni tal-għoti tal-għajnuna għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni verifikabbli u affidabbli fir-rigward tal-kandidat u l-impriżi marbuta miegħu:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-informazzjoni fid-dikjarazzjoni finanzjarja annwali finali ppubblikata l-iktar reċentement għandha tiġi vverifikata.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>meta rapport intermedju, approvat minn awditur ġuramentat, jiġi ppreżentat fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-impriża, jenħtieġ, sabiex jiġi ddeterminat jekk hijiex impriża f’diffikultà, li tintuża d-data ta’ dan ir-rapport.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>meta l-kandidat jirreferi għal informazzjoni (verifikabbli) aċċessibbli għall-pubbliku u jirreferi għal żieda fil-kapital statutorju wara l-aħħar dikjarazzjoni finanzjarja annwali finali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni din l-informazzjoni, ippreżentata flimkien ma’ rapport intermedju fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-impriża approvat minn awditur ġuramentat.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P>Il-proposta għandha tkun evalwata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>pożittiva b’kundizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> jekk l-informazzjoni pprovduta ma tkunx kompluta jew ma tkunx suffiċjentement speċifika. F’dan il-każ, il-kandidat huwa mistieden jipprovdi kjarifiki addizzjonali dwar l-informazzjoni pprovduta. Madankollu, dawn il-kjarifiki jistgħu jirrigwardaw biss aspetti tekniċi, aritmetiċi u ta’ redazzjoni. […]</P><P>Il-proposta għandha tiġi evalwata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>negattiva<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> jekk il-kandidat jissodisfa waħda mill-karatteristiċi ta’ operatur ekonomiku f’diffikultà jew jekk ma jkunx issodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni dwar evalwazzjoni pożittiva kundizzjonali jew jekk, minkejja li jkun issodisfa dawn il-kundizzjonijiet, ikun għadu ma ssodisfax ir-rekwiżiti jew ma jkunx osserva l-kundizzjonijiet fit-terminu stabbilit fid-deċiżjoni dwar l-evalwazzjoni pożittiva b’kundizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fil-Latvja, l-attività tas-soċjetajiet kummerċjali hija rregolata mill-Komerclikums (il-Kodiċi tal-Kummerċ). L-Artikolu 12 tal-imsemmi kodiċi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Pubbliċità tar-reġistru<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-daħliet fir-reġistru tal-kummerċ jipproduċu l-effetti tagħhom fil-konfront ta’ terzi fil-mument tal-pubblikazzjoni tagħhom. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-data li għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-kummerċ ma tiddaħħalx fih jew jekk tiddaħħal fih imma ma tiġix ippubblikata, din l-istess data ma tistax tiġi invokata kontra terzi mill-persuna li għaliha din id-data kellha tiġi rreġistrata, ħlief fil-każijiet fejn dawn it-terzi kienu jafu biha diġà.</ALINEA><?PAGE NO="8"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-Artikolu 196 tal-Kodiċi tal-Kummerċ, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>Deċiżjonijiet dwar l-emenda tal-kapital statutorju<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="196.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iż-żieda jew it-tnaqqis tal-kapital statutorju jistgħu jirriżultaw biss minn deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tas-soċji li tistabbilixxi l-modalitajiet ta’ din iż-żieda jew ta’ dan it-tnaqqis.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="196.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ deċiżjoni li jiġi emendat il-kapital statutorju, huwa neċessarju li fl-istess ħin issir l-emenda korrispondenti fl-istatut<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi tal-Kummerċ, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Applikazzjonijiet lir-reġistru tal-kummerċ dwar iż-żieda tal-kapital statutorju<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>Iż-żieda fil-kapital statutorju hija kkunsidrata li saret fil-jum li fih l-ammont il-ġdid tal-kapital jiddaħħal fir-reġistru tal-kummerċ.<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE>, iċ-Centrālā finanšu un līgumu aģentūra (l-Aġenzija Ċentrali tal-Finanzi u tal-Kuntratti Pubbliċi, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>Aġenzija<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>) ħabbret it-tieni fażi tas-sejħa pubblika għas-sottomissjoni tal-proposti għal proġetti taħt il-programm ta’ kofinanzjament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>Tkabbir u Impjieg<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Fid-dawl tal-emendi introdotti, id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-proposti għal proġetti ġiet stabbilita għat‑<DATE ISO="20190430">30 ta’ April 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Is-SIA <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>Zinātnes Parks<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, kumpannija b’responsabbiltà limitata (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>rikorrenti<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>) issottomettiet proposta għal proġett lill-Aġenzija fit‑<DATE ISO="20190430">30 ta’ April 2019</DATE>. Madankollu, peress li iktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha sparixxa minħabba telf akkumulat, din kienet tkun eskluża mill-finanzjament inkwantu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>. Ma’ din il-proposta, ir-rikorrenti għalhekk ippreżentat deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tagħha tad‑<DATE ISO="20190429">29 ta’ April 2019</DATE> li temenda l-istatut tagħha. Din id-deċiżjoni kienet tipprevedi żieda fil-kapital statutorju permezz tal-ħlas ta’ parti mill-kapital statutorju flimkien ma’ primjum fuqha min-naħa ta’ soċju partikolari u dan fi żmien stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Matul il-fażi ta’ evalwazzjoni tal-proposta għal proġett, ir-rikorrenti informat lill-Aġenzija li ż-żieda tal-kapital statutorju kienet iddaħħlet fir-reġistru tal-kummerċ fl‑<DATE ISO="20190724">24 ta’ Lulju 2019</DATE>. Fil-kuntest tal-proċedura ta’ appell, hija ppreżentat, addizzjonalment, rapport intermedju dwar is-sitwazzjoni tal-impriża, approvat minn awditur ġuramentat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> li għalqet il-proċedura amministrattiva, il-Ministeru għall-Finanzi ċaħad il-proposta għal proġett tar-rikorrenti, billi kkunsidra li din kienet, fil-mument tas-sottomissjoni tal-proposta tagħha, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> fis-sens tal-Artikolu 2(18)(a) tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Din id-deċiżjoni tippreċiża li, minkejja d-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tas-soċji, il-kapital statutorju huwa kkunsidrat bħala miżjud skont l-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi tal-Kummerċ biss meta l-ishma l-ġodda tal-membri jkunu ddaħħlu fir-reġistru tal-kummerċ. Madankollu, din ir-reġistrazzjoni seħħet biss wara s-sottomissjoni tal-proposta għal proġett. Is-sejħa pubblika għandha l-għan li tiżgura li l-kandidati jkunu jistgħu jikkompetu ma’ xulxin f’kundizzjonijiet ekwivalenti, b’tali mod li, wara s-sottomissjoni tal-proposti għal proġett, ma jibqax possibbli li jintbagħtu kjarifiki fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar. Barra minn hekk, skont it-Taqsima 7.17 tal-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà, sabiex tinġab prova ta’ titjib fis-sitwazzjoni finanzjarja, flimkien mal-proposta għal proġett għandu jiġi ppreżentat rapport intermedju dwar is-sitwazzjoni tal-impriża, approvat minn awditur ġuramentat, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe dokument ieħor, sabiex l-Aġenzija jkun jista’ jkollha stampa reali tas-sitwazzjoni finanzjarja tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ppreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju fejn sostniet li, fid-dawl tad-deċiżjoni adottata mill-laqgħa ġenerali tagħha u ppreżentata lill-Awtorità flimkien mal-proposta għal proġett tagħha, hija ma kellhiex tiġi kkunsidrata bħala impriża f’diffikultà fil-mument tas-sottomissjoni ta’ din il-proposta. Skont ir-rikorrenti, l-informazzjoni li ma ġietx sottomessa f’dak iż-żmien ma kellha, bħala tali, ebda effett fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha u għalhekk tista’ wkoll tiġi ppreżentata matul il-perijodu previst għall-evalwazzjoni tal-proposta għal proġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-qorti amministrattiva, ma hemm l-ebda dubju bejn il-partijiet li jekk wieħed jibbaża ruħu fuq id-data finanzjarja li tinsab fl-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħha għas-sena 2018, ir-rikorrenti tkun tikkostitwixxi impriża f’diffikultà fis-sens tal-Artikolu 2(18)(a) tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija. Lanqas ma hemm dubju dwar il-fatt li r-rikorrenti rrimedjat dan in-nuqqas b’żieda fil-kapital azzjonarju tagħha u bir-reġistrazzjoni tal-emenda korrispondenti fir-reġistru tal-kummerċ fl‑<DATE ISO="20190724">24 ta’ Lulju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-Administratīvā rajona tiesa (il-Qorti Amministrattiva Distrettwali, il-Latvja), adita bir-rikors, għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja, permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200715">15 ta’ Lulju 2020</DATE>, id-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>1.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>kapital azzjonarju sottoskritt<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="2019" ID="QE0057"/> previst fl-Artikolu 2(18)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-<DATE ISO="20140617">17 ta’ Ġunju 2014</DATE> li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat, flimkien ma dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni dwar l-attività tal-kumpanniji, għandu jiġi interpretat fis-sens li bħala bażi għad-determinazzjoni tal-kapital azzjonarju sottoskritt għandha tittieħed biss inkunsiderazzjoni l-informazzjoni li tkun saret pubblika skont il-forom previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ kull Stat Membru, u meqjus il-fatt li, għaldaqstant, tali informazzjoni għandha titqies li hija valida biss minn dak il-mument?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fl-evalwazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="2019" ID="QE0058"/> previst fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas‑<DATE ISO="20140617">17 ta’ Ġunju 2014</DATE> li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat, għandha tingħata importanza lir-rekwiżiti, stabbiliti fil-kuntest tal-proċess ta’ għażla ta’ proġetti għal fondi Ewropej, dwar liema dokumenti għandhom jiġu prodotti sabiex tiġi pprovata s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża inkwistjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun waħda affermattiva, leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-għażla ta’ proġetti li tistabbilixxi li l-applikazzjonijiet għal proġetti ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ kjarifiki wara li jiġu ppreżentati hija kompatibbli mal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni previsti fl-Artikolu 125(3)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006?<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Matul il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Latvja, l-Irlanda u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub u kollha pparteċipaw, bħar-rikorrenti, fis-seduta tal‑<DATE ISO="20210714">14 ta’ Lulju 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domandi preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal finanzjament mir-rikorrenti taħt il-programm ta’ kofinanzjament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>Tkabbir u Impjiegi<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> tal-FEŻR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Permezz tat-tliet domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, kif għandu jinftiehem il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, użat fl-Artikolu 2(18)(a) tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija, b’riferiment għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>kapital azzjonarju sottoskritt<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> (ara B). L-isfond ta’ dan huwa l-fatt li r-Regolament FEŻR jeskludi, fl-Artikolu 3(3)(d) tiegħu, lil dawn l-impriżi mill-benefiċċju ta’ finanzjament. Fit-tieni domanda, hija tistaqsi kif applikant jista’ jagħti provi li ma huwiex impriża f’diffikultà. B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-rekwiżit ta’ ċerti rapporti fid-dritt nazzjonali huwiex konformi mad-dritt tal-Unjoni (ara C). It-tielet domanda tirrigwarda l-proċess ta’ għażla sussegwenti mill-awtorità ta’ ġestjoni. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk kjarifiki sussegwenti (daħla fir-reġistru tal-kummerċ u rapport intermedju sussegwenti minn awditur ġuramentat) jistgħux jiġu miċħuda mill-Awtorità bħala irrilevanti wara l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni iżda qabel id-deċiżjoni finali (ara D).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Minkejja li dawn it-tliet domandi huma marbuta ma’ xulxin, huma madankollu jikkonċernaw aspetti differenti tal-proċedura ta’ għażla ta’ benefiċjarju tal-għajnuna (interpretazzjoni tal-kunċett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, prova ta’ dan il-kunċett, esklużjoni tal-provi sussegwenti li l-impriża inkwistjoni ma tinsabx f’diffikultà) u għalhekk ser jingħataw risposta separatament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(18)(a) tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ir-raġuni prinċipali għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal finanzjament hija marbuta mal-fatt li, fid-data tas-sottomissjoni ta’ din l-applikazzjoni, l-Aġenzija kklassifikat lir-rikorrenti bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> fis-sens tal-Artikolu 2(18)(a) tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija. Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lil dan il-kunċett, b’mod partikolari sa fejn isir riferiment għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>kapital azzjonarju sottoskritt<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>. Il-kapital azzjonarju sottoskritt huwa biss il-kapital azzjonarju rreġistrat skont id-dritt nazzjonali dwar il-kumpanniji u d-dritt nazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni applikabbli? Jew huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi kkunsidrat indipendentement mill-partikolaritajiet nazzjonali speċifiċi għal kull Stat Membru?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Din id-domanda hija rilevanti b’mod partikolari għaliex l-Istati Membri jużaw kunċetti differenti fid-dritt tagħhom dwar il-kumpanniji. B’hekk, id-dritt Latvjan jinkludi finzjoni ġuridika li tgħid li ż-żieda fil-kapital statutorju deċiża mis-soċji titqies li seħħet fil-jum meta ż-żieda l-ġdida fil-kapital tkun iddaħħlet fir-reġistru tal-kummerċ. Mill-osservazzjonijiet tal-Irlanda jirriżulta li tali att ta’ reġistrazzjoni ma huwiex previst f’dak l-Istat Membru sabiex jinbidel il-kapital azzjonarju. Min-naħa l-oħra, fil-Ġermanja huwa neċessarju li tiġi adottata deċiżjoni tas-soċji, iċċertifikata minn nutar, li temenda l-istatuti ta’ kumpannija privata b’responsabbiltà limitata. Din l-emenda ma għandhiex effett legali qabel ma tiddaħħal fir-reġistru tal-kummerċ tal-post fejn il-kumpannija għandha s-sede tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Din il-kawża tirrigwarda kumpannija Latvjana li ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mid-dritt ta’ reġistrazzjoni Latvjan fil-mument tal-applikazzjoni għal sussidju. Kumpannija Irlandiża setgħet tissodisfa r-rekwiżiti tad-dritt Irlandiż mingħajr prova ta’ reġistrazzjoni. Kumpannija Ġermaniża setgħet tippreżenta mill-inqas daħla (Ġermaniża) fir-reġistru tal-kummerċ, iżda mill-bqija kien ikollha tissodisfa rekwiżiti iktar stretti (deċiżjoni tas-soċji ċċertifikata minn nutar) mill-kompetitur Latvjan tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Dawn l-eżempji diġà juru li l-kwistjoni tal-interpretazzjoni tal-kunċetti li jinsabu f’regolament tal-Unjoni, bħalma huwa ta’ spiss il-każ, hija marbuta mill-qrib mal-punt dwar jekk dawn għandhomx jiġu interpretati b’mod awtonomu, b’tali mod li l-kumpanniji kollha jkunu jistgħu jikkonformaw magħhom skont l-istess kriterji fl-Istati Membri kollha, jew jekk l-interpretazzjoni tagħhom għandhiex issir b’teħid inkunsiderazzjoni tad-dritt nazzjonali rilevanti (dak tal-Istat li fih jingħata l-finanzjament jew dak tal-Istat li fih il-kumpannija li tissottometti l-applikazzjoni għandha s-sede tagħha).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni awtonoma tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Ir-risposta għal din id-domanda hija marbuta mal-kliem u mat-tifsira tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Il-punt tat-tluq huwa l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li l-kliem ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tagħmel ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati s-sens u l-portata tagħha, għandu normalment jingħata, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi, indipendentement mill-kliem użat fl-Istati Membri, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kliem tad-dispożizzjoni inkwistjoni kif ukoll il-kuntest tagħha u l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni li hija tagħmel parti<?PAGE NO="12"?> minnha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200924">24 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>NMI Technologietransfer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑516/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:754">EU:C:2020:754</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200205">5 ta’ Frar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (Reġistrazzjoni tal-baħħara fil-port ta’ Rotterdam)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑341/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:76">EU:C:2020:76</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza msemmija hemmhekk); u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Axa Belgium</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑494/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:692">EU:C:2015:692</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Nerea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑245/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:271">EU:C:2017:271</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.) fir-rigward tal-kunċett rilevanti hawnhekk.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Jista’ jkun mod ieħor meta d-dritt tal-Unjoni jagħmel riferiment għad-drittijiet nazzjonali kkonċernati. Madankollu, tali riferiment ma huwiex inkluż fil-kliem tal-Artikolu 2(18)(a) tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija, li ma jinkludi ebda riferiment għad-dritt nazzjonali dwar il-kumpanniji jew għad-dritt nazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni. Bil-kontra, din id-dispożizzjoni tirreferi espressament għad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri għad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Skont il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, il-fattur deċiżiv ma huwiex il-kapital azzjonarju li d-dritt nazzjonali dwar il-kumpanniji jew id-dritt nazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni (fl-Istat li fih jingħata s-sussidju jew fl-Istat tas-sede tal-kumpannija li tissottometti l-applikazzjoni) iqis bħala legalment effettiv f’mument speċifiku. Fil-fatt, l-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona jindika li l-kunċett ġuridiku ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>neċessarjament awtonomu u esklużiv tad-dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Nerea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑245/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:271">EU:C:2017:271</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Interpretazzjoni awtonoma hija wkoll sostnuta mill-paragun mal-kliem tal-Artikolu 2(18)(c) tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija li jsemmi espressament il-kwistjoni dwar jekk impriża tissodisfax il-kundizzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali sabiex tiftaħ proċedura ta’ insolvenza fuq talba tal-kredituri tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara b’mod iktar preċiż is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170706">6 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Nerea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑245/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:521">EU:C:2017:521</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Nerea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑245/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:271">EU:C:2017:271</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għandu jiġi preżunt li l-leġiżlatur tal-Unjoni, meta jirreferi espressament fil-punt (c) għad-dritt nazzjonali, filwaqt li jonqos li jagħmel dan fil-punt (a) fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kapital azzjonarju sottoskritt, huwa jagħmel dan deliberatament, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Irlanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, interpretazzjoni awtonoma hija wkoll sostnuta mill-fatt li l-premessa 14 tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija tippreċiża li dan ir-regolament huwa intiż sabiex jistabbilixxi kriterji ċari u verifikabbli, mingħajr evalwazzjoni ddettaljata tas-sitwazzjoni partikolari ta’ impriża. Il-verifika tal-effettività ta’ żieda fil-kapital fid-dawl tad-dritt nazzjonali applikabbli tal-ordinament ġuridiku li jirregola l-istatut tal-kumpannija (li ma huwiex neċessarjament biss id-dritt Latvjan f’dan il-każ) bilkemm għandha tkun possibbli għal awtorità ta’ ġestjoni mingħajr analiżi ddettaljata. Kif sostnew b’mod unanimu l-Irlanda u l-Latvja waqt is-seduta, ma huwiex id-dritt tal-Istat li jagħti l-għajnuna (f’dan il-każ il-Latvja), iżda d-dritt statutorju tal-kumpannija li huwa deċiżiv f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>L-assenza ta’ riferiment għad-drittijiet nazzjonali kkonċernati hija wkoll konvinċenti fir-rigward tal-mertu. Fil-fatt, fl-Istati li japplikaw il-prinċipju ta’ pubbliċità permezz ta’ reġistru uffiċjali, ir-reġistrazzjoni għandha funzjoni differenti minn dik dwar jekk ir-rikorrenti hijiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> fis-sens tad-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat. Normalment, ir-rekwiżit ta’ reġistrazzjoni f’reġistru nazzjonali għandu bħala għan il-verifika tar-reġistru u l-pubbliċità. Din tal-aħħar għandha bħala konsegwenza li r-reġistrazzjonijiet emendati jistgħu jiġu invokati kontra terzi. L-ewwel waħda hija intiża sabiex tiggarantixxi li biss id-deċiżjonijiet tas-soċji korretti jiġu rreġistrati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-approċċ fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> speċifiku għad-dritt tal-Unjoni, ippreferut mill-Irlanda, mil-Latvja u mill-Kummissjoni waqt is-seduta, li jgħid li kundizzjoni (il-kunċett ta’ kapital sottoskritt) għandha tiġi ddeterminata b’riferiment għad-diversi ordinamenti ġuridiċi nazzjonali, ma huwiex konvinċenti. Għalkemm id-dritt tal-Unjoni jeskludi deliberatament ċerti persuni (f’dan il-każ l-impriżi f’diffikultà) mill-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni, l-Istati Membri ma jistgħux jiddefinixxu liberament, fid-dritt nazzjonali tagħhom, liema huma l-persuni li għandhom jitqiesu li jinsabu f’diffikultà permezz tal-kunċett ta’ kapital azzjonarju sottoskritt. Dan kieku jippermetti li l-għan tad-dritt tal-Unjoni jsir ineffettiv (esklużjoni mill-benefiċċju tal-finanzjament għall-impriżi f’diffikultà).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Jien ma naqbilx mar-riżervi espressi, b’mod partikolari mill-Irlanda waqt is-seduta, li jgħidu li interpretazzjoni awtonoma tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> tista’ twassal għal armonizzazzjoni indiretta tad-dritt tal-kumpanniji. F’dan il-każ, il-kwistjoni ma hijiex jekk il-proċedura ta’ żieda effettiva fil-kapital għandhiex tiżvolġi b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha. Fil-fatt, kif sostnew il-partijiet kollha, huwa minnu li d-dritt tal-Unjoni ma jipprevedix regoli f’dan ir-rigward. L-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>unika<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> kwistjoni li tqum hawnhekk hija jekk l-għoti ta’ fondi tal-Unjoni (finanzjament lill-impriżi eliġibbli taħt il-FEŻR) jaqax, b’mod inekwivoku, taħt id-dritt tal-Unjoni jew taħt id-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tifsira u l-għan tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-premessa 14 tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija, l-għajnuna lill-impriżi f’diffikultà għandha tiġi evalwata fid-dawl ta’ linji gwida differenti minn dawk tal-impriżi mingħajr diffikultà. Ir-raġuni hija li l-għajnuna għandha tinkoraġġixxi lill-impriżi jieħdu miżuri speċifiċi, jiġifieri li jwettqu l-proġett issussidjat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Dwar l-hekk imsejjaħ effett ta’ inċentiv, ara, b’mod iktar preċiż, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE>. Madankollu, fil-każ ta’ impriżi inqas solventi (jiġifieri impriżi f’diffikultà), jeżisti r-riskju li l-għajnuna tintuża pjuttost għas-salvataġġ tal-impriża milli għat-twettiq tal-proġett issussidjat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>F’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Nerea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑245/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:271">EU:C:2017:271</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fi kwalunkwe każ, għall-impriżi inqas solventi, jeżisti riskju ikbar li l-għan tal-finanzjament ma jintlaħaqx. Għaldaqstant, l-impriżi inqas solventi għandhom, l-iktar l-iktar, jiġu salvati jew irristrutturati permezz ta’ għajnuna, iżda dan għandu jiġi evalwat fid-dawl ta’ kriterji oħra u għalhekk ta’ linji gwida oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament FEŻR jirreferi għall-Artikolu 2(18)(a) tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija. Dan, min-naħa tiegħu, jikkonċerna primarjament is-sitwazzjoni reali tal-assi. Huwa jiddefinixxi impriża f’diffikultà bħala impriża li tkun tilfet iktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt minħabba telf akkumulat. Konsegwentement, din l-impriża għandha tiġi kklassifikata bħala mhux partikolarment solventi. Il-kunċett ta’ kapital azzjonarju sottoskritt għandu għalhekk jinftiehem b’riferiment għas-sitwazzjoni ekonomika reali ta’ impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Minn naħa, reġistrazzjoni f’reġistru Statali tista’ tieħu ċertu żmien. Min-naħa l-oħra, kulma tagħmel huwa li tikkonstata pubblikament li l-kapital azzjonarju issa ġie miżjud. Dan ma għandux x’jaqsam mas-sitwazzjoni ekonomika reali tal-impriża. Fil-fatt, l-impriża setgħet sadanittant tkun diġà assorbiet iż-żieda fil-kapital minħabba telf ġdid. Ir-reġistrazzjoni fir-reġistru jew il-finzjoni ta’ effettività legali permezz tar-reġistrazzjoni huma għalhekk inutli għall-finijiet tad-delimitazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-użu tad-Direttiva 2017/1132 lanqas ma huwa utli. L-Artikolu 68 ta’ din tal-aħħar, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>Deċiżjoni mil-laqgħa ġenerali dwar iż-żieda fil-kapital<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>, jipprevedi li kull żieda fil-kapital għandha tiġi deċiża mil-laqgħa ġenerali. Din id-deċiżjoni kif ukoll it-twettiq taż-żieda fil-kapital sottoskritt għandhom jiġu ppubblikati skont il-modalitajiet previsti mil-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri u ma jistgħux jiġu invokati kontra terzi ħlief wara li jiġu ppubblikati. Kif barra minn hekk tirrileva l-Kummissjoni, dan huwa intiż sabiex jipproteġi lil terzi. Madankollu, dawn l-obbligi ta’ pubbliċità ma jinkludu l-ebda indikazzjoni dwar is-sitwazzjoni patrimonjali reali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li l-applikant ma huwiex f’pożizzjoni li jkollu influwenza fuq il-mument tar-reġistrazzjoni fir-reġistru. Sa ċertu punt, dan huwa aleatorju għalih. Madankollu, l-Artikolu 125 tar-Regolament Nru 1303/2013 jeżiġi kriterji ta’ għażla mhux diskriminatorji u li jkunu trasparenti. Għalhekk, iċ-ċirkustanza aleatorja ta’ pproċessar rapidu jew bil-mod tar-reġistrazzjoni fir-reġistru mill-qorti inkarigata biż-żamma tar-reġistru diffiċli li tiġi rrikonċiljata fi ħdan l-istess Stat Membru u, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, f’paragun ma’ diversi Stati Membri. F’dan il-każ, it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ avvenimenti aleatorji hawnhekk jikkostitwixxi pjuttost arbitrarjetà milli ekwità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Użu tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-kunċett ta’ kapital azzjonarju sottoskritt għandu jinftiehem fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika reali ta’ impriża huwa kkonfermat ukoll mir-riferiment magħmul fl-Artikolu 2(18)(a) tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija għad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Normalment, fid-dritt dwar il-kontabbiltà, il-kapital proprju mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kumpannija jitqassam f’diversi kategoriji li ġeneralment jiġu rreġistrati fil-passiv ta’ bilanċ. Peress li, għal darb’oħra, il-kontabbiltà tal-assi ta’ impriża kienet tvarja minn Stat Membru għal ieħor, issa teżisti d-Direttiva dwar il-Kontabbiltà li tistabbilixxi rekwiżiti dwar l-istabbiliment ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali. Skont il-premessa 9, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jitħejjew fuq bażi prudenti u jagħtu stampa vera u ġusta tal-assi u l-passivi ta’ impriża, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ jew it-telf tagħha<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>. L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà jipprovdi li wieħed mill-elementi importanti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali huwa l-karta tal-bilanċ ta’ impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Minkejja li l-Anness III tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà, li jinkludi l-istruttura ta’ karta tal-bilanċ, ma jużax il-kunċett ta’ kapital azzjonarju sottoskritt, huwa juża l-kunċett ta’ kapital sottoskritt bħala l-ewwel subintestatura tal-kapital proprju fil-passiv. F’dan ir-rigward, l-Anness III jagħmel distinzjoni fil-punt A (kemm taħt l-assi kif ukoll taħt il-passiv) bejn il-parti tal-kapital sottoskritt li hija meħtieġa iżda li għadha ma ġietx mħallsa u l-kapital sottoskritt imħallas diġà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Dawn ir-regoli, li, infakkar, huma intiżi sabiex jirrappreżentaw is-sitwazzjoni patrimonjali reali ta’ kumpannija, ma jiġux maqsuma abbażi tal-pubblikazzjoni tal-kapital sottoskritt, iżda skont jekk dan ikunx tħallas diġà jew le. Dan huwa komprensibbli. Fil-fatt, id-deċiżjoni tas-soċji li tiddeċiedi fuq iż-żieda fil-kapital azzjonarju hija biss il-wegħda li jingħata kapital addizzjonali bil-għan li titjieb is-sitwazzjoni patrimonjali tal-kumpannija. Huwa biss fil-mument tal-ħlas li l-kapital azzjonarju miżjud ikun realment disponibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fil-qosor, għandu għalhekk jingħad li l-leġiżlazzjoni dwar il-kontabbiltà, kif prevista mid-dritt tal-Unjoni, tagħmel distinzjoni bejn il-kapital sottoskritt li għad irid jitħallas u l-kapital imħallas diġà. Hija tagħti, għalhekk, stampa vera u ġusta tal-assi u tal-passiv ta’ impriża, tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha u tal-qligħ jew it-telf tagħha. Il-pubblikazzjoni f’reġistru hija irrilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kunċett ta’ kapital azzjonarju sottoskritt għandu jinftiehem b’mod indipendenti mid-dritt nazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni jew mid-dritt nazzjonali dwar il-kumpanniji rilevanti. Il-kunċett jista’ jirrigwarda kemm il-kapital azzjonarju miżjud li twiegħed (jiġifieri d-deċiżjoni tas-soċji tkun għalhekk il-fattur deċiżiv) jew il-ħlas tal-kapital azzjonarju miżjud li twiegħed (jiġifieri l-kontribuzzjoni taż-żieda fil-kapital azzjonarju tkun għalhekk il-fattur deċiżiv).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-għan imsemmi iktar ’il fuq, jiġifieri d-distinzjoni fid-dritt tal-għajnuna mill-Istat bejn l-impriżi f’diffikultà u dawk li ma humiex f’diffikultà, din tal-aħħar hija preferibbli. Ir-riskju li l-għan tal-għajnuna ma jintlaħaqx minħabba diffikultajiet finanzjarji li tkun iltaqgħet magħhom kumpannija għadu preżenti fil-każ ta’ sempliċi wegħda ta’ żieda fil-kapital u huwa eskluż biss ladarba tiġi ssodisfatta l-wegħda, jiġifieri meta l-kapital azzjonarju miżjud tal-kumpannija jkun effettivament disponibbli. Kif tenfasizza ġustament il-Latvja, id-deċiżjoni tas-soċji li jżidu l-kapital timplika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>biss<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> obbligu fid-dritt ċivili u hija biss l-ewwel pass taż-żieda fil-kapital sottoskritt. Dan tal-aħħar jispjega wkoll il-preżentazzjoni separata fil-karta tal-bilanċ (ara, f’dan ir-rigward, il-punti 57 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Konsegwentement, nikkunsidra li l-kunċett ta’ kapital azzjonarju sottoskritt, imsemmi fl-Artikolu 2(18)(a) tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija, jirreferi għall-kapital sottoskritt imħallas, fis-sens tal-Anness III tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tiżgura bilanċ bejn l-interessi tal-impriżi u tal-organi li jagħtu l-għajnuna. Minn naħa, l-impriżi ma jiġux esklużi mill-finanzjament ta’ ċerti proġetti minħabba t-tul, li huma ma għandhomx influwenza fuqu, ta’ proċedura ta’ reġistrazzjoni f’reġistru statali. Min-naħa l-oħra, l-impriżi f’diffikultà ma jistgħux isiru eliġibbli bis-sempliċi wegħda ta’ żieda futura fil-kapital, iżda biss meta l-kapital miżjud tal-kumpannija jkun effettivament disponibbli. Għalhekk, il-fattur deċiżiv f’dan il-każ huwa li jiġi stabbilit jekk id-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tas-soċji tad‑29 ta’ April ġietx effettivament implimentata qabel l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, fit‑30 ta’ April. Hija biss il-qorti tar-rinviju li għandha s-setgħa tagħmel din l-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-prova tal-eliġibbiltà għall-għajnuna (l-impriża mhux f’diffikultà)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Għandha ssir distinzjoni bejn il-kwistjoni preċedenti u dik dwar kif impriża għandha tressaq provi tal-eliġibbiltà tagħha għall-finanzjament b’mod li jippermetti lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni nazzjonali jivverifikaw din l-eliġibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, id-dritt Latvjan jipprevedi li, bħala prinċipju, id-dikjarazzjoni finanzjarja annwali ippubblikata l-iktar reċentement għandha tiġi vverifikata (1), jekk ma tkunx akkumpanjata b’rapport intermedju approvat minn awditur ġuramentat (2). Meta l-kandidat jirreferi għal informazzjoni (verifikabbli) aċċessibbli għall-pubbliku u jirreferi wkoll għal żieda<?PAGE NO="16"?> fil-kapital statutorju wara d-dikjarazzjoni finanzjarja annwali finali l-iktar reċenti, din l-informazzjoni għandha tittieħed inkunsiderazzjoni flimkien ma’ rapport intermedju dwar is-sitwazzjoni tal-impriża, approvat minn awditur ġuramentat (3).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk dawn id-dokumenti humiex rilevanti u jistgħux jintalbu mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni nazzjonali peress li, fi kwalunkwe każ, rapport intermedju f’dan is-sens kien nieqes fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Dan ir-rapport ġie sottomess biss sussegwentement, matul il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-premessa 14 tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija u kif tirrileva ġustament il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha, id-determinazzjoni tal-eliġibbiltà taħt dan ir-regolament għandha tkun tista’ ssir faċilment. Din il-premessa taqra kif ġej: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>Biex ikun hemm ċertezza legali, ikun xieraq li jkunu stabbiliti kriterji ċari li ma jeħtiġux valutazzjoni tal-partikularitajiet kollha tas-sitwazzjoni ta’ impriża biex ikun determinat jekk impriża hix ikkunsidrata li tinsab f’diffikultà għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Dan l-għan għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 125 tar-Regolament Nru 1303/2013. Skont din id-dispożizzjoni, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni nazzjonali huma responsabbli li jamministraw l-iskema ta’ appoġġ operazzjonali skont il-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba. Din ir-responsabbiltà hija akkumpanjata minn kontroll tal-kundizzjonijiet previsti mir-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara wkoll is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għal dan il-għan, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ titlob provi li, anki fl-assenza ta’ analiżi ddettaljata tas-sitwazzjoni partikolari ta’ impriża, jippermettu li jiġi ddeterminat jekk iktar min-nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt kienx sparixxa minħabba telf akkumulat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Kif diġà ġie rrilevat iktar ’il fuq, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, inklużi fil-karti tal-bilanċ, huma ċertament utli f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, l-ewwel kriterju previst fid-dritt Latvjan ma jistax jiġi kkritikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Peress li dawn id-dokumenti jiġu mfasslin biss fl-aħħar ta’ sena kontabilistika, iżda s-sitwazzjoni ekonomika tista’ titjieb ukoll matul is-sena, rapporti intermedji mfassla minn persuna esperta indipendenti, huma utli wkoll. Għalhekk lanqas ma hemm lok li wieħed jikkritika t-tieni kriterju previst fid-dritt Latvjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, it-tielet kriterju għal evalwazzjoni, li huwa sempliċi li jiġi applikat, tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ impriża ma jistax jiġi kkritikat. Meta l-kandidat jirreferi għal informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku sabiex iressaq provi ta’ żieda fil-kapital matul is-sena, kemm din kif ukoll rapport intermedju f’dan is-sens għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Dawn il-kriterji kollha jimplimentaw l-għan tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija (esklużjoni ta’ impriżi f’diffikultà li huma ineliġibbli skont dan ir-regolament) fid-dawl tar-responsabbiltà tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 125 tar-Regolament Nru 1303/2013. Dan huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Esklużjoni tas-sottomissjoni ta’ dokumenti addizzjonali wara l-iskadenza tat-terminu</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, dwar il-konformità mal-Artikolu 125(3)(a) tar-Regolament Nru 1303/2013 tal-esklużjoni tad-dokumenti u tal-informazzjoni sottomessi wara l-applikazzjoni għal finanzjament. Din id-dispożizzjoni teżiġi li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistabbilixxu u, wara approvazzjoni, japplikaw proċeduri u kriterji ta’ għażla xierqa li jiżguraw li l-operazzjonijiet jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-għanijiet u r-riżultati speċifiċi tal-prijoritajiet korrispondenti u ma jkunux diskriminatorji u jkunu trasparenti wkoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Madankollu, kif tosserva ġustament il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha, id-dritt nazzjonali lanqas ma jidher li jeskludi sottomissjoni sussegwenti ta’ dokumenti addizzjonali. Minn naħa, l-Artikolu 25 tal-Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Fondi Strutturali jippermetti wkoll approvazzjoni kundizzjonali ta’ proposta. Min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà żviluppati mill-Aġenzija jibdew mill-prinċipju li d-deċiżjoni dwar jekk applikant huwiex impriża f’diffikultà jew le tittieħed fil-mument tad-deċiżjoni tal-għoti tal-għajnuna. Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk l-Artikolu 30 tal-Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Fondi Strutturali, li jiddikjara mhux ammissibbli l-kjarifiki dwar il-proposti għal proġetti li jiġu sottomessi wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni sakemm tingħata deċiżjoni, huwiex applikabbli wkoll għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-applikant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Jekk jitqies li l-Artikolu 30 tal-Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Fondi Strutturali jeskludi s-sottomissjoni sussegwenti ta’ tali dokumenti, tqum il-kwistjoni dwar jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix dan. Fil-fatt, f’dan il-każ, l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tar-rapport intermedju ppreżentat <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> jwassal għall-esklużjoni tar-rikorrenti miċ-ċirku tal-persuni eliġibbli għall-finanzjament, peress li sal-implimentazzjoni taż-żieda fil-kapital, ir-rikorrenti kellha titqies bħala impriża f’diffikultà u għalhekk ma kinitx eliġibbli għall-finanzjament fil-kuntest tar-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li, skont ir-Regolament dwar Eżenzjoni skont il-Kategorija, ċerta għajnuna hija, bħala prinċipju, awtorizzata mid-dritt tal-Unjoni, ma jfissirx li l-Istati Membri għandhom ukoll iħallsu din l-għajnuna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara d-digrieti tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200506">6 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Blumar <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/19 sa C‑417/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:360">EU:C:2020:360</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Yanchev</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑481/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:352">EU:C:2018:352</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Nerea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑245/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:271">EU:C:2017:271</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-istess jgħodd fir-rigward ta’ għajnuna taħt il-FEŻR. Kif jirriżulta mill-premessi 3 u 4, ċerti proġetti jistgħu jiġu ssussidjati, iżda dan ma huwiex obbligatorju. Għalhekk, kif tirrileva ġustament il-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw dan il-ħlas għal ċerti kundizzjonijiet oħra, bħall-osservanza ta’ ċerti termini u formalitajiet oħra. Dan jinkludi wkoll il-possibbiltà li d-dokumenti ppreżentati sussegwentement ma jittiħdux inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Peress li l-finanzjament mill-fondi tal-Unjoni ma huwiex infinit, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom, fl-aħħar mill-aħħar, jieħdu deċiżjoni ta’ għażla bejn diversi kandidati għall-istess għajnuna. Kif tirrileva ġustament il-Latvja, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandu importanza kunsiderevoli f’din id-deċiżjoni tal-għażla. L-Artikolu 125(3)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1303/2013 jipprovdi għalhekk li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jistabbilixxu proċeduri u kriterji ta’ għażla xierqa li ma humiex diskriminatorji u li huma trasparenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-fatt li l-kandidati jinsabu f’kompetizzjoni ftit jew wisq qawwija għal għajnuna fil-qafas ta’ fondi tal-Unjoni, is-sitwazzjoni hija kompletament komparabbli ma’ dik tad-dritt tal-kuntratti pubbliċi. F’dak il-qasam ukoll, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tipproċedi għal għażla<?PAGE NO="18"?> u neċessarjament tiċħad parti mill-kandidati. Huwa possibbli li s-sitwazzjoni kompetittiva tkun iktar b’saħħitha u teżiġi trattament ugwali partikolarment rigoruż matul il-proċedura. Dan ma jbiddel xejn mill-fatt li riżors limitat (kuntratt jew finanzjament) jiġi allokat mill-Istat lil ċerti applikanti biss, bl-esklużjoni tal-oħrajn. Huwa wkoll għal din ir-raġuni li, skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="275" PAGE.FIRST="68" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 275, p. 68</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, din il-proċedura ta’ għażla għandha tkun trasparenti u mhux diskriminatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Kif irrilevat ġustament il-Kummissjoni waqt is-seduta, prinċipju ta’ skadenza, li jieħu inkunsiderazzjoni biss l-applikazzjonijiet sottomessi qabel ċertu żmien, applikabbli bl-istess mod għal kulħadd, huwa trasparenti u mhux diskriminatorju. L-istess japplika fir-rigward ta’ regola ta’ proċedura li tipprojbixxi, wara l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, is-suppliment sussegwenti ta’ applikazzjonijiet sottomessi diġà. Fil-fatt, din ir-regola sempliċement tippreżerva l-prinċipju ta’ skadenza u tħaffef il-kompitu tal-awtorità ta’ ġestjoni meta hija tagħti d-deċiżjoni ta’ għażla. Hija meħtieġa tieħu inkunsiderazzjoni biss l-informazzjoni pprovduta qabel l-iskadenza tat-terminu u ma hijiex marbuta tifformula kunsiderazzjonijiet addizzjonali wara dak iż-żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Dan huwa konformi mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Huwa jipprekludi li applikazzjonijiet żbaljati jew mhux kompluti jiġu sottomessi sat-terminu stabbilit, iżda li mbagħad jiġu kkompletati u kkoreġġuti sussegwentement u, għaldaqstant, li t-terminu għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni jiġi estiż <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>. Dan ikun qiegħed jippenalizza lill-kandidati li ikunu ssottomettew mill-ewwel applikazzjonijiet mingħajr żbalji u kompluti. Sa fejn l-applikanti rispettivi setgħu jkunu jafu b’mod ċar liema dokumenti kellhom jiġu sottomessi sal-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni u sa fejn kien ukoll possibbli għall-applikant li jipprovdi dawn id-dokumenti sa din id-data, l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-dokumenti sottomessi sussegwentement ma tqajjem l-ebda dubju, la fid-dawl tal-obbligu ta’ trasparenza u lanqas tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fil-kuntest tal-esklużjoni ta’ kandidat mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li d-Direttiva 2004/18 ma tipprekludix li offerent jiġi eskluż minħabba l-fatt li huwa jkun naqas milli jipprovdi ċerti dettalji fl-offerta tiegħu. B’mod partikolari, jekk awtorità kontraenti tqis li dan in-nuqqas ma jikkostitwixxix irregolarità purament formali, hija ma tistax tippermetti lil dan l-offerent jirrimedja dan in-nuqqas bi kwalunkwe mod wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit għas-sottomissjoni tal-offerti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pizzo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑27/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:404">EU:C:2016:404</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Cartiera dell’Adda u Cartiera di Cologno</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑42/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2345">EU:C:2014:2345</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Lavorgna</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑309/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:350">EU:C:2019:350</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, l-Artikolu 51 tal-imsemmija direttiva, li jipprovdi li l-awtorità kontraenti tista’ tistieden lill-operaturi ekonomiċi sabiex jikkompletaw jew jiċċaraw iċ-ċertifikati u d-dokumenti ppreżentati skont l-Artikoli 45 sa 50 ta’ din id-direttiva, ma jistax jiġi interpretat fis-sens li din l-awtorità kontraenti tista’ tawtorizza rettifiki, li skont id-dispożizzjonijiet espliċiti tad-dokumenti tas-sejħa għal offerti, għandhom iwasslu għall-esklużjoni tal-offerent ikkonċernat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Cartiera dell’Adda u Cartiera di Cologno</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑42/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2345">EU:C:2014:2345</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), simili għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pizzo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑27/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:404">EU:C:2016:404</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Din l-idea tapplika wkoll, fil-fehma tiegħi f’formulazzjoni kemxejn imnaqqsa, fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-għażla bejn diversi applikazzjonijiet għal finanzjament, tal-inqas meta, bħal f’dan il-każ, kienet saret sejħa pubblika għal proposti għal proġetti. Jekk mill-modalitajiet proċedurali<?PAGE NO="19"?> aċċessibbli għar-rikorrenti kien jirriżulta li applikant, li jkun beda jitqies bħala impriża f’diffikultà skont id-dikjarazzjoni finanzjarja annwali preċedenti, kellu neċessarjament ikun is-suġġett ta’ rapport intermedju approvat minn awditur ġuramentat dwar is-sitwazzjoni tal-impriża, is-sottomissjoni ta’ tali rapport intermedju, li sseħħ biss wara l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, tista’<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Simili għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201028">28 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>INAIL</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑608/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:865">EU:C:2020:865</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li tipprovdi li l-Istati Membri ma humiex obbligati jawtorizzaw l-emenda ta’ applikazzjoni għal għajnuna sabiex l-applikant ma jeċċedix ċerti limiti.</P></NOTE> titqies bħala irrilevanti u l-applikazzjoni tista’ tiġi miċħuda. Ma hemmx lok għall-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq il-kwistjoni dwar jekk dan għandux jiġi miċħud, kif jista’ jkun il-każ fid-dritt tal-kuntratti pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Cartiera dell’Adda u Cartiera di Cologno</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑42/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2345">EU:C:2014:2345</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), simili għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pizzo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑27/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:404">EU:C:2016:404</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ara wkoll is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Lavorgna</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑309/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:350">EU:C:2019:350</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201028">28 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>INAIL</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-608/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:865">EU:C:2020:865</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) issemmi l-possibbiltà tal-Istati Membri li jagħtu lill-applikanti d-dritt li jnaqqsu l-ammont tat-talba tagħhom għall-għajnuna.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Madankollu, hija fl-aħħar mill-aħħar il-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk din il-kundizzjoni kinitx suffiċjentement trasparenti għar-rikorrenti. Għalhekk, il-kliem tal-Anness 5 tal-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà ċertament jindika li rapport intermedju f’dan is-sens kien neċessarju fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti. Madankollu, sa fejn l-istess qafas regolatorju jirreferi wkoll għall-fatt li l-evalwazzjoni fid-dawl ta’ dan ir-rapport <HT TYPE="ITALIC">interim</HT> isseħħ meta tittieħed id-deċiżjoni tal-għoti tal-għajnuna, dan jista’ wkoll jiġi interpretat fis-sens li dawn id-dokumenti għandhom jkunu disponibbli biss sa din id-data.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Konsegwentement, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domandi preliminari magħmula mill-Administratīvā rajona tiesa (il-Qorti Amministrattiva Distrettwali, il-Latvja):</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ kapital azzjonarju sottoskritt li jinsab fl-Artikolu 2(18)(a) tar-Regolament Nru 651/2014 għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu fid-dritt tal-Unjoni. Huwa jkopri l-kapital sottoskritt imħallas fis-sens tal-Anness III tad-Direttiva 2013/34. Dan huwa l-każ indipendentement minn jekk tkunx diġà saret daħla fir-reġistru skont id-dritt nazzjonali inkwistjoni u minn jekk din ir-reġistrazzjoni hijiex neċessarja sabiex iż-żieda fil-kapital issir effettiva.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi pprovat li din il-kundizzjoni hija ssodisfatta u sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ impriża f’diffikultà fis-sens tal-Artikolu 2(18)(a) tar-Regolament Nru 651/2014, l-Istat Membru jista’ jeżiġi l-preżentazzjoni jew tad-dikjarazzjoni finanzjarja annwali attwali ppubblikata l-iktar reċenti jew ta’ rapport intermedju approvat minn awditur ġuramentat.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-esklużjoni tad-dokumenti u tal-informazzjoni sottomessi wara l-applikazzjoni għall-għajnuna hija konformi mal-Artikolu 125(3)(a) tar-Regolament Nru 1303/2013, jekk ikun jidher ċar għall-applikanti kollha li dawn id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi flimkien mal-applikazzjoni u ma jistgħux jiġu sottomessi sussegwentement.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>