|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3580 |
13.7.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/3580)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Pago de Otazu”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A0184-AM02 — 22.4.2026
1. Isem il-prodott
Pago de Otazu
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Spanja
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Sajd u għall-Ikel, id-Direttorat Ġenerali għall-Ikel, is-Subdirettorat Ġenerali għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Ikel u għal-Laboratorji Agroalimentari
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-awtorità kompetenti tqis din l-emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP Pago de Otazu bħala emenda standard; ma tistax titqies bħala emenda tal-Unjoni peress li ma tikkorrispondi għall-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru 2024/1143 dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi. Speċifikament: ma tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti deżinjati bl-indikazzjoni ġeografika; ma tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika; ma tinvolvix restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
EMENDA TAD-DESKRIZZJONI ORGANOLETTIKA TAL-INBEJJED
Deskrizzjoni
L-emenda għandha l-għan li ttejjeb iċ-ċarezza, l-ispeċifiċità u/jew l-oġġettività tad-deskritturi organolettiċi għal kull tip ta’ nbid fid-diversi stadji tal-valutazzjoni (dehra, aroma u togħma). Din se ttejjeb il-valutazzjoni tagħhom minn panels tad-dewqan skont l-istandard UNE-EN ISO/IEC 17025.
L-emenda tikkonċerna l-punt 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 7 tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
AĠĠORNAMENT TAD-DETTALJI
Deskrizzjoni
Ittieħdet l-opportunità biex jiġu aġġornati d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti u tal-korp delegat.
L-emenda tikkonċerna l-punt 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; ma taffettwax id-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid
“Pago de Otazu”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A0184-AM02 — 22.4.2026
1. Isem/Ismijiet
Pago de Otazu
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
Spanja
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tad-dwieli
Inbejjed bojod u ħomor xotti
Karatteristiċi organolettiċi
Karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed bojod magħmula mill-varjetà tal-għeneb abjad
|
(a) |
Inbid abjad mhux imqaddem: ta’ lewn isfar li jagħti fl-aħdar sa isfar lewn it-tiben, possibilment b’lewn dehbi. Ċar u jleqq. |
|
(b) |
Inbid abjad iffermentat fil-btieti: isfar jew isfar li jagħti fl-aħdar għal isfar lewn it-tiben, jew saħansitra dehbi, fil-kulur; ċar u jleqq. |
Karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed ħomor magħmula mill-varjetajiet tal-għeneb aħmar
|
(a) |
Inbejjed ħomor mhux imqaddma: ta’ lewn aħmar lewn iċ-ċirasa, possibilment b’lewn vjola. Ċari u jleqqu. |
|
(b) |
Inbejjed ħomor imqaddma fil-btieti: aħmar lewn iċ-ċirasa bi ħjiel tal-granata, possibilment bi sfumaturi ta’ rubin jew saħansitra aħmar lewn il-briks mit-tqaddim fl-injam. Ċari u jleqqu. |
Karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed bojod magħmula mill-varjetà tal-għeneb abjad
|
(a) |
Inbid abjad mhux imqaddem: delikatezza tal-varjetà; frott abjad, frott taċ-ċitru jew aromi tal-fjuri tal-varjetà. Noti li joħorġu mit-tqaddim fl-injam, jekk intuża l-injam. |
|
(b) |
Inbid abjad iffermentat fil-btieti: finezza tal-varjetà; frott abjad, frott taċ-ċitru jew aromi tal-fjuri. Noti li joħorġu mit-tqaddim fl-injam. |
Karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed ħomor magħmula mill-varjetajiet tal-għeneb aħmar
|
(a) |
Inbejjed ħomor mhux imqaddma: karattru frisk u tal-frott bi ħjiel predominanti ta’ frott aħmar u iswed, possibilment tal-għollieq. |
|
(b) |
Inbejjed ħomor imqaddma fil-btieti: riħa eleganti u intensa b’mod pjaċevoli, iddominata mill-frott. Noti ta’ injam, xi kultant bi sfumaturi pikkanti. Kumplessi u bbilanċjati. |
Karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed bojod magħmula mill-varjetà tal-għeneb abjad
|
(a) |
Inbid abjad mhux imqaddem: morbidu fuq il-palat, armonjuż, pjaċevoli (ibbilanċjat). Togħma ta’ frott. Noti li joħorġu mit-tqaddim fl-injam, jekk intuża l-injam. |
|
(b) |
Inbid abjad iffermentat fil-btieti: bellusi (b’korporatura medja sa qawwija), eleganti u morbidu (ibbilanċjat), kumpless. Noti li joħorġu mit-tqaddim fl-injam. |
Karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed ħomor magħmula mill-varjetajiet tal-għeneb aħmar
|
(a) |
Inbejjed ħomor mhux imqaddma: Friski, b’sensazzjoni tal-ħarir fil-palat (ibbilanċjati) u bellusin fil-palat (b’korporatura medja sa qawwija). |
|
(b) |
Inbejjed ħomor imqaddma fil-btieti: pjaċevoli u eleganti (ibbilanċjati), pjaċevoli fuq il-palat (b’korporatura medja sa qawwija), li joħorġu kollha bit-tqaddim fl-injam. Karattru ta’ frott. |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum) |
12,5 |
|
Aċidità totali minima |
— |
|
Unità ta’ aċidità totali minima |
milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
10,83 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Aċidità volatili massima:
|
— |
< 10,83 meq/l għall-inbejjed mhux imqaddma |
|
— |
< 14,17 meq/l għall-inbejjed imqaddma. |
Total ta’ diossidu tal-kubrit:
|
— |
< 125 mg/l għall-inbejjed ħomor |
|
— |
< 150 mg/l għall-inbejjed bojod. |
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
PRATTIKI ENOLOĠIĊI
Tip ta’ prattika enoloġika
Prattika enoloġika speċifika
Deskrizzjoni
Ir-rendiment massimu tal-estrazzjoni huwa ta’ 71 litru nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb.
It-tul tal-proċess tat-tqaddim ma jistax, taħt l-ebda ċirkostanza, jiġi kkalkulat minn qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena tal-ħsad.
METODI TAT-TKABBIR
Tip ta’ prattika enoloġika
Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbid
Deskrizzjoni
Id-densità tat-tħawwil hija ta’ mill-inqas 2 400 pjanta għal kull ettaru.
7.2. Rendimenti massimi
Għall-varjetajiet kollha:
Rendiment massimu
|
Rendiment massimu |
6 500 |
|
Unità ta’ rendiment massimu |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
Għall-varjetajiet kollha:
Rendiment massimu
|
Rendiment massimu |
46,15 |
|
Unità ta’ rendiment massimu |
ettolitri għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
|
— |
CABERNET SAUVIGNON |
|
— |
CHARDONNAY |
|
— |
MERLOT |
|
— |
TEMPRANILLO |
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
Id-dwieli jinsabu fil-Baċir ta’ Pamplona u fid-distrett madwar il-kapitali ta’ Navarra. Iż-żona tinsab fuq ix-xatt tax-xellug tax-Xmara Arga, li tgħaddi mil-Lvant għall-Punent, fin-Nofsinhar tax-xmara nnifisha. Hija mdawra fin-Nofsinhar mill-qiegħ tal-għoljiet tal-massif tas-Sierra del Perdón u fil-Punent mill-massif tas-Sierra de Sarbil.
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
Sommarju tar-rabta
Il-kwalità tal-inbejjed hija essenzjalment dovuta għall-ambjent ġeografiku uniku. Iż-żona, li tinsab fil-wied iffurmat mill-massivi tas-Sierra de Sarbil u s-Sierra del Perdón, għandha klima Mediterranja b’influwenzi Atlantiċi qawwija. Il-ħamrija fonda u b’ħafna ġebel hija kalkarja ħafna, alkalina u fqira f’materja organika, b’sawra tal-lom u disponibbiltà naturali limitata ta’ nutrijenti. Il-karatteristiċi tal-ħamrija u l-klima Mediterranja jingħaqdu biex jiżguraw sajran tajjeb, filwaqt li l-influwenzi Atlantiċi u l-pożizzjoni tal-vinji fil-qiegħ tal-wied jiżguraw ċiklu ta’ tkabbir twil biżżejjed biex jagħtu lill-inbejjed aċidità, kulur u bilanċ.
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
TIKKETTAR
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
It-tikkettar tal-prodott irid juri b’mod ċar l-isem Vino de Pago de Otazu.
Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3580/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)