<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0800853101.case.xml"><NO.CASE>C-240/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0240</NO.CELEX><NO.SEQ>0023.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-8557</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-8572</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20110915">15.9.2011</DATE> — KAWŻA C-240/10</LEFT><RIGHT>SCHULZ-DELZERS U SCHULZ</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-240/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20091221">21 ta’ Diċembru 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20100514">14 ta’ Mejju 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Cathy Schulz-Delzers,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Pascal Schulz</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Stuttgart III,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, K. Schiemann (Relatur), C. Toader, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-8558"?><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: B. Fülöp, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal C. Schulz-Delzers u għal P. Schulz, minn S. Hoffmann, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u C. Blaschke, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn M. Muñoz Pérez, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Lyal u W. Mölls, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-8559"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikoli 12 KE, 18 KE u 39 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża mressqa minn C. Schulz-Delzers u P. Schulz (iktar ’il quddiem, konġuntament, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>konjuġi Schulz<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) kontra l-Finanzamt Stuttgart III (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Finanzamt<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar l-avviż tat-taxxa fuq id-dħul maħruġ mill-Finanzamt għas-snin 2005 u 2006.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-tassazzjoni fuq id-dħul fil-Ġermanja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>It-tassazzjoni fuq id-dħul fil-Ġermanja kienet irregolata, matul is-snin 2005 u 2006, mil-liġi dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul (Einkommensteuergesetz, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>l-EstG<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), fil-verżjoni tagħha applikabbli fl-imsemmija snin.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8560"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tal-EstG, huma suġġetti b’mod sħiħ għat-taxxa fuq id-dħul b’mod partikolari persuni fiżiċi li jkunu domiċiljati jew abitwalment residenti fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Ir-rata ta’ taxxa hija ddeterminata fuq skala progressiva, ikun hemm żieda fir-rata tat-taxxa skont l-ammont ta’ dħul. Din l-iskala tirrifletti evalwazzjoni tal-kapaċità kontributorja tal-persuna taxxabbli mil-leġiżlatur fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Ċertu tip ta’ dħul huwa eżenti mit-taxxa fuq id-dħul. F’dan ir-rigward, għandha ssir distinzjoni bejn dak id-dħul li, filwaqt li ma huwiex, fih innifsu taxxabbli, jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tar-rata tat-taxxa applikabbli għal dħul ieħor skont skala ta’ taxxa progressiva, u dak li ma jittiħidx inkunsiderazzjoni għal dan il-għan. L-ewwel wieħed huwa kklassifikat bħala dħul eżenti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>bil-kundizzjoni li jittieħed inkunsiderazzjoni skont il-progressività tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Progressionsvorbehalt<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-fatt li jittieħed inkunsiderazzjoni, skont il-progressività tat-taxxa, ċertu dħul li huwa eżentat meta tiġi stabbilita r-rata tat-taxxa applikabbli għal dħul ieħor jirrifletti evalwazzjoni tal-kapaċità kontributorja tal-persuna taxxabbli, magħmula mil-leġiżlatur. Il-persuna taxxabbli li tirċievi dħul eżentat iżda li jittieħed inkunsiderazzjoni skont il-progressività tat-taxxa għandha, skont il-leġiżlatur, kapaċità kontributorja ikbar minn persuna taxxabbli li ma tirċevix dan id-dħul. Għaldaqstant, jittieħed inkunsiderazzjoni ċertu dħul ta’ sostituzzjoni li fil-prinċipju huwa eżonerat, bħalma huma, b’mod partikolari, l-allowances tal-qgħad. Fil-fatt, tali allowances ma humiex intiżi li jikkumpensaw ċerti spejjeż, iżda li jiżguraw b’mod ġenerali mezzi ta’ għajxien suffiċjenti għal persuni li jirċievuhom.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8561"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Madankollu, jekk il-leġiżlatur ippreveda eżenzjoni mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul ikkonċernat skont il-progressività tat-taxxa, huwa jippreżumi li d-dħul eżentat ma jistax jiġi kkunsidrat bħala fattur ta’ kapaċità kontributorja, u ma għandux ikun hekk, anki għall-finijiet tat-tassazzjoni ta’ dħul ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Biex itaffu l-progressività tal-iskala tat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward tal-konjuġi b’ammonti differenti ta’ dħul, il-leġiżlatur Ġermaniż stabbilixxa favur persuni taxxabbli suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul kollu tagħhom, miżżewġa u mhux separati definittivament, sistema ta’ tassazzjoni konġunta, li tinvolvi l-istabbiliment ta’ bażi uniformi ta’ stima, flimkien mal-applikazzjoni ta’ sistema msejħa ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>qsim<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>splitting<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Għal dan il-għan, id-dħul riċevut mill-konjuġi huwa aggregat u imputat lilhom b’mod konġunt. It-taxxa fuq id-dħul tal-miżżewġin imposta konġuntament tammonta għad-doppju tal-ammont li jolqot nofs id-dħul taxxabbli komuni tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Tassazzjoni fil-Ġermanja, ta’ dħul li joriġinaw minn awtorità pubblika Franċiża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar il-ħelsien mit-taxxa doppja u t-twaqqif ta’ regoli ta’ assistenza amministrattiva u legali reċiproka fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul u l-assi kif ukoll fil-qasam tat-taxxi fuq in-negozju u t-taxxi fuq il-proprjetà, iffirmata f’Pariġi fil-<DATE ISO="19590721">21 Lulju 1959</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Bundesgesetzblatt</HT> 1961 II, p. 397), kif emendata mill-Protokoll iffirmat f’Pariġi fl-<DATE ISO="20011220">20 Diċembru 2001</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Bundesgesetzblatt</HT> 2002 II, p. 2370, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>konvenzjoni fiskali Franco-Ġermaniża<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), tipprevedi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1) tagħha l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>prinċipju tal-Istat li jħallas<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, li jipprovdi li s-salarji, il-pagi u r-remunerazzjonijiet analogi, lil persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku ta’ Stat kontraenti lil persuni fiżiċi residenti tal-Istat l-ieħor fir-rigward ta’ servizzi amministrattivi attwali għandhom jiġu ntaxxati biss fl-ewwel Stat.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8562"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(1) tal-Konvenzjoni fiskali Franco-Ġermaniża jipprovdi li, sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja, id-dħul li ġej minn Franza bis-saħħa ta’ din il-konvenzjoni, li huwa taxxabbli fi Franza, huwa eskluż mill-bażi taxxabbli Ġermaniża tar-residenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Din ir-regola ma tillimitax id-dritt tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li tieħu inkunsiderazzjoni, meta tkun qed tiġi stabbilita r-rata tat-taxxa tagħha, id-dħul hekk eskluż.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw kemm għas-salarji bażiċi tal-impjegati ċivili Franċiżi residenti fil-Ġermanja kif ukoll għall-allowances addizzjonali li jirċievu għall-espatrijazzjoni tagħhom fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 32b(1)(3) tal-EstG:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Jekk persuna taxxabbli fuq-id-dħul kollu tagħha, temporanjament jew matul il-perjodu kollu ta’ taxxa tkun [...]</P><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="032B.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>irċeviet dħul li huwa eżenti mit-taxxa skont ftehim għall-ħelsien mit-taxxa doppja jew ftehim ieħor bejn l-Istati iżda bl-inklużjoni ta’ dan id-dħul fil-kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul [...], għandha tiġi applikata rata ta’ taxxa partikolari fuq id-dħul taxxabbli skont l-Artikolu 32a(1).<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-8563"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 32b(2)(2) tal-EstG jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Ir-rata ta’ taxxa partikolari stabbilita fil-paragrafu 1 hija r-rata ta’ taxxa li tirriżulta miż-żieda jew tnaqqis tad-dħul taxxabbli skont l-Artikolu 32a(1) fil-kuntest tal-kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul, kif ġej [...]</P><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="032B.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>fil-każijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(2) u (3), id-dħul li huwa deskritt hemmhekk, u b’kunsiderazzjoni ta’ 20 % tad-dħul straordinarju inkluż hemmhekk.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-tassazzjoni, fil-Ġermanja, ta’ allowances tal-espatrijazzjoni mogħtija lil persuni taxxabbli Ġermaniżi li jaħdmu barra mill-pajjiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Għalkemm id-dħul ta’ persuni taxxabbli li jaħdmu bħala uffiċjali barra mill-pajjiż huwa kompletament suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fil-Ġermanja, l-allowances possibbli li jingħatawlhom minħabba l-espatrijazzjoni huma eżenti, fil-Ġermanja, mit-taxxa fuq id-dħul u ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni skont l-imsemmija progressività tat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(64) tal-EstG jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Fil-każ ta’ ħaddiema impjegati ma’ persuna ġuridika nazzjonali rregolata mid-dritt pubbliku u li jirċievu, għal dan ix-xogħol, salarju minn fond pubbliku nazzjonali, id-dħul relatat ma’ xogħol f’pajjiż barrani ma’ huwiex taxxabbli sa fejn jeċċedi s-salarju<?PAGE NO="I-8564"?> li jirċievi l-ħaddiem fil-każ ta’ xogħol simili mħallas mill-fond pubbliku. L-ewwel sentenza tapplika wkoll meta l-ħaddiem huwa impjegat minn persuna oħra li tiddetermina s-salarju skont id-dispożizzjonijiet applikabbli taħt l-ewwel sentenza, is-salarju jitħallas minn fond pubbliku u jingħata kompletament jew essenzjalment permezz ta’ mezzi pubbliċi. Fil-każ ta’ ħaddiema oħra mibgħuta għal perjodu limitat barra l-pajjiż, li għandhom residenza jew post ta’ residenza abitwali hemmhekk, l-ammont kumpensatorju tal-poter ta’ akkwist mogħti lilhom minn persuna nazzjonali li timpjega, huwa eżenti mit-taxxa, sa fejn tali ammont ma jeċċedix l-ammont permess għal remunerazzjonijiet paragunabbli barranija skont l-Artikolu 54 tal-Liġi Federali dwar ir-remunerazzjoni ta’ uffiċjali (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Bundesbesoldungsgesetz<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>).<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-konjuġi Schulz huma residenti fil-Ġermanja u għandhom żewġt itfal dipendenti. Huma għażlu li jkunu ntaxxati konġuntament fuq id-dħul kollu tagħhom, kif iddefinit fl-Artikolu 1 tal-EStG, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn bażi taxxabbli komuni iktar vantaġġuża.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>P. Schulz, ċittadin Ġermaniż, huwa impjegat bħala avukat, u minn dan l-impjieg irċieva dħul matul is-snin 2005 u 2006.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>C. Schulz-Delzers, ċittadina Franċiza, taħdem il-Ġermanja bħala uffiċjal tal-Istat Franciż bħala għalliema fi skola primarja Franco-Ġermaniża. Matul is-snin 2005 u 2006, il-persuna kkonċernata rċeviet mill-Istat Franċiż, flimkien mas-salarju tagħha, żewġ tipi ta’ allowances li, skont id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 14 u 20(1) tal-Konvenzjoni fiskali Franco-Ġermaniża, huma, bħalma huwa s-salarju<?PAGE NO="I-8565"?> tagħha, eżentati fil-Ġermanja, bil-kundizzjoni li jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-progressività tat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Iż-żewġ allowances ikkonċernati huma:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>allowance relatata mal-kundizzjonijiet tal-għajxien lokali, mogħtija lill-uffiċjali tal-Istat Franċiż li jaħdmu barra mill-pajjiż abbażi tal-Artikolu 4B(d) tad-Digriet Nru 2002-22, tal-<DATE ISO="20020104">4 ta’ Jannar 2002</DATE>, dwar is-sitwazzjoni amministrattiva u finanzjarja tal-persunal tal-iskejjel Franċiżi (JORF Nru 5 tas-<DATE ISO="20010106">6 ta’ Jannar 2001</DATE>, p. 387), bħala kumpens għal telf tal-poter ta’ akkwist u li l-ammonti kienu EUR 437.41 u EUR 444.08 fix-xahar matul is-snin 2005 u 2006 rispettivament u</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>allowance tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, mogħti għat-tfal tal-uffiċjali tal-Istat Franċiż li jaħdmu barra mill-pajjiż abbażi tal-Artikolu 4B(e) tad-Digriet Nru 2002-22, li l-ammonti kienu ta’ EUR 134.20 u EUR 136.41 fix-xahar għall-istess sentejn.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Is-salarju rċevut minn C. Schulz-Delzers matul is-sentejn inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fi Franza. Għall-kuntrarju, iż-żewġ allowances imsemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, bħala dħul eżentat taħt id-dritt Franċiż, ma ġewx intaxxati fi Franza.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-avviż tat-taxxa fuq id-dħul għas-snin 2005 u 2006, il-Finanzamt ħa inkunsiderazzjoni l-eżenzjoni ta’ dawn iż-żewġ allowances, iżda ħadithom inkunsiderazzjoni, bħall-bqija tar-remunerazzjoni ta’ C. Schulz-Delzers, wara tnaqqis ta’ somma fissa għal spejjeż professjonali ta’ EUR 920 għal kull waħda minn dawn is-sentejn, skont<?PAGE NO="I-8566"?> il-progressività tat-taxxa, skont l-Artikolu 32b(1), punt 3 u 2, punt 2 tal-EStG. Dan it-teħid inkunsiderazzjoni tal-imsemmija allowances kellu l-effett li jikkawża żieda fit-taxxa fuq id-dħul tal-konjuġi Schulz ta’ EUR 654 u ta’ EUR 664 għall-2005 u l-2006 rispettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-konjuġi Schulz ippreżentaw ilmenti kontra dawn l-avviżi tat-taxxa, li ġew miċħuda bħala infondati mill-Finanzamt, permezz tad-deċiżjonijiet tat-<DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fit-<DATE ISO="20090518">18 ta’ Mejju 2009</DATE> quddiem il-qorti tar-rinviju, il-konjuġi Schulz ikkuntestaw it-teħid inkunsiderazzjoni taż-żewġ allowances inkwistjoni fil-kawża prinċipali għall-finijiet tal-kalkolu tar-rata tat-taxxa applikabbli għal dħul ieħor skont l-iskala tat-taxxa progressiva. Huma talbu li l-kumpens irċevut minn Schulz-Delzers ma jittiħidx inkunsiderazzjoni skont il-progressività tat-taxxa. Huma jsostnu li t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-allowances jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 39 KE peress li l-allowances ekwivalenti rċevuti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(64) tal-EStG ma humiex suġġetti għal tali teħid inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 3(64) tal-EStG huwa intiż li jiskoraġġixxi lil uffiċjal Franċiż milli jmur fuq xogħol fil-Ġermanja fil-kuntest tal-qadi tas-servizzi tiegħu, peress li l-allowances inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma inklużi fil-kalkolu tar-rata speciali tat-taxxa filwaqt li ħaddiem Ġermaniż li jaħdem barra mill-Ġermanja jirċievi allowances ekwivalenti mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-progressività tat-taxxa</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, indipendentement minn ksur tal-Artikolu 39(1) sa (3) KE, l-Artikolu 3(64) tal-EstG jikkostitwixxi wkoll diskriminazzjoni moħbija bbażata fuq iċ-ċittadinanzà, peress li, b’mod ġenerali, huma ċittadini Ġermaniżi li jkunu jinsabu f’relazzjoni ta’ impjieg ma’ persuna ġuridika Ġermaniża rregolata mid-dritt pubbliku<?PAGE NO="I-8567"?> u, għalhekk huma l-benefiċjarji prinċipali tal-vantaġġ li jirriżulta mill-Artikolu 3(64) tal-EstG.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi, li l-Finanzgericht Baden-Württemberg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja twieġeb għad-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(64) huwa kompatibbli mal-moviment liberu tal-ħaddiema skont l Artikolu [ 39 KE, li sar l-Artikolu 45 TFUE]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(64) tal-EstG jinkludi diskriminazzjoni moħbija bbażata fuq in-nazzjonalità u pprojbita skont l-Artikolu 18 TFUE (Artikolu 12 KE)?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 3(64) tal-EstG hija kompatibbli mal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu [18 KE li sar l-Artikolu 21 TFUE]?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 39 sa 43 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-artikoli tat-Trattat KE ċċitati mill-qorti tar-rinviju fid-domandi tagħha, huwa biss l-Artikolu 39 KE li jista’ japplika fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8568"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, l-Artikolu 12 KE, li jistabbilixxi prinċipju ġenerali ta’ projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza, huwa intiż li japplika b’mod awtonomu biss f’sitwazzjonijiet irregolati mid-dritt tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom it-Trattat KE ma jipprovdix regoli speċifiċi ta’ nondiskriminazzjoni. Madankollu, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ġie implementat, fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema, permezz tal-Artikoli 39 KE (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-269/07" PAGE.ECR="I-7811" YEAR="2009">C-269/07, Ġabra p. I-7811</REF.DOC.ECR>, punti 98 u 99 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-Artikolu 18 KE, li jistabbilixxi b’mod ġenerali d-dritt ta’ kull ċittadin tal-Unjoni li jmur minn post għal ieħor u li jirrisjedi liberament fit-territorju tal-Istati Membri, huwa espress b’mod speċifiku fl-Artikolu 39 KE fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Leyman, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-3/08" PAGE.ECR="I-9085" YEAR="2009">C-3/08, Ġabra p. I-9085</REF.DOC.ECR>, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, huwa paċifiku li C. Schulz-Delzers telqet minn Franza sabiex tistabbilixxi r-residenza tagħha fil-Ġermanja u, min-naħa l-oħra, l-istatus tagħha ta’ ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 39 KE ma huwiex ikkontestat. Għaldaqstant, huwa biss fid-dawl ta’ din l-aħħar dispożizzjoni li jeħtieġ li jiġu eżaminati d-domandi magħmula (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza Leyman, iċċitata iktar ’il fuq, punti 18 sa 20 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat, barra minn hekk, li l-kwistjoni tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 3(64) tal-EStG mal-Artikolu 39 KE titqajjem fil-kawża prinċipali biss inkwantu l-imsemmi Artikolu 3(64) japplika għall-allowances irċevuti minn uffiċjali Ġermaniżi li jaħdmu barra minn pajjiżhom, filwaqt li ma japplikax għall-allowances irċevuti minn uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor li jaħdmu fit-territorju Ġermaniż. Madankollu, ma huwiex ikkontestat il-fatt li din id-dispożizzjoni tad-dritt Ġermaniż<?PAGE NO="I-8569"?> ma tapplikax b’mod partikoalri għal allowances irċevuti minn uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor suġġetti għat-taxxa fil-Ġermanja u li jaħdmu fi Stat Membru terz.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-domandi magħmula, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, għandhom jinftiehma f’sens li essenzjalment jikkonċernaw il-punt ta’ jekk l-Artikolu 39 KE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni bħal l-Artikolu 3(64) tal-EStG, li bis-saħħa tiegħu allowances bħal dawk fil-kawża prinċipali, mogħtija lil uffiċjal ta’ Stat Membru li jaħdem fi Stat Membru ieħor sabiex jikkumpensa telf tal-poter ta’ akkwist fil-post tal-impjieg, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tat-taxxa applikabbli f’dan l-ewwel Stat Membru għad-dħul l-ieħor tal-persuna taxxabbli jew tal-konjuġi tagħha, filwaqt li l-allowances ekwivalenti mogħtija lill-uffiċjal ta’ dan l-Istat Membru ieħor li jaħdem fit-territorju tal-ewwel Stat Membru jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ din ir-rata tat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-Artikolu 39 KE jipprekludi minn naħa, id-diskriminazzjonijiet ovvji bbażati fuq iċ-ċittadinanza kif ukoll il-forom kollha moħbija ta’ diskriminazzjoni li, skont il-kriterji oħra ta’ distinzjoni, iwasslu fil-fatt għall-istess riżultat (sentenza tal-<DATE ISO="19950214">14 ta’ Frar 1995</DATE>, Schumacker, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-279/93" PAGE.ECR="I-225" YEAR="1995">C-279/93, Ġabra p. I-225</REF.DOC.ECR>, punt 26), u li dan l-artikolu jipprojbixxi min-naħa l-oħra, kull dispożizzjoni, anki jek k applikabbli mingħajr distinzjoni, li tipprekludi jew tiskoraġġixxi lil ċittadin ta’ Stat Membru milli jħalli l-pajjiż tal-oriġini tiegħu sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu (sentenza tat-<DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, de Groot, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-385/00" PAGE.ECR="I-11819" YEAR="2002">C-385/00, Ġabra p. I-11819</REF.DOC.ECR>, punt 78).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, huwa paċifiku li C. Schulz-Delzers, li għamlet użu mid-dritt tagħha għal moviment liberu, ma hijiex, fl-Istat ospitanti, ittrattata b’mod inqas favorevoli minn ċittadin ta’ dak l-Istat f’sitwazzjoni purament nazzjonali. Fil-fatt, l-Artikolu 3(64) tal-EStG, min-natura tiegħu stess, ma jistax japplika għall-persuni taxxabbli li jaħdmu fil-Ġermanja u jagħti benefiċċju biss lill-persuni taxxabbli li jaħdmu barra dan it-territorju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8570"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li huwa biss fil-każ li rifjut ta’ dan il-benefiċċju lil persuna taxxabbli fil-pożizzjoni ta’ C. Schulz-Delzers ikun jista’ jiġi kklassifikat bħala diskriminatorju għal raġunijiet oħra, li jippresupponi li s-sitwazzjoni ta’ C. Schulz-Delzers hija paragunabbli ma’ dik tal-benefiċjarji tal-imsemmi benefiċċju, li l-Artikolu 39 KE jista’ jiġi validament invokat fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li paragunabbiltà bħal din ma tagħmilx parti mill-għan mixtieq skont skala progressiva tat-taxxa li hija neċessarjament ibbażata, kif tfakkar fil-punti 5 sa 8 ta’ din is-sentenza, fuq evalwazzjoni tal-kapaċità kontributorja tal-persuna taxxabbli mwettqa abbażi tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn din il-perspettiva, l-allowances bħal dawk li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3964) tal-EStG, intiżi li jippermettu lill-benefiċjarju jżomm, minkejja l-għoli tal-ħajja superjuri barra mill-pajjiż, l-istess kundizzjonijiet tal-għajxien bħal dawk li jgawdi fil-Ġermanja, ma jżidux il-kapaċità kontributorja tal-persuna taxxabbli u għalhekk ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-progressività tat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, l-allowances li tibbenefika minnhom C. Schulz-Delzers fil-Ġermanja huma speċifikament intiżi li jaġġustaw ir-remunerazzjoni tal-persuna kkonċernata għall-għoli tal-ħajja fil-Ġermanja u b’hekk iżidu l-kapaċità kontributorja tagħha, kif evalwata fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u għalhekk huma kkunsidrati skont il-progressività tat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-fatt li, mill-perspettiva tal-leġiżlatur Franċiż, l-imsemmija allowances huma sempliċement intiżi li jippermettu lill-benefiċjarju tagħhom iżomm, minkejja għoli tal-ħajja superjuri fil-Ġermanja, l-istess kundizzjonijiet tal-għajxien li jeżistu fi Franza,<?PAGE NO="I-8571"?> huwa irrelevanti f’dan ir-rigward, peress li l-paragunabbiltà tas-sitwazzjonijiet tista’ neċessarjament tiġi evalwata biss fil-kuntest ta’ sistema fiskali waħda u identika u li, fin-nuqqas ta’ miżuri ta’ unifikazzjoni jew ta’ armonizzazzjoni fil-livell ta’ Unjoni, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti li jistabbilixxu l-kriterji ta’ tassazzjoni fuq id-dħul.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-fatt li l-għażla tal-konjuġi Schulz li jiġu ntaxxati konġuntament sabiex jibbenefikaw minn bażi taxxabbli komuni, iktar vantaġġuża minn żewġ bażijiet taxxabbli separati, kellha l-konsegwenza li tinkludi l-allowances imħallsa lil C. Schulz-Delzers fil-kalkolu tar-rata tat-taxxa skont skala tat-taxxa progressiva huwa għalhekk il-konsegwenza mhux ta’ trattament diskriminatorju fis-sens tal-Artikolu 39 KE, iżda l-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ tassazzjoni li għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li t-Trattat ma jiggarantixxix lil ċittadin tal-Unjoni li t-trasferiment tal-attivitajiet tiegħu fi Stat Membru ieħor differenti minn dak li fih kien jirrisjedi qabel ikun newtrali fil-qasam tat-tassazzjoni. Fid-dawl tad-differenzi fil-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri f’dan is-suġġett, tali trasferiment jista’, skont il-każ, ikun xi ftit jew wisq vantaġġuż jew żvantaġġuż għaċ-ċittadin (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, Lindfors, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-365/02" PAGE.ECR="I-7183" YEAR="2004">C-365/02, Ġabra p. I-7183</REF.DOC.ECR>, punt 34, u tat-<DATE ISO="20050712">12 ta’ Lulju 2005</DATE>, Schempp, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-403/03" PAGE.ECR="I-6421" YEAR="2005">C-403/03, Ġabra p. I-6421</REF.DOC.ECR>, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 39 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni bħall-Artikolu 3(64) tal-EStG, li tipprovdi li allowances bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija lil uffiċjal ta’ Stat Membru li jaħdem fi Stat Membru ieħor sabiex jikkumpensaw telf tal-poter ta’ akkwist fil-post tax-xogħol, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tat-taxxa applikabbli fl-ewwel Stat Membru għal dħul ieħor tal-persuna taxxabbli jew tal-konjuġi tagħha, filwaqt li allowances ekwivalenti mogħtija lil uffiċjal ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor li<?PAGE NO="I-8572"?> jaħdem fit-territorju tal-ewwel Stat Membru jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tat-taxxa.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 39 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni bħall-Artikolu 3(64) tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul (Einkommensteuergesetz), li tipprovdi li allowances bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija lil uffiċjal ta’ Stat Membru li jaħdem fi Stat Membru ieħor sabiex jikkumpensaw għat-telf tal-poter ta’ akkwist fil-post tax-xogħol, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tat-taxxa applikabbli fl-ewwel Stat Membru għal dħul ieħor tal-persuna taxxabbli jew tal-konjuġi tagħha, filwaqt li allowances ekwivalenti mogħtija lil uffiċjal ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor li jaħdem fit-territorju tal-ewwel Stat Membru jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tat-taxxa.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>