Official Journal L 323 , 24/12/1969 P. 0005 - 0006
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0253
Danish special edition: Series I Chapter 1969(II) P. 0549
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0253
English special edition: Series I Chapter 1969(II) P. 0565
Greek special edition: Chapter 03 Volume 5 P. 0023
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 3 P. 0174
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 3 P. 0174
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 1969 dwar il-kontroll ta’ San José Scale (69/466/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, Billi l-produzzjoni tal-pjanti ta’ l-injam dicotyledonous u l-frott tagħhom għandha post importanti fil-biedja tal-Komunità; Billi l-frott ta’ din il-produzzjoni huwa konstantement mhedded minn organiżmi li jagħmlu ħsara; Billi, permezz tal-ħarsien ta’ dawn il-pjanti kontra organiżmi bħal dawn li jagħmlu ħsara, mhux biss għandha tinżamm il-kapaċità produttiva iżda wkoll tiżdied il-produttività fil-biedja; Billi miżuri protettivi li jħarsu kontra d-dħul ta’ l-organiżmi li jagħmlu ħsara fl-Istati Membri individwali jkollhom biss effett limitat jekk dawn l-organiżmi ma jiġux fl-istess ħin ikkontrollati b’mod simultanju u metodiku mal-Komunità u jekk dawn ma jiġux imwaqqfa milli jinfirxu; Billi wieħed mill-organiżmi li l-aktar jagħmlu ħsara lill-pjanti ta’ l-injam dicotyledonous huwa s-San José Scale (Quadraspidiotus perniciosus Comst.); Billi din il-pesta nstabet f’diversi Stati Membri u hemm żoni fil-Komunità li huma kkontaminati; Billi hemm riskju permanenti għall-koltivazzjoni tal-pjanti ta’ l-injam dicotyledonous fil-Komunità jekk ma jittiħdux miżuri effettivi sabiex din il-pesta tiġi kkontrollotata u sabiex din titwaqqaf milli tinfirex; Billi, sabiex tinqered din il-pesta, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet minimi għall-Komunità; billi l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet aktar ħarxa fejn jixraq; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L- Artikolu 1 Din id-Direttiva tittratta l-miżuri minimi li għandhom jittieħdu ġewwa l-Istati Membri sabiex is-San José Scale (Quadraspidiotus perniciosus Comst.) tiġi kkontrollata u ma titħalliex tinfirex. L- Artikolu 2 Għall-finijiet ta’din id-Direttiva: (a) "pjanti" tfisser pjanti ħajjin u partijiet ħajjin ta’ pjanti bl-eċċezzjoni tal-frott u ż-żerriegħa; (b) "pjanti jew frott ikkontaminati" tfisser pjanti u frott li fuqhom jinstabu wieħed jew aktar mill-insetti San José Scale, sakemm ma jiġix ikkonfermat li dawn ikunu mejta; (ċ) "Pjanti San José Scale li jospitaw" tfisser il-pjanti tat-tip Acer L., Cotoneaster Ehrh., Crataegus L., Cydonia Mill., Euonymus L., Fagus L., Juglans L., Ligustrum L., Malus Mill., Populus L., Prunus L., Pyrus L., Ribes L., Rosa L., Salix L., Sorbus L., Syringa L., Tilia L., Ulmus L., Vitis L.; (d) "imxietel" tfisser il-pjantazzjonijiet fejn jitkabbru l-pjanti maħsuba sabiex jiġu transpjantati, jimmoltiplikaw jew jitqassmu bħala pjanti b’għeruq individwali. L- Artikolu 3 Meta tinstab okkorrenza ta’ San José Scale, l-Istati Membri għandhom jifirdu ż-żona kkontaminata b’żona ta’ sigurezza kbira biżżejjed sabiex tiżgura l-ħarsien taż-żoni ta’ madwarha. L- Artikolu 4 L-Istati Membri għandhom jipprovdu li fiż-żoni kkontaminati u fiż-żoni ta’ sigurezza, il-pjanti li jospitaw is-San José Scale jiġu ttrattati b’mod xieraq sabiex din il-pesti tiġi kkontrollata u ma tiħallihiex tinfirex. L- Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jipprovdu li: (a) il-pjanti kkontaminati kollha fl-imxietel għandhom jiġu meqruda; (b) il-pjanti l-oħra kollha kkontaminati jew li hemm suspett li huma kkontaminati u li jkunu qed jikbru f’żona kkontaminata għandhom jiġu ttrattati b’mod li dawk il-pjanti u l-frott tagħhom ma jkunux għadhom ikkontaminati meta jiġu mċaqalqa; (ċ) il-pjanti kollha bl-għeruq li jospitaw is-San José Scale li jkunu qed jikbru f’żona kkontaminata, u parti minn dawn il-pjanti li huma maħsuba għall-moltiplikazzjoni u li huma prodotti f’dik iż-żona jistgħu jiġu miżrugħa mill-ġdid fiż-żona kontaminata jew trasportati ’l barra minnha biss jekk ma jkunx instab li kienu kkontaminati u jkunu ġew ittrattati b’mod li kull insett tas-San José Scale li jista’ jkun għadu preżenti jiġi meqrud. L- Artikolu 6 L--Istati Membri għandhom jiżguraw li fiż-żoni ta’ sigurezza l-pjanti li jospitaw is-San José Scale jiġu kkontrollati uffiċjalment u ta’ lanqas darba fis-sena sabiex kull okkorrenza ta’ San José Scale tinkixef. L- Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom jipprovdu li f’kull lott ta’ pjanti (barra minn dawk li huma miżrugħa fl-art) u l-frott frisk li fihom tkun instabet il-kontaminazzjoni, il-pjanti u frott ikkontaminati għandhom jinqerdu u l-pjanti l-oħra u l-frott fil-lott jiġu ttrattati jew ipproċessati b’mod li l-insetti San José Scale li jista’ jkunu għadhom hemm jinqerdu. L- Artikolu 8 L-Istati Membri għandhom jirrevokaw il-miżuri meħuda sabiex tiġi kkontrollata s-San José Scale jew sabiex ma titħallhiex tinfirex biss meta s-San José Scale ma tinstabx aktar preżenti. L- Artikolu 9 L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu ż-żamma tas-San José Scale. L- Artikolu 10 1. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw: (a) derogi mill-miżuri msemmija fl-Artikoli 4, 5, 7 u 9 għal skopijiet xjentifiċi u pitosanitarji, testijiet u xogħol ta’ għażla; (b) b’deroga mill-Artikoli 5(b) u 7, l-ipproċessar minnufih tal-frott frisk ikkontaminat; (ċ) b’deroga mill-Artikoli 5(b) u 7, iċ-ċaqliq tal-frott frisk ikkontaminat fiż-żona kkontaminata. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jingħataw biss meta jeżistu kontrolli xierqa li jiggarantixxu li dawn ma jagħmlux ħsara lill-kontroll tas-San José Scale u ma joħolqux ir-riskju li din il-pesta tinfirex. L- Artikolu 11 L-Istati Membri jistgħu jadottaw dawk il-miżuri ulterjuri jew aktar ħarxa li jkunu meħtieġa sabiex is-San José Scale tiġi kkontrollata jew ma titħallhiex tinfirex. L- Artikolu 12 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien sentejn wara li hija tiġi nnotifikata u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. L- Artikolu 13 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ Diċembru 1969. Għall-Kunsill Il-President J.M.A.H. Luns [1] ĠU C 156, tal-15.7.1967, p. 31. --------------------------------------------------