|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2504 |
24.9.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2504
tat-23 ta’ Settembru 2024
li temenda d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea-Bissau
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Mejju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK (1). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2012/285/PESK, il-Kunsill irrieżamina l-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea-Bissau, u jqis li jenħtieġ li persuna waħda titneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi, kif stipulat fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni, u li jenħtieġ li tliet persuni jitneħħew mil-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi, kif stipulat fl-Anness III ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2012/285/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni 2012/285/PESK huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. FELDMAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK tal-31 ta’ Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea-Bissau u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/237/PESK (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 36).
ANNESS
(1)
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2012/285/PESK (Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)(b)), titħassar l-entrata li tikkonċerna lill-persuna elenkata hawn taħt:|
“16. |
Logutenent Julio NA MAN”. |
(2)
Fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2012/285/PESK (Lista ta’ persuni, entitajiet jew korpi msemmijin fl-Artikolu 2), jitħassru l-entrati li jikkonċernaw lill-persuni elenkati hawn taħt:|
“13. |
Tchipa NA BIDON |
|
16. |
Idrissa DJALÓ |
|
21. |
Logutenent Julio NA MAN”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2504/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)