|
25.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/16 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11016 — AIR LIQUIDE / ADP / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 142/12)
1.
Fis-17 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Aéroports de Paris S.A. (“ADP”, Franza), |
|
— |
Air Liquide S.A. (“Air Liquide”, Franza), |
|
— |
JV (Franza). |
APD u Air Liquide jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ JV.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
ADP hija responsabbli għall-iżvilupp, it-tħaddim u l-espansjoni tal-ajruporti ta’ Paris-Charles de Gaulle, Paris-Orly, Paris-Le Bourget, kif ukoll għadd ta’ ajruporti ċivili li jinsabu fir-reġjun tal-Ile-de-France. ADP hija attiva wkoll fil-forniment ta’ servizzi ta’ inġinerija u konsulenza teknika għall-industrija tal-ajruporti u fil-forniment ta’ operazzjonijiet ta’ appoġġ tal-ajruport u servizzi ta’ inġinerija, |
|
— |
Air Liquide hija attiva fil-gassijiet industrijali, fit-teknoloġiji u fis-servizzi użati fis-setturi Industrijali u tas-Saħħa. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-JV se jkunu l-forniment ta’ servizzi ta’ inġinerija lill-ajruporti għall-proġetti tagħhom biex jintegraw l-idroġenu fl-infrastrutturi tagħhom. Dawn is-servizzi ta’ inġinerija se jinkludu studji ta’ preinġinerija, prefattibbiltà u inġinerija, u assistenza lill-klijenti fil-proġetti tagħhom ta’ bini, sjieda u operat fir-rigward tal-infrastrutturi tal-ajruporti ffukati fuq l-idroġenu.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11016 — AIR LIQUIDE / ADP / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).