Official Journal L 080 , 05/04/1971 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0069
Danish special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0181
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0069
English special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0200
Ir-Regolament (KEFA, EEC, EURATOM) Nru 723/71 tal-Kunsill tat-30 ta' Marzu ta' l-1971 li jemenda r-Regolament Nru 422/67/EEC, 5/67/Euratom li jistabbilixxi l-pagi tal-President u membri tal-Kummissjoni, u tal-President, Imħallfin, Avukati-Ġenerali u Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu; Billi huwa l-Kunsill li jiddetermina s-salarji, konċessjonijiet u pensjonijiet tal-President u membri tal-Kummissjoni, u tal-President u membri tal-Kummissjoni, u tal-President, Imħallfin, Avukati-Ġenerali u Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, flimkien ma' kwalunkwe ħlas li għandu jkun magħmul minflok il-ħlas; ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Regolament Nru 422/67/EEC, 5/67/Euratom tal-Kunsill tal-25 ta' Lulju ta' l-1967 li jiddetermina l-konċessjonijiet tal-President u membri tal-Kummissjoni u tal-President, Imħallfin, Avukati-Ġenerali u Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja [2] kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KEFA, EEC, Euratom) Nru 2163/70 [3] għandu jkun emendat permezz tas-segwenti: (a) Is-segwenti għandhom ikunu sostitwiti ma' l-Artikolu 2: "L-Artikolu 2 1. Is-salarju bażiku ta' kull xahar ghal membri tal-Kummissjoni għandu jkun: | Minn 1.7.70 sa minn ghal 30.9.70 | 1.10.70 | President | Bfrs 150500 | Bfrs 156550 | Vici-President | Bfrs 136300 | Bfrs 141800 | Membri ohra | Bfrs 122700 | Bfrs 127650 | 2. Is-salarju bażiku ta' kull xahar ta' membri tal-Qorti għandu jkun: | Minn 1.7.70 sa minn ghal 30.7.70 | 1.10.70 | President | Bfrs 150500 | Bfrs 156550 | Imhallef jew Avukat-Generali | Bfrs 122700 | Bfrs 127650 | Registrar | Bfrs 110150 | Bfrs 114600" | (b) Is-segwenti għandhom ikunu sostitwiti ma' l-Artikolu 3(1)(b): "(b) Konċessjoni ta' tifel dipendenti għandu jkun ugwali: - mill-1 ta' Lulju ta' l-1970 sat-30 ta' Settembru ta' l-1970, għal Bfrs 1536 - mill-1 ta' Ottubru ta' l-1970, sa Bfrs 1597 għal kull tifel kull xahar." (ċ) L-ammont massimu ta' konċessjoni għal edukazzjoni, mogħti fl-ewwel ta' l-Artikolu 3(4), għandu jkun imtella' għal: - Bfrs 1371 mill-1 ta' Lulju ta' l-1970 sat-30 ta' Settembru ta' l-1970 - Bfrs 1426 mill-1 ta' Ottubru ta' l-1970. (d) B'effett mill-1 ta' Lulju ta' l-1970, is-segwenti għandhom ikunu sostiwiti ma' l-Artikolu 4(2) u (3): "2. Membri tal-Kummissjoni għandhom jirċievu konċessjonijiet rappreżentattivi ta' kull xahar ta': President | Bfrs 25865 | Vici-President | Bfrs 16625 | Membri ohra | Bfrs 11085 | 3. Membri tal-Qorti għandhom jirċievu konċessjonijiet rappreżentattivi ta' kull xahar ta': President | Bfrs 25865 | Imhallef jew Avukat-Generali | Bfrs 11085 | Registrar | Bfrs 10105 | Imħallfin li qegħdin jippresiedu l-Kmamar tal-Qorti għandhom jirċievu wkoll matul iż-żmien tal-kariga tagħhom konċessjonijiet speċjali ta' Bfrs 14780 kull xahar." Artikolu 2 Pensjonijiet u konċessjonijiet imħallsa fir-rigward ta' l-Artikoli 7, 8, 9, 10, 15 u 20 tar-Regolament Nru 422/67/EEC, 5/67/Euratom jew tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ottubru ta' l-1958 li jiddeterminaw il-ħliasijiet tal-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, kif emendat permezz tad-Deċiżjoni tad-29 ta' Ottubru ta' l-1969, għandhom ikunu riveduti in konformita' ma' l-Artikolu 1 mid-dati fissati b'dawk id-dispożizzjonijiet. Artikolu 3 "madankollu, jekk il-mewt ta' membru tal-Kummissjoni jew tal-Qorti sseħħ matul iż-żmien tal-kariga tiegħu, l-pensjoni tas-sopravissuta għall-armla għandha, mill-1 ta' Lulju ta' l-1970, tkun ugwali għal 36 % tas-salarju bażiku riċevut fiż-żmien tal-mewt." Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' April ta' l-1971. Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-30 ta' Marzu ta' l-1971. Għall-Kunsill Il-President M. Schumann [1] ĠU C 152, tat-13.7.1967. [2] ĠU C 187, tat-8.8.1967, p. 1. [3] ĠU L 238, tad-29.10.1970, p. 1. --------------------------------------------------