European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1998

8.9.2026

Ftehim, fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri, li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim għal Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)

A.    Ittra mill-Unjoni

Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur li nirreferi għall-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim PRIMA”). Il-Ftehim PRIMA ppreveda t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Ġordan fil-PRIMA. It-termini u l-kundizzjonijiet huma dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “Deċiżjoni PRIMA”) u dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm id-Deċiżjoni PRIMA tkun fis-seħħ. Id-Deċiżjoni PRIMA pprevediet li l-attivitajiet finali li għandhom jiġu ffinanzjati taħt Orizzont 2020, inklużi s-sejħiet finali għal proposti skont il-pjanijiet ta’ ħidma annwali rilevanti kellhom jitnedew sal-31 ta’ Diċembru 2024 u, f’każijiet debitament ġustifikati, sal-31 ta’ Diċembru 2025. Sabiex ittawwal l-attivitajiet tagħha, id-Deċiżjoni PRIMA kellha tiġi emendata u inkorporata f’Orizzont Ewropa.

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2024/1167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni PRIMA emendata”) fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-PRIMA taħt Orizzont Ewropa, hemm bżonn li l-Ftehim PRIMA jiġi emendat u ssupplimentat sabiex dak il-ftehim jiġi allinjat mad-Deċiżjoni PRIMA emendata sabiex il-Ġordan ikun jista’ jkompli jitqies Stat Parteċipanti skont Orizzont Ewropa skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni PRIMA emendata. Barra minn hekk, fid-dawl tar-regoli finanzjarji l-ġodda, jeħtieġ li fil-Ftehim PRIMA jiġu integrati bis-sħiħ l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-assistenza reċiproka, konklużi skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim PRIMA, kif stabbilit f’dan il-ftehim fil-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri. Għalhekk, sabiex jiġi emendat il-Ftehim PRIMA u jiġu integrati bis-sħiħ l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-assistenza reċiproka, qed jiġu proposti l-emendi li ġejjin:

1.

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“It-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Ġordan fil-PRIMA għandhom ikunu dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Il-Partijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti bid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa, b’mod partikolari billi jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa sabiex jiżguraw l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) u tal-Artikolu 11(3), (3a) u (4) ta’ dik id-Deċiżjoni. L-arranġamenti dettaljati għall-assistenza huma stabbiliti fl-Anness.”.

2.

Jiddaħħal l-Artikolu 7 li ġej:

“L-arranġamenti dettaljati għall-assistenza essenzjali għall-kooperazzjoni huma integrati bħala Anness għal dan il-Ftehim u jiffurmaw parti integrali minnu.”.

3.

L-Anness li ġej jinżied mal-Ftehim PRIMA:

“ANNESS

DWAR L-ASSISTENZA REĊIPROKA SKONT L-ARTIKOLU 2

Il-modalitajiet għall-assistenza reċiproka deskritti f’dan l-Anness jikkonċernaw b’mod partikolari l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(3), (3a) u (4) tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 dwar azzjonijiet indiretti ffinanzjati skont l-Artikolu 6(1), il-punt (a), ta’ dik id-Deċiżjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘azzjonijiet indiretti’).

Artikolu 1

Awditi, rieżamijiet u kontrolli

1.   L-awtoritajiet tal-Ġordan huma meħtieġa skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim li jipprovdu l-assistenza meħtieġa għall-awditi tan-nefqa. B’rabta ma’ tali awditi, il-persunal tal-Istruttura ta’ Implimentazzjoni tal-PRIMA (Fondazzjoni PRIMA) u persuni oħra b’mandat mill-Fondazzjoni PRIMA, l-aġenti tal-Kummissjoni u persuni oħra b’mandat mill-Kummissjoni, kif ukoll mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, għandu jkollhom aċċess xieraq għal siti, xogħlijiet u dokumenti (kemm elettroniċi kif ukoll stampati) u għall-informazzjoni kollha meħtieġa, biex iwettqu awditi, rieżamijiet u kontrolli, fir-rigward tal-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti stabbiliti fir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom u mar-regoli applikabbli, inkluż id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 u t-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli stabbiliti fil-ftehimiet jew fil-kuntratti ta’ għotja rispettivi.

Meta l-implimentazzjoni ta’ azzjoni tiġi esternalizzata jew sottodelegata, kompletament jew parzjalment, jew meta tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist jew appoġġ finanzjarju lil parti terza, lill-persunal tal-Fondazzjoni PRIMA u lil persuni oħra b’mandat mill-Fondazzjoni PRIMA, l-aġenti tal-Kummissjoni u persuni oħra b’mandat mill-Kummissjoni, kif ukoll mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, għandhom ikunu jistgħu jwettqu awditi, rieżamijiet u kontrolli f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom, fir-rigward tal-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.

2.   L-awditi, ir-rieżamijiet u l-kontrolli jistgħu jitwettqu wara d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/1167 jew il-Ftehim jiskadi jew wara t-terminazzjoni tal-Ftehim, sakemm dan ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-PRIMA.

Artikolu 2

Investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

1.   L-awtoritajiet tal-Ġordan huma meħtieġa skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim li jipprovdu l-assistenza meħtieġa għall-investigazzjonijiet mill-OLAF. F’dik il-konnessjoni, il-Kummissjoni (permess tal-OLAF) għandha tkun tista’ twettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (5) u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma' ftehim ta' għotja, deċiżjoni dwar għotja, jew kuntratt iffinanzjat, direttament jew indirettament, f’konformità mad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/1167.

Meta l-implimentazzjoni ta’ azzjoni tiġi esternalizzata jew sottodelegata, kompletament jew parzjalment, jew meta tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist jew appoġġ finanzjarju lil parti terza, l-OLAF għandu jkun jista’ jwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tiegħu, fir-rigward tal-entitajiet ġuridiċi kkonċernati stabbiliti fir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.

2.   L-OLAF għandu jħejji u jwettaq tali kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità kompetenti tal-Ġordan maħtura mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, l-awtorità nominata tal-Ġordan hija l-Kunsill Superjuri għax-Xjenza u t-Teknoloġija. L-OLAF għandu jinnotifika lill-awtorità maħtura fi żmien xieraq dwar l-għan, l-iskop u l-bażi legali tal-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post, sabiex ikun jista’ jipprovdi kwalunkwe assistenza meħtieġa. Għal dan il-għan, il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-Ġordan, jistgħu jipparteċipaw fit-tali kontroll u spezzjonijiet fuq il-post.

3.   Jekk l-awtorità nominata tal-Ġordan tkun tixtieq hekk, tista’ twettaq il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post flimkien mal-OLAF.

4.   Jekk il-parteċipanti kkonċernati f’azzjonijiet indiretti jew entitajiet legali stabbiliti fir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet tal-Ġordan, filwaqt li jaġixxu skont ir-regoli nazzjonali, għandhom jipprovdu lill-persunal tal-OLAF l-assistenza meħtieġa sabiex ikun jista’ jwettaq il-verifiki u l-ispezzjonijiet tiegħu fuq il-post b’mod effettiv u mingħajr dewmien żejjed.

5.   L-OLAF jagħmel ħiltu biex jinforma lill-awtoritajiet tal-Ġordan bir-riżultat ta’ tali kontrolli u spezzjonijiet.

6.   L-awtoritajiet tal-Ġordan għandhom jikkooperaw mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (7) sabiex dan ikun jista’ jwettaq id-dmir tiegħu li jinvestiga, jipproċedi u jressaq quddiem il-qorti l-awturi tar-reati kriminali u l-kompliċi ta’ dawn ir-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

Artikolu 3

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni għall-assistenza reċiproka skont il-Ftehim fuq bażi regolari, sakemm ma jkunx ipprojbit milli jagħmlu dan mir-regoli applikabbli u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, iwettqu konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Ġordan għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u/jew lill-OLAF, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, bl-informazzjoni li jkunu saru jafu biha relatata ma’ irregolaritajiet suspettati jew stabbiliti fil-konklużjoni u/jew it-twettiq tal-ftehimiet ta’ għotja jew kuntratti konklużi biex jiġu implimentati azzjonijiet indiretti.

Artikolu 4

Il-kunfidenzjalità

Il-partijiet għandhom jipproteġu l-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont il-Ftehim bl-istess mod kif informazzjoni simili hija protetta mir-regoli applikabbli tagħhom. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni għajr dawk fil-Fondazzjoni PRIMA, fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fl-Istati Parteċipanti jew fir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu infurmati b'dan, u tali informazzjoni ma għandhiex tintuża għal finijiet oħra ħlief biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet.”.

Inkun grat jekk tista’ tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma’ dan ta’ hawn fuq. Jekk taqbel ma’ din l-ittra, din tal-aħħar flimkien mat-tweġiba ta’ konferma tiegħek għandha tikkostitwixxi ftehim, fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim PRIMA. Dan il-ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri għandu jidħol fis-seħħ meta l-Unjoni u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri ta’ approvazzjoni interni rispettivi tagħhom biex jikkonkludu dan il-ftehim.

Nitolbok taċċetta, Sinjur/Sinjura, l-assigurazzjoni tal-ogħla rispett tiegħi.

Image 1

B.    Ittra mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan

Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejna l-ittra tiegħek bid-data tal-lum li tgħid kif ġej:

“Għandi l-unur li nirreferi għall-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim PRIMA’) (8). Il-Ftehim PRIMA ppreveda t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Ġordan fil-PRIMA. It-termini u l-kundizzjonijiet huma dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) (minn hawn ’il quddiem imsejħa id-‘Deċiżjoni PRIMA’) u dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm id-Deċiżjoni PRIMA tkun fis-seħħ. Id-Deċiżjoni PRIMA pprevediet li l-attivitajiet finali li għandhom jiġu ffinanzjati taħt Orizzont 2020, inklużi s-sejħiet finali għal proposti skont il-pjanijiet ta’ ħidma annwali rilevanti kellhom jitnedew sal-31 ta’ Diċembru 2024 u, f’każijiet debitament ġustifikati, sal-31 ta’ Diċembru 2025. Sabiex ittawwal l-attivitajiet tagħha, id-Deċiżjoni PRIMA kellha tiġi emendata u inkorporata f’Orizzont Ewropa.

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2024/1167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-‘Deċiżjoni PRIMA emendata’) fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-PRIMA taħt Orizzont Ewropa, hemm bżonn li l-Ftehim PRIMA jiġi emendat u ssupplimentat sabiex dak il-ftehim jiġi allinjat mad-Deċiżjoni PRIMA emendata sabiex il-Ġordan ikun jista’ jkompli jitqies Stat Parteċipanti skont Orizzont Ewropa skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni PRIMA emendata. Barra minn hekk, fid-dawl tar-regoli finanzjarji l-ġodda, jeħtieġ li fil-Ftehim PRIMA jiġu integrati bis-sħiħ l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-assistenza reċiproka, konklużi skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim PRIMA, kif stabbilit f’dan il-ftehim fil-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri. Għalhekk, sabiex jiġi emendat il-Ftehim PRIMA u jiġu integrati bis-sħiħ l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-assistenza reċiproka, qed jiġu proposti l-emendi li ġejjin:

1.

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘It-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Ġordan fil-PRIMA għandhom ikunu dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Il-Partijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti bid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa, b’mod partikolari billi jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa sabiex jiżguraw l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) u tal-Artikolu 11(3), (3a) u (4) ta’ dik id-Deċiżjoni. L-arranġamenti dettaljati għall-assistenza huma stabbiliti fl-Anness.’.

2.

Jiddaħħal l-Artikolu 7 li ġej:

‘L-arranġamenti dettaljati għall-assistenza essenzjali għall-kooperazzjoni huma integrati bħala Anness għal dan il-Ftehim u jiffurmaw parti integrali minnu.’.

3.

L-Anness li ġej jinżied mal-Ftehim PRIMA:

‘ANNESS

DWAR L-ASSISTENZA REĊIPROKA SKONT L-ARTIKOLU 2

Il-modalitajiet għall-assistenza reċiproka deskritti f’dan l-Anness jikkonċernaw b’mod partikolari l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(3), (3a) u (4) tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 dwar azzjonijiet indiretti ffinanzjati skont l-Artikolu 6(1), il-punt (a), ta’ dik id-Deċiżjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “azzjonijiet indiretti”).

Artikolu 1

Awditi, rieżamijiet u kontrolli

1.   L-awtoritajiet tal-Ġordan huma meħtieġa skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim li jipprovdu l-assistenza meħtieġa għall-awditi tan-nefqa. B’rabta ma’ tali awditi, il-persunal tal-Istruttura ta’ Implimentazzjoni tal-PRIMA (Fondazzjoni PRIMA) u persuni oħra b’mandat mill-Fondazzjoni PRIMA, l-aġenti tal-Kummissjoni u persuni oħra b’mandat mill-Kummissjoni, kif ukoll mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, għandu jkollhom aċċess xieraq għal siti, xogħlijiet u dokumenti (kemm elettroniċi kif ukoll stampati) u għall-informazzjoni kollha meħtieġa, biex iwettqu awditi, rieżamijiet u kontrolli, fir-rigward tal-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti stabbiliti fir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom u mar-regoli applikabbli, inkluż id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 u t-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli stabbiliti fil-ftehimiet jew fil-kuntratti ta’ għotja rispettivi.

Meta l-implimentazzjoni ta’ azzjoni tiġi esternalizzata jew sottodelegata, kompletament jew parzjalment, jew meta tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist jew appoġġ finanzjarju lil parti terza, lill-persunal tal-Fondazzjoni PRIMA u lil persuni oħra b’mandat mill-Fondazzjoni PRIMA, l-aġenti tal-Kummissjoni u persuni oħra b’mandat mill-Kummissjoni, kif ukoll mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, għandhom ikunu jistgħu jwettqu awditi, rieżamijiet u kontrolli f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom, fir-rigward tal-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.

2.   L-awditi, ir-rieżamijiet u l-kontrolli jistgħu jitwettqu wara d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/1167 jew il-Ftehim jiskadi jew wara t-terminazzjoni tal-Ftehim, sakemm dan ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-PRIMA.

Artikolu 2

Investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

1.   L-awtoritajiet tal-Ġordan huma meħtieġa skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim li jipprovdu l-assistenza meħtieġa għall-investigazzjonijiet mill-OLAF. F’dik il-konnessjoni, il-Kummissjoni (permezz tal-OLAF) għandha tkun tista’ twettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, f'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (12) u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' ftehim ta' għotja jew deċiżjoni dwar għotja jew kuntratt iffinanzjat, direttament jew indirettament, f'konformità mad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/1167.

Meta l-implimentazzjoni ta’ azzjoni tiġi esternalizzata jew sottodelegata, kompletament jew parzjalment, jew meta tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist jew appoġġ finanzjarju lil parti terza, l-OLAF għandu jkun jista’ jwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tiegħu, fir-rigward tal-entitajiet ġuridiċi kkonċernati stabbiliti fir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.

2.   L-OLAF għandu jħejji u jwettaq tali kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità kompetenti tal-Ġordan maħtura mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, l-awtorità nominata tal-Ġordan hija l-Kunsill Superjuri għax-Xjenza u t-Teknoloġija. L-OLAF għandu jinnotifika lill-awtorità maħtura fi żmien xieraq dwar l-għan, l-iskop u l-bażi legali tal-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post, sabiex ikun jista’ jipprovdi kwalunkwe assistenza meħtieġa. Għal dan il-għan, il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-Ġordan, jistgħu jipparteċipaw fit-tali kontroll u spezzjonijiet fuq il-post.

3.   Jekk l-awtorità nominata tal-Ġordan tkun tixtieq hekk, tista’ twettaq il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post flimkien mal-OLAF.

4.   Jekk il-parteċipanti kkonċernati f’azzjonijiet indiretti jew entitajiet legali stabbiliti fir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet tal-Ġordan, filwaqt li jaġixxu skont ir-regoli nazzjonali, għandhom jipprovdi lill-persunal tal-OLAF l-assistenza meħtieġa sabiex ikun jista’ jwettaq il-verifiki u l-ispezzjonijiet tiegħu fuq il-post b’mod effettiv u mingħajr dewmien żejjed.

5.   L-OLAF jagħmel ħiltu biex jinforma lill-awtoritajiet tal-Ġordan bir-riżultat ta’ tali kontrolli u spezzjonijiet.

6.   L-awtoritajiet tal-Ġordan għandhom jikkooperaw mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (14) sabiex dan ikun jista’ jwettaq id-dmir tiegħu li jinvestiga, jipproċedi u jressaq quddiem il-qorti l-awturi tar-reati kriminali u l-kompliċi ta’ dawn ir-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

Artikolu 3

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni għall-assistenza reċiproka skont il-Ftehim fuq bażi regolari, sakemm ma jkunx ipprojbit milli jagħmlu dan mir-regoli applikabbli u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, iwettqu konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Ġordan għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u/jew lill-OLAF, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, bl-informazzjoni li jkunu saru jafu biha relatata ma’ irregolaritajiet suspettati jew stabbiliti fil-konklużjoni u/jew it-twettiq tal-ftehimiet ta’ għotja jew kuntratti konklużi biex jiġu implimentati azzjonijiet indiretti.

Artikolu 4

Il-kunfidenzjalità

Il-partijiet għandhom jipproteġu l-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont il-Ftehim bl-istess mod kif informazzjoni simili hija protetta mir-regoli applikabbli tagħhom. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni għajr dawk fil-Fondazzjoni PRIMA, fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fl-Istati Parteċipanti jew fir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu infurmati bihom, u tali informazzjoni ma għandhiex tintuża għal finijiet oħra ħlief biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet.’.

Inkun grat jekk tista’ tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma’ dan ta’ hawn fuq. Jekk taqbel ma’ din l-ittra, din tal-aħħar flimkien mat-tweġiba ta’ konferma tiegħek għandha tikkostitwixxi ftehim, fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim PRIMA. Dan il-ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri għandu jidħol fis-seħħ meta l-Unjoni u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri ta’ approvazzjoni interni rispettivi tagħhom biex jikkonkludu dan il-ftehim.”.

Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut tal-ittra tiegħek u li l-ittra mill-Unjoni u din l-ittra mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan jikkostitwixxu ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim PRIMA skont il-proposta tiegħek.

Nitolbok taċċetta, Sinjur/Sinjura, l-assigurazzjoni tal-ogħla rispett tiegħi.

Image 2


(1)  Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (ĠU UE L 348, 29.12.2017, p. 29).

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b’mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU UE L 185, 18.7.2017, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2024/1167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) taħt Orizzont Ewropa (ĠU UE L, 2024/1167, 19.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1167/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU UE L 185, 18.7.2017, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU UE L 292, 15.11.1996, p. 2).

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU UE L 248, 18.9.2013, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (‘l-UPPE’) (ĠU UE L 283, 31.10.2017, p. 1).

(8)  Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (ĠU UE L 348, 29.12.2017, p. 29).

(9)  Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU UE L 185, 18.7.2017, p. 1).

(10)  Id-Deċiżjoni (UE) 2024/1167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) taħt Orizzont Ewropa (ĠU UE L, 2024/1167, 19.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1167/oj).

(11)  Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU UE L 185, 18.7.2017, p. 1).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU UE L 292, 15.11.1996, p. 2).

(13)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU UE L 248, 18.9.2013, p. 1).

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU UE L 283 31.10.2017, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2026/1998/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)