<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-355/18</NO.CASE><NO.CASE>C-356/18</NO.CASE><NO.CASE>C-357/18</NO.CASE><NO.CASE>C-479/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0355</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1123">EU:C:2019:1123</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>24</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>24</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20191219">19.12.2019</DATE> – Kawżi magħquda C-355/18 sa C-357/18 u C-479/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Rust-Hackner</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Assigurazzjoni diretta għall-ħajja</KEYWORD><KEYWORD>Direttivi 90/619/KEE, 92/96/KEE, 2002/83/KE u 2009/138/KE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ rinunzja</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni żbaljata dwar il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet formali tad-dikjarazzjoni ta’ rinunzja</KEYWORD><KEYWORD>Effetti fuq l-obbligi tal-impriża ta’ assigurazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Terminu</KEYWORD><KEYWORD>Skadenza tad-dritt ta’ rinunzja</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà ta’ rinunzja wara x-xoljiment tal-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Rimbors tal-valur tax-xiri mill-ġdid tal-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Ħlas lura tal-primjums imħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għall-interessi remunerattivi</KEYWORD><KEYWORD>Preskrizzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑355/18 sa C‑357/18 u C‑479/18,</P><P>li għandhom bħala suġġett erba’ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, bi tliet talbiet imressqa mil-Landesgericht Salzburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Salzburg, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjonijiet tas-<DATE ISO="20180516">16 ta’ Mejju 2018</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE> (C‑355/18 sa C‑357/18), u talba mressqa mill-Bezirksgericht für Handelssachen Wien (il-Qorti Distrettwali ta’ Vjenna għall-Kwistjonijiet Kummerċjali, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20180720">20 ta’ Lulju 2018</DATE> (C‑479/18), fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Barbara Rust-Hackner</HT> (C‑355/18),</P><P><HT TYPE="BOLD">Christian Gmoser</HT> (C‑356/18),</P><P><HT TYPE="BOLD">Bettina Plackner</HT> (C‑357/18),</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich,</HT></P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">KL</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">UNIQA Österreich Versicherungen AG,</HT></P></DEFENDANTS><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">LK</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">DONAU Versicherung AG Vienna Insurance Group,</HT></P></DEFENDANTS><?PAGE NO="2"?><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">MJ</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Allianz Elementar Lebensversicherungs-Aktiengesellschaft,</HT></P></DEFENDANTS><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">NI</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Allianz Elementar Lebensversicherungs-Aktiengesellschaft</HT> (C‑479/18),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, L. S. Rossi (Relatur), M. Ilešič, J. Malenovský u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20190411">11 ta’ April 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal B. Rust-Hackner, C. Gmoser u B. Plackner kif ukoll għal KL, minn N. Nowak, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal LK, minn M. Poduschka, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal MJ u NI, minn P. Mandl, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich, UNIQA Österreich Versicherungen AG u Allianz Elementar Lebensversicherungs-Aktiengesellschaft, minn P. Konwitschka, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal DONAU Versicherung AG Vienna Insurance Group, minn D. Altenburger u G. Hoffmann, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn J. Schmoll, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Garofoli, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Tserepa-Lacombe, K.‑P. Wojcik u G. Braun, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ppreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="3"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE tat-<DATE ISO="19901108">8 ta’ Novembru 1990</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazjoni diretta għall-ħajja, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="330" PAGE.FIRST="50" DATE.PUB="1990">ĠU 1990, L 330, p. 50</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-<DATE ISO="19921110">10 ta’ Novembru 1992</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="360" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, L 360, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 90/619<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tal-Artikolu 31 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-<DATE ISO="19921110">10 ta’ Novembru 1992</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="360" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, L 360, p. 1</REF.DOC.OJ>), tal-Artikolu 35(1) u tal-Artikolu 36 tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20021105">5 ta’ Novembru 2002</DATE> li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 3), kif ukoll tal-Artikolu 185(1) u tal-Artikolu 186(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 335, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="219" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 219, p. 66</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="262" PAGE.FIRST="34" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 262, p. 34</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ seba’ tilwimiet, li tlieta minnhom jinsabu pendenti quddiem il-Landesgericht Salzburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Salzburg, l-Awstrija), bejn, rispettivament, Barbara Rust-Hackner, Christian Gmoser kif ukoll Bettina Plackner u Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Nürnberger<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u li l-erbgħa l-oħra jinsabu pendenti quddiem il-Bezirksgericht für Handelssachen Wien (il-Qorti Distrettwali ta’ Vjenna għall-Kwistjonijiet Kummerċjali, l-Awstrija), bejn, rispettivament, KL u UNIQA Österreich Versicherungen AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>UNIQA<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), LK u DONAU Versicherung AG Vienna Insurance Group (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>DONAU<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), MJ u Allianz Elementar Lebensversicherungs-Aktiengesellschaft (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Allianz<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) kif ukoll NI u Allianz dwar il-portata u t-terminu ta’ dekadenza tad-dritt ta’ rinunzja għall-kuntratti ta’ assigurazzjoni għall-ħajja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 90/619</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, li tħassret bid-Direttiva 2002/83, kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kull Stat Membru għandu jippreskrivi li d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni li jikkonkludi kuntratt individwali ta’ assigurazzjoni għall-ħajja għandu jkollu perijodu ta’ bejn erbatax u tletin jum minn meta jiġi informat li l-kuntratt kien ġie konkluż sabiex fih jirrinunzja għall-effetti tal-kuntratt.</ALINEA><ALINEA>In-notifika mid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni tar-rinunzja tiegħu għall-kuntratt għandu jkollha l-effett li teħilsu minn kwalunkwe obbligu futur li jirriżulta mill-kuntratt.</ALINEA><ALINEA>L-effetti legali l-oħra u l-kundizzjonijiet għar-rinunzja għandhom jiġu ddeterminati bil-liġi applikabbli għall-kuntratt, kif iddefinita fl-Artikolu 4, b’mod partikolari fir-rigward tal-modalitajiet sabiex id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jiġi informat li l-kuntratt ġie konkluż.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 92/96</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessa 23 tad-Direttiva 92/96, li wkoll tħassret bid-Direttiva 2002/83, kienet ifformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>billi, fil-kuntest ta’ suq uniku tal-assigurazzjoni, il-konsumatur ser ikollu għażla ikbar u iktar diversa ta’ kuntratti; billi, sabiex ikun jista’ jibbenefika b’mod sħiħ minn din id-direttiva u minn kompetizzjoni msaħħa, il-konsumatur għandu jkollu l-informazzjoni meħtieġa sabiex jagħżel il-kuntratt li jkun jikkorrispondi l-iktar għall-ħtiġijiet tiegħu; billi din il-ħtieġa ta’ informazzjoni hija ferm iktar importanti minħabba li t-tul tal-impenji jista’ jkun twil ħafna; billi, għaldaqstant, għandhom jiġu kkoordinati d-dispożizzjonijiet minimi sabiex il-konsumatur jirċievi informazzjoni ċara u preċiża dwar il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti li jkunu proposti lilu u dwar id-dettalji tal-korpi awtorizzati sabiex jieħdu konjizzjoni tal-ilmenti tad-detenturi tal-polza, tal-assigurati jew tal-benefiċjarji tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt ta’ assigurazzjoni, mill-inqas l-informazzjoni elenkata fil-punt A tal-Anness II għandha tiġi kkomunikata lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu u tal-Anness II għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru tal-impenn<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Anness II ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Informazzjoni għad-detenturi ta’ polza ta’ assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, kien jpprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-informazzjoni segwenti li għandha tiġi kkomunikata lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jew (A) qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, jew (B) matul it-tul tal-kuntratt, għandha tiġi pprovduta b’mod ċar u preċiż, bil-miktub, f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-impenn.</P><P>[…]</P><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="2"><CORPUS><ROW><CELL COLSPAN="2" COL="1"><HT TYPE="BOLD">A. Qabel il-konklużjoni tal-kuntratt</HT></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Informazzjoni dwar l-impriża ta’ assigurazzjoni</CELL><CELL COL="2">Informazzjoni dwar l-impenn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2"><P>[…]</P><P>a. 13. Modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></CELL></ROW></CORPUS></TBL><P>[traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2002/83</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessi 46 u 52 tad-Direttiva 2002/83, li tħassret bid-Direttiva 2009/138, kienu fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>(46)</NO.P><TXT>Fil-kwadru ta’ suq intern huwa fl-interess tat-titolari tal-poloz li għandu jkollhom aċċess għall-firxa l-iktar wiesgħa possibbli ta’ prodotti ta’ l-assigurazzjoni disponibbli fil-Komunità sabiex jistgħu jagħżlu dawk li huma l-aħjar adattati għall-bżonnijiet tagħhom. Hija r-responsabbiltà ta’ l-Istat Membru ta’ l-impenn biex jassigura li ma hemm xejn li jipprevjeni t-tqegħid fis-suq fit-territorju tiegħu tal-prodotti kollha ta’ assigurazzjoni offerti għall-bejgħ fil-Komunità sakemm dawn ma jikkonfliġġux mad-dispożizzjonijiet legali li jipproteġu<?PAGE NO="5"?> il-benessri ġenerali fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ l-impenn u sakemm il-benessri ġenerali mhuwiex salvagwardat bir-regoli ta’ l-Istat Membru lokali, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni għall-intrapriżi kollha li joperaw f’dak l-Istat Membru u jkunu objettivament neċessarji u a proporzjon tal-mira segwita.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(52)</NO.P><TXT>F’suq intern għall-assigurazzjoni il-konsumatur ikollu għażla usa u iktar varjata ta’ kuntratti. Jekk hu/hi għandhom japprofittaw kompletament minn din id-diversità u minn kompetizzjoni msaħħa, hu/hi għandhom jiġu pprovduti bi kwalunkwe informazzjoni li hija neċessarja sabiex hu/hi ikunu jistgħu jagħżlu il-kuntratt l-aħjar adattat għall-bżonnijiet tiegħu/tagħha. Din il-ħtieġa ta’ informazzjoni hija iktar importanti ladarba d-durata ta’ l-impenji tista’ tkun twila ħafna. Id-dispożizzjonijiet minimi għandhom għalhekk jiġu koordinati sabiex il-konsumatur jirċievi informazzjoni ċara u eżatta dwar il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti lilu/lilha kif ukoll id-dettalji tal-korpi li lilhom kwalunkwe ilmenti ta’ titolari ta’ poloz, persuni assigurati jew benefiċjarji ta’ kuntratti jistgħu jiġu indirizzati.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 35 tad-Direttiva 2002/83, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-perjodu ta’ kanċellament<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, kien jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kull Stat Membru għandu jippreskrivi li titolari ta’ polza li jikkonkludi kuntratt individwali ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja għandu jkollu perjodu ta’ bejn 14 u 30 jum minn meta hu/hi kienu infurmaw li l-kuntratt ġie konkluż biex fih jiġi kkanċellat il-kuntratt.</ALINEA><ALINEA>In-notifika ta’ kanċellament mit-titolari tal-poloz għandu jkollha effett li tirrilaxxa lilu/lilha minn kwalunkwe obbligu futur li jirriżulta mill-kuntratt.</ALINEA><ALINEA>L-effetti l-oħra legali u l-kondizzjonijiet ta’ kanċellament għandhom jiġu determinati bil-liġi applikabbli għall-kuntratt kif definit fl-Artikolu [32], l-iktar fir-rigward ta’ l-arranġamenti biex it-titolari tal-polza jiġi infurmat li l-kuntratt ġie konkluż.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P><HT TYPE="SUP">9</HT></NO.P><TXT>L-Artikolu 36 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Informazzjoni għal titolari ta’ poloz<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, kif ifformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="036.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt ta’ assigurazzjoni, mill-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness III(A) għandha tiġi kkomunikata lit-titolari tal-polza.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu u l-Anness II għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru ta’ l-impenn.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Anness III tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Informazzjoni għal titolari ta’ poloz<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, kien jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>L-informazzjoni li ġejja, li għandha tiġi kkomunikata lit-titolari tal-polza qabel ma l-kuntratt huwa konkluż (A) jew tul it-terminu tal-kuntratt (B), għandha tiġi pprovduta b’mod ċar u eżatt, bil-miktub, f’lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ l-impenn.</P><P>[…]</P><?PAGE NO="6"?><TBL NO.SEQ="0002" CLASS="GEN" COLS="2"><CORPUS><ROW><CELL COLSPAN="2" COL="1">A. <HT TYPE="ITALIC">Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt</HT></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Informazzjoni dwar l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni</CELL><CELL COL="2">Informazzjoni dwar l-impenn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2"><P>[…]</P><P>a.13. Arranġamenti għal applikazzjoni tal-perjodu ta’cooling-off</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2009/138</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-premessa 79 tad-Direttiva 2009/138 hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>F’suq intern għall-assigurazzjoni, il-konsumaturi għandhom għażla usa’ u aktar varjata ta’ kuntratti. Jekk għandhom igawdu għal kollox minn dik id-diversità u minn żieda fil-kompetizzjoni, il-konsumaturi għandhom jingħataw kwalunkwe informazzjoni li hija meħtieġa qabel ma jiġi konkluż u waqt il-perjodu ta’ validità tal-kuntratt, biex ikunu jistgħu jagħżlu l-kuntratt l-aktar adattat għall-ħtiġijiet tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 185 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Informazzjoni għal titolari ta’ poloz<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="185.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt tal-assigurazzjoni tal-ħajja, mill-inqas l-informazzjoni stipulata fil-paragrafi 2 sa 4 għandha tiġi kkomunikata lit-titolari tal-polza.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="185.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-informazzjoni li ġejja dwar l-impenn għandha tiġi komunikata:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>arranġamenti għall-applikazzjoni tal-perjodu ta’ cooling-off;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="185.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 sa 5 għandha tiġi pprovduta b’mod ċar u eżatt, bil-miktub, f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-impenn.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="185.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 7 għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru tal-impenn.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 186 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Il-perjodu ta’ kanċellament<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal titolari ta’ polza li jikkonkludu kuntratti individwali tal-assigurazzjoni tal-ħajja li jkollhom perjodu ta’ bejn 14 u 30 jum minn meta kienu infurmati li l-kuntratt ġie konkluż biex fih jiġi kkanċellat il-kuntratt.</ALINEA><ALINEA>L-għoti tan-notifika ta’ kanċellament mit-titolari tal-poloz għandu jkollha l-effett li tirrilaxxahom minn kwalunkwe obbligu futur li jirriżulta mill-kuntratt.</ALINEA><?PAGE NO="7"?><ALINEA>L-effetti l-oħra legali u l-kondizzjonijiet ta’ kanċellament għandhom jiġu determinati bil-liġi applikabbli għall-kuntratt, l-iktar fir-rigward tal-arranġamenti biex it-titolari tal-polza jiġi infurmat li l-kuntratt ġie konkluż.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 165a tal-Bundesgesetz über den Versicherungsvertrag (il-Liġi Federali dwar il-Kuntratt tal-Assigurazzjoni), tat-<DATE ISO="19581202">2 ta’ Diċembru 1958</DATE> (BGB1. 2/1959, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>VersVG<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), fil-verżjoni fis-seħħ fir-rigward tal-perijodu bejn l-<DATE ISO="19970101">1 ta’ Jannar 1997</DATE> u t-<DATE ISO="20040930">30 ta’ Settembru 2004</DATE>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="165A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni għandu d-dritt li jirrinunzja għall-effetti tal-kuntratt fi żmien ġimagħtejn mill-konklużjoni tal-kuntratt. Jekk l-assiguratur ikun ta kopertura provviżorja, huwa għandu jkun intitolat għal primjum li jikkorrispondi għat-tul tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="165A.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-assiguratur ma jkunx ikkonforma mal-obbligu li jikkomunika l-indirizz tiegħu (punt 1 tal-Artikolu 9a(1) tal-[Bundesgesetz über den Betrieb und die Beaufsichtigung der Vertragsversicherung (Versicherungsaufsichtsgesetz) (il-Liġi Federali dwar il-Ġestjoni u s-Sorveljanza tal-Assigurazzjoni Privata) (il-Liġi dwar is-Sorveljanza tal-Assigurazzjoni), tat-<DATE ISO="19781018">18 ta’ Ottubru 1978</DATE> (BGB1. 569/1978)], it-terminu għar-rinunzja skont il-paragrafu 1 ma għandux jibda jiddekorri qabel id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jsir jaf b’dan l-indirizz.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="165A.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafi preċedenti ma għandhomx japplikaw għal kuntratti ta’ assigurazzjoni għall-ħajja ta’ grupp u għal kuntratti li għandhom tul massimu ta’ sitt xhur.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 165a tal-VersVG, fil-verżjoni fis-seħħ fir-rigward tal-perijodu bejn l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> u t-<DATE ISO="20120630">30 ta’ Ġunju 2012</DATE>, kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="165A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni għandu d-dritt li jirrinunzja għall-effetti tal-kuntratt fi żmien tletin jum mid-data li fiha jiġi informat bil-konklużjoni tal-kuntratt. Jekk l-assiguratur ikun ta kopertura provviżorja, huwa għandu jkun intitolat għal primjum li jikkorrispondi għat-tul tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="165A.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-assiguratur ma jkunx ikkonforma mal-obbligu li jikkomunika l-indirizz tiegħu (punt 1 tal-Artikolu 9a(1) tal-Liġi Federali dwar il-Ġestjoni u s-Sorveljanza tal-Assigurazzjoni Privata), it-terminu għar-rinunzja skont il-paragrafu 1 ma għandux jibda jiddekorri qabel id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jsir jaf b’dan l-indirizz.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="165A.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafi preċedenti ma għandhomx japplikaw għal kuntratti ta’ assigurazzjoni għall-ħajja ta’ grupp u għal kuntratti li għandhom tul massimu ta’ sitt xhur.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 165a tal-VersVG, fil-verżjoni fis-seħħ fir-rigward tal-perijodu bejn l-<DATE ISO="20120701">1 ta’ Lulju 2012</DATE> u l-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>, kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="165A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni għandu d-dritt li jirrinunzja għall-effetti tal-kuntratt fi żmien tletin jum mid-data li fiha jiġi informat bil-konklużjoni tal-kuntratt. Jekk l-assiguratur ikun ta kopertura provviżorja, huwa għandu jkun intitolat għal primjum li jikkorrispondi għat-tul tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="165A.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-assiguratur ma jkunx ikkonforma mal-obbligu li jikkomunika l-indirizz tiegħu (punt 1 tal-Artikolu 9a(1) tal-Liġi Federali dwar il-Ġestjoni u s-Sorveljanza tal-Assigurazzjoni Privata), it-terminu għar-rinunzja skont il-paragrafu 1 ma għandux jibda jiddekorri qabel id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jsir jaf b’dan l-indirizz.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="8"?><PARAG IDENTIFIER="165A.002A"><NO.PARAG>(2a)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni huwa konsumatur (punt 2 tal-Artikolu 1(1) tal-Konsumentenschutzgesetz (il-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi), tat-<DATE ISO="19790308">8 ta’ Marzu 1979</DATE> (BGB1. 140/1979)) it-terminu għar-rinunzja skont il-paragrafi 1 u 2 jibda jiddekorri biss hekk kif dan ikun ġie informat b’dan id-dritt ta’ rinunzja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="165A.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafi preċedenti ma għandhomx japplikaw għal kuntratti ta’ assigurazzjoni għall-ħajja ta’ grupp u għal kuntratti li għandhom tul massimu ta’ sitt xhur.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 176 tal-VersVG, fil-verżjoni ppubblikata fil-BGBl. 509/1994, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="176.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Meta assigurazzjoni kapitali fil-każ ta’ mewt maħruġa b’tali mod li jkun ċert li ser jistkatta l-obbligu tal-assiguratur li jħallas il-kapital miftiehem tiġi kkanċellata permezz ta’ rinunzja, xoljiment jew kontestazzjoni, l-assiguratur għandu jirrimborsa l-valur tax-xiri mill-ġdid dovut taħt l-assigurazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="176.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-valur tax-xiri mill-ġdid għandu jiġi kkalkolat skont ir-regoli attwarjali rrikonoxxuti fuq il-bażi tal-prinċipji tal-kalkolu tal-primjums mal-iskadenza tal-perijodu ta’ assigurazzjoni attwali, bħala valur attwali tal-assigurazzjoni. L-arrettrati marbuta mal-primjums għandhom jitnaqqsu mill-valur tax-xiri mill-ġdid.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="176.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>L-assiguratur jista’ japplika tnaqqis biss jekk dan ikun miftiehem mad-detentur tal-polza u jekk ikun adegwat.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 9a tal-Liġi Federali dwar il-Ġestjoni u s-Sorveljanza tal-Assigurazzjoni Privata, fil-verżjoni fis-seħħ fir-rigward tal-perijodu bejn l-<DATE ISO="19960801">1 ta’ Awwissu 1996</DATE> u d-<DATE ISO="20071209">9 ta’ Diċembru 2007</DATE>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni dwar riskju li jinsab fit-territorju nazzjonali, id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni għandu jirċievi bil-miktub, qabel ma jibgħat id-dikjarazzjoni tiegħu li jikkonkludi l-kuntratt, informazzjoni dwar:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>l-isem, l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat u l-forma ġuridika tal-kumpannija tal-assigurazzjoni, jekk ikun il-każ, anki tal-fergħa li permezz tagħha jkun ġie konkluż il-kuntratt ta’ assigurazzjoni,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>iċ-ċirkustanzi li fihom id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jista’ jirrevoka l-kuntratt ta’ assigurazzjoni jew jirrinunzja għall-effetti tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 9a tal-Liġi Federali dwar il-Ġestjoni u s-Sorveljanza tal-Assigurazzjoni Privata, fil-verżjoni fis-seħħ fir-rigward tal-perijodu bejn l-<DATE ISO="20071210">10 ta’ Diċembru 2007</DATE> u l-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni diretta dwar riskju li jinsab fit-territorju nazzjonali, id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni għandu jirċievi bil-miktub, qabel ma jibgħat id-dikjarazzjoni tiegħu li jikkonkludi l-kuntratt, informazzjoni dwar:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>l-isem, l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat u l-forma ġuridika tal-kumpannija tal-assigurazzjoni, jekk ikun il-każ, anki tal-fergħa li permezz tagħha jkun ġie konkluż il-kuntratt ta’ assigurazzjoni,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>iċ-ċirkustanzi li fihom id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jista’ jirrevoka l-kuntratt ta’ assigurazzjoni jew jirrinunzja għall-effetti tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwimiet fil-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawżi C‑355/18 sa C‑357/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B. Rust-Hackner, C. Gmoser kif ukoll B. Plackner kienu individwalment ikkonkludew kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja marbut ma’ fondi ta’ investiment ma’ Nürnberger. Mit-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li kull wieħed minn dawn il-kuntratti kien jinkludi l-informazzjoni li r-rinunzja għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni kellha tiġi fformulata bil-miktub sabiex tkun valida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>B. Rust-Hackner xoljiet il-kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja tagħha fl-<DATE ISO="20170314">14 ta’ Marzu 2017</DATE>. Fit-<DATE ISO="20170523">23 ta’ Mejju 2017</DATE> hija ddikjarat li kienet qiegħda tirrinunzja għal dan il-kuntratt minħabba li Nürnberger kienet tatha informazzjoni żbaljata dwar id-dritt ta’ rinunzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>C. Gmoser, fl-2010, ipproċeda bix-xiri mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu konkluż fl-1998. Kien biss fit-<DATE ISO="20170503">3 ta’ Mejju 2017</DATE> li ddikjara li kien qiegħed jirrinunzja għal dan il-kuntratt, u dan għall-istess raġuni li Nürnberger kienet tatu informazzjoni żbaljata dwar id-dritt ta’ rinunzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għall-istess raġuni, B. Plackner, fis-<DATE ISO="20170527">27 ta’ Mejju 2017</DATE>, iddikjarat li kienet qiegħda tirrinunzja għall-kuntratt tagħha konkluż fl-2000 u li kien għadu qiegħed jiġi eżegwit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti Awstrijaka tal-ewwel istanza laqgħet it-talbiet ta’ B. Rust-Hackner, ta’ C. Gmoser u ta’ B. Plackner intiżi għall-ħlas lura tal-primjums kollha mħallsa kif ukoll għall-interessi minħabba l-arrikkiment indebitu ta’ Nürnberger. Fil-fatt, skont l-imsemmija qorti, peress li d-dritt Awstrijak ma jipprevedix li r-rinunzja għandha tiġi fformulata bil-miktub, l-informazzjoni mogħtija minn Nürnberger lid-detenturi tal-polza ta’ assigurazzjoni kienet żbaljata. Issa, kif jirriżulta mis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Endress</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑209/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:864">EU:C:2013:864</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), informazzjoni żbaljata hija ekwivalenti għal assenza ta’ informazzjoni, li minħabba fiha ma skattax it-terminu ta’ dekadenza previst għad-dritt ta’ rinunzja, b’tali mod li dan id-dritt seta’ jiġi eżerċitat mingħajr limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, inkluż wara x-xoljiment tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Adita b’appell, il-Landesgericht Salzburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Salzburg) għandha dubju dwar jekk, minkejja l-fatt li l-informazzjoni li teżiġi li d-dikjarazzjoni ta’ rinunzja għandha tiġi fformulata bil-miktub ma tqarraqx bid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni dwar l-eżistenza tad-dritt li jirrinunzja għall-kuntratt, tali informazzjoni tistax xorta waħda titqies li hija żbaljata fid-dawl tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, b’tali mod li d-dritt ta’ rinunzja għandu jiġi eżerċitat mingħajr limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-imsemmija qorti tosserva li, f’dan il-każ, l-informazzjoni mogħtija kienet konformi mar-rekwiżiti legali u kienet tindika b’mod korrett it-terminu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja, b’tali mod li d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni kien informat dwar id-dritt tiegħu. Barra minn hekk, il-forma bil-miktub ma hijiex ipprojbita mid-dritt Awstrijak u hija intiża sabiex tħares iċ-ċertezza legali, inkluż fl-interess tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni stess. Barra minn hekk, l-indikazzjoni dwar il-formulazzjoni bil-miktub tar-rinunzja ma tidhirx li hija, bħala prinċipju, ta’ natura li tipprekludi lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni milli jipproċedi għal rinunzja fit-termini previsti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>B’dan premess, fid-dawl kemm tas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Endress</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑209/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:864">EU:C:2013:864</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal-għan segwit mill-għoti tal-informazzjoni, imsemmi fil-premessa 23 tad-Direttiva 92/96, il-Landesgericht Salzburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Salzburg) għandha dubju dwar jekk interpretazzjoni tad-dritt Awstrijak konformi ma’ din id-direttiva teżiġix li jitqies li, f’tali ċirkustanzi, id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jista’ jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu mingħajr limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-kuntest tal-Kawżi C‑355/18 u C‑356/18, l-istess qorti għandha dubju wkoll dwar jekk rinunzja għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja tistax, minħabba l-għoti ta’ informazzjoni żbaljata fir-rigward tad-dritt ta’ rinunzja, isseħħ anki wara li l-kuntratt ikun ġie xolt minħabba d-denunzja tiegħu jew minħabba x-xiri mill-ġdid tiegħu mid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, wara t-tmiem tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja u tal-provvista reċiproka tal-prestazzjonijiet marbuta miegħu, ma jkun għad hemm ebda obbligu futur li joħroġ mill-kuntratt u li d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun jista’ jinħeles minnu, fis-sens tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619. Barra minn hekk, rinunzja wara t-tmiem tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja tagħti lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni possibbiltajiet ta’ spekulazzjoni għad-detriment tal-impriża ta’ assigurazzjoni u tal-komunità ta’ persuni assigurati, sitwazzjoni li ma hijiex konformi mal-għan mixtieq fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Landesgericht Salzburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Salzburg) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel, fil-kuntest tal-Kawżi C‑355/18 u C‑356/18, iż-żewġ domandi preliminari segwenti kif ukoll, fil-kuntest tal-Kawża C‑357/18, l-ewwel waħda minn dawn id-domandi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1) tad-[Direttiva 90/619], moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-[Direttiva 92/96], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ rinunzja għandha tinkludi wkoll indikazzjoni li tgħid li r-rinunzja ma hija suġġetta għal ebda forma partikolari?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ikun għadu possibbli, minħabba t-trażmissjoni ta’ informazzjoni żbaljata rigward id-dritt ta’ rinunzja, li tiġi ddikjarata r-rinunzja għal kuntratt ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja wkoll wara li dan il-kuntratt ġie xolt (u mixtri mill-ġdid) mid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑479/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għall-finijiet tat-talba għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C‑479/18, il-Bezirksgericht für Handelssachen Wien (il-Qorti Distrettwali ta’ Vjenna għall-Kwistjonijiet Kummerċjali) għaqdet erba’ kawżi pendenti quddiemha u sejħithom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>proċeduri A, B, C u D<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>proċedura A<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> hija bejn KL u UNIQA. KL kienet ikkonkludiet, mal-predeċessur legali ta’ UNIQA, kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="19970801">1 ta’ Awwissu 1997</DATE> u l-<DATE ISO="20320801">1 ta’ Awwissu 2032</DATE>. Fil-formola tal-offerta ta’ dan il-kuntratt, KL irċeviet l-informazzjoni li r-rinunzja għall-kuntratt kellha ssir bil-miktub sabiex tkun valida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20171024">24 ta’ Ottubru 2017</DATE>, KL informat lil UNIQA li kienet qiegħda tirrinunzja għall-effetti tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni tagħha. Peress li din tal-aħħar ma aċċettatx espliċitament din ir-rinunzja, KL qiegħda titlob il-ħlas lura tal-primjums kollha, ħlief għan-nefqa tar-riskji, li hija kienet ħallset, flimkien mal-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>proċedura B<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> hija bejn LK u DONAU. LK kienet ikkonkludiet ma’ DONAU kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="20031201">1 ta’ Diċembru 2003</DATE> u l-<DATE ISO="20221201">1 ta’ Diċembru 2022</DATE>. LK ma kinitx ġiet informata, qabel il-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, dwar id-dritt ta’ rinunzja tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Wara li, fl-2013, xoljiet l-imsemmi kuntratt u kisbet b’hekk il-valur tax-xiri mill-ġdid tiegħu, LK informat lil DONAU, fl-<DATE ISO="20180104">4 ta’ Jannar 2018</DATE>, li kienet qiegħda tirrinunzja għall-effetti ta’ dan l-istess kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-raġuni li kienet ingħatat informazzjoni insuffiċjenti dwar id-dritt ta’ rinunzja tagħha. Peress li DONAU ma weġbitx, LK qiegħda issa titlob il-ħlas lura tal-primjums kollha, ħlief għan-nefqa tar-riskji, li hija kienet ħallset, flimkien mal-interessi u wara li jitnaqqas il-valur tax-xiri mill-ġdid li hija kienet diġà rċeviet fl-2013.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>proċeduri C u D<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> huma bejn, rispettivament, MJ u NI, minn naħa, u Allianz, min-naħa l-oħra. MJ u NI kienu kkonkludew, it-tnejn li huma, kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja ma’ Allianz għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE> u l-<DATE ISO="20371201">1 ta’ Diċembru 2037</DATE>. Fil-formola ta’ offerta ta’ dawn il-kuntratti, Allianz informat lil MJ u lil NI li kellhom id-dritt li jirrinunzjaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>bil-miktub<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> għall-effetti tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-2017, MJ u NI ddikjaraw lil Allianz li kienu qegħdin jirrinunzjaw għall-effetti tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni tagħhom. Peress li Allianz ma aċċettatx espliċitament din ir-rinunzja, MJ u NI qegħdin issa jitolbu l-ħlas lura tal-primjums kollha, ħlief għan-nefqa tar-riskji, li kienu ħallsu, flimkien mal-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Bezirksgericht für Handelssachen Wien (il-Qorti Distrettwali ta’ Vjenna għall-Kwistjonijiet Kummerċjali) tfakkar li l-kundizzjonijiet dwar il-validità tar-rinunzja li ma humiex irregolati direttament mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni huma rregolati, konformement ma’ din il-leġiżlazzjoni, mid-dritt nazzjonali. Issa, skont l-imsemmija qorti, fid-dritt Awstrijak, id-dikjarazzjoni ta’ rinunzja ma hija suġġetta għal ebda kundizzjoni formali partikolari. Hija għalhekk għandha dubju, fl-ewwel lok, dwar jekk it-terminu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja jistax jibda jiddekorri minkejja informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-modalitajiet għall-eżerċizzju tiegħu. F’dan ir-rigward, l-istess qorti għandha dubju dwar l-opportunità li tiġi applikata, f’dan il-każ, il-ġurisprudenza li toħroġ mis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Endress</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑209/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:864">EU:C:2013:864</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta l-impriża ta’ assigurazzjonijiet ma tkun tat ebda informazzjoni lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni dwar id-dritt ta’ rinunzja tiegħu, din l-impriża ma tistax tqajjem fil-konfront ta’ dan id-detentur il-fatt li t-terminu għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt skada. Għaldaqstant, tqum il-kwistjoni ta’ jekk dan jgħoddx ukoll fil-każ li d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun irċieva informazzjoni preċiża dwar l-eżistenza tad-dritt ta’ rinunzja tiegħu u dwar it-terminu mogħti għall-eżerċizzju tiegħu, iżda jkun irċieva informazzjoni żbaljata dwar il-ħtieġa li d-dikjarazzjoni tiegħu tiġi fformulata bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Bezirksgericht für Handelssachen Wien (il-Qorti Distrettwali ta’ Vjenna għall-Kwistjonijiet Kummerċjali) tixtieq tkun taf jekk, fi kwalunkwe każ, it-terminu sabiex jiġi rrinunzjat il-kuntratt jibdiex jiddekorri mill-mument li fih id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun kiseb b’mod ieħor konoxxenza effettiva tal-eżistenza ta’ dan id-dritt, minkejja l-informazzjoni żbaljata mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni. Risposta fl-affermattiv tista’ tkun iġġustifikata fil-każ li d-dritt tal-Unjoni applikabbli f’dan il-każ ikollu l-għan esklużiv li jiġi żgurat li d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun jaf bid-drittijiet tiegħu u b’hekk ikun jista’ jeżerċitahom. Madankollu, is-sitwazzjoni tkun differenti jekk l-għan tad-dritt ta’ rinunzja jkun wkoll li l-impriżi ta’ assigurazzjoni jiġu inkoraġġuti josservaw l-obbligi ta’ informazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, u fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>proċedura B<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> li fil-kuntest tagħha LK xoljiet il-kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja tagħha u kisbet il-valur tax-xiri mill-ġdid tiegħu b’tali mod li ma għad hemm ebda obbligu kuntrattwali futur, l-istess qorti għandha dubju wkoll dwar jekk id-dritt ta’ rinunzja kienx, fi kwalunkwe każ, intemm, fid-dawl tal-fatt li dan id-dritt huwa maħsub biss sabiex jeħles lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni minn kull obbligu futur li joħroġ mill-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, l-imsemmija qorti tistaqsi jekk, fil-każ ta’ rinunzja minħabba l-għoti tard ta’ informazzjoni dwar il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja, id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jistax ikollu biss pretensjoni għar-rimbors tal-valur tax-xiri mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu jew, għall-kuntrarju, għall-ħlas lura ta’ kull somma mħallsa, wara li jitnaqqsu l-primjums dovuti fir-rigward tal-perijodu li matulu kien kopert. F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti tqis li d-dritt ta’ rinunzja jkun b’hekk imċaħħad minn kull effett utli jekk id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, permezz tar-rinunzja, ma jkun jista’ jikseb xejn iktar għajr il-valur tax-xiri mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Bezirksgericht für Handelssachen Wien (il-Qorti Distrettwali ta’ Vjenna għall-Kwistjonijiet Kummerċjali) tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk it-terminu ġenerali ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin jistax jiġi applikat għall-eżerċizzju tad-dritt għall-interessi remunerattivi previst fil-każ tal-ħlas lura ta’ somom mhux dovuti, f’liema każ l-ammont ta’ dawn l-interessi jkun limitat għall-parti marbuta ma’ dan il-perijodu ta’ tliet snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-istess qorti tispeċifika li, skont il-ġurisprudenza tal-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 165a(2) tal-VersVG mad-dritt tal-Unjoni, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-għoti ta’ informazzjoni żbaljata dwar id-dritt ta’ rinunzja huwa assimilat ma’ assenza ta’ informazzjoni u li l-għoti ta’ tali informazzjoni għandu l-effett li jippermetti lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu mingħajr limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Bezirksgericht für Handelssachen Wien (il-Qorti Distrettwali ta’ Vjenna għall-Kwistjonijiet Kummerċjali) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1) tad-[Direttiva 90/619], moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-[Direttiva 92/96], jew l-Artikolu 35(1) [tad-Direttiva 2002/83] moqri flimkien mal-Artikolu 36(1) tad-[Direttiva 2002/83], jew inkella l-Artikolu 185(1) [tad-Direttiva 2009/138], moqri flimkien mal-Artikolu 186(1) tad-[Direttiva 2009/138] għandhom jiġu interpretati fis-sens li – fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-effetti ta’ informazzjoni żbaljata rigward id-dritt ta’ rinunzja qabel il-konklużjoni tal-kuntratt – it-terminu stabbilit għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja ma jibdiex jiddekorri jekk il-kumpannija ta’ assigurazzjoni ssemmi fl-informazzjoni pprovduta li r-rinunzja għandha tiġi fformulata bil-miktub, minkejja li r-rinunzja ma hija suġġetta għall-ebda forma partikolari taħt id-dritt nazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>([F]il-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:) L-Artikolu 15(1) tad-[Direttiva 90/619], moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-[Direttiva 92/96], għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi li, fil-każ ta’ assenza ta’ informazzjoni jew ta’ trażmissjoni ta’ informazzjoni żbaljata rigward id-dritt ta’ rinunzja qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, it-terminu stabbilit għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja jibda jiddekorri mid-data li fiha d-detentur tal-polza jkun ġie informat – indipendentement mill-mod kif – bid-dritt ta’ rinunzja tiegħu</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 35(1) [tad-Direttiva 2002/83] moqri flimkien mal-Artikolu 36(1) tad-[Direttiva 2002/83], għandu jiġi interpretat fis-sens li – fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-effetti ta’ assenza ta’ informazzjoni jew ta’ informazzjoni żbaljata rigward id-dritt ta’ rinunzja qabel il-konklużjoni tal-kuntratt – id-dritt tad-detentur tal-polza li jirrinunzja għall-kuntratt jintemm mhux iktar tard mill-mument wara li l-valur ta’ xiri mill-ġdid ikun tħallas lilu minħabba x-xoljiment minnu tal-kuntratt u wara li l-partijiet kontraenti, b’dan il-mod, ikunu wettqu b’mod sħiħ l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>([F]il-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv u/jew fil-każ li t-tielet domanda tingħata risposta fin-negattiv:) L-Artikolu 15(1) tad-[Direttiva 90/619] jew l-Artikolu 35(1) tad-[Direttiva 2002/83], jew inkella l-Artikolu 186(1) tad-[Direttiva 2009/138] għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi li d-detentur tal-polza għandu jiġi rrimborsat, jekk huwa jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, il-valur ta’ xiri mill-ġdid (jiġifieri l-valur attwali tal-assigurazzjoni, ikkalkolat skont ir-regoli attwarji rrikonoxxuti)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>([F]il-każ li r-raba’ domanda għandha tiġi eżaminata u li din id-domanda tingħata risposta fl-affermattiv:) L-Artikolu 15(1) tad-[Direttiva 90/619] jew l-Artikolu 35(1) tad-[Direttiva 2002/83], jew inkella l-Artikolu 186(1) tad-[Direttiva 2009/138] għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi li, fil-każ ta’ eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja,<?PAGE NO="13"?> id-dritt għall-pagament ta’ interessi b’rata fissa fuq il-primjums irrimborsati jista’ jiġi limitat, minħabba l-preskrizzjoni, għall-parti relatata mal-perijodu tat-tliet snin li jippreċedu l-preżentata tar-rikors?<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20180622">22 ta’ Ġunju 2018</DATE>, il-Kawżi C‑355/18 sa C‑357/18 ġew magħquda għall-finijiet tal-fażi bil-miktub u tal-fażi orali tal-proċedura kif ukoll għall-finijiet tas-sentenza. Permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20190226">26 ta’ Frar 2019</DATE>, dawn it-tliet kawżi ġew magħquda mal-Kawża C‑479/19 għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura u tas-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20191122">22 ta’ Novembru 2019</DATE>, Nürnberger, UNIQA u Allianz talbu li tinfetaħ mill-ġdid il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħhom huma jsostnu, l-ewwel nett, li s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Romano</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑143/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:701">EU:C:2019:701</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li ngħatat xahrejn wara l-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali f’dawn il-kawżi, għandha tkun tista’ tiġi diskussa mill-partijiet interessati, it-tieni nett, li l-argumenti magħmula fil-punt 51 ta’ dawn il-konklużjonijiet, dwar ir-rekwiżiti formali għad-dikjarazzjoni ta’ rinunzja, huma argumenti ġodda u għandhom ukoll ikunu jistgħu jiġu diskussi, u, it-tielet nett, li diversi aspetti prinċipali tal-imsemmija konklużjonijiet ġew ikkritikati mid-duttrina Awstrijaka u Svizzera, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwistjoni dwar liema huma l-partijiet tal-primjums tal-assigurazzjoni li għandhom jitħallsu lura fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, minn naħa, li l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jipprevedux il-possibbiltà, għall-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 ta’ dan l-Istatut, li jippreżentaw osservazzjonijiet bi tweġiba għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180306">6 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Acmea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑284/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:158">EU:C:2018:158</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-awla dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, l-Avukat Ġenerali għandu jippreżenta pubblikament, bl-ikbar imparzjalità u b’indipendenza sħiha, konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li skont l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġu l-intervent tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja la hija marbuta minn dawn il-konklużjonijiet u lanqas mill-motivazzjoni li fuq il-bażi tagħha l-Avukat Ġenerali jasal għal dawn il-konklużjonijiet. Għaldaqstant, in-nuqqas ta’ qbil min-naħa ta’ parti interessata mal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, irrispettivament mill-kwistjonijiet eżaminati minnu f’dawn il-konklużjonijiet, ma huwiex fih innifsu raġuni li tiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180306">6 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Achmea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑284/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:158">EU:C:2018:158</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, konformement mal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed, jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet interessati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu tqis, wara li nstemgħet l-Avukat Ġenerali, li t-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura mressqa quddiemha ma tqajjem ebda fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni li hija għandha tagħti fil-kawżi ineżami.<?PAGE NO="14"?> Fir-rigward, b’mod partikolari, tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Romano</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑143/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:701">EU:C:2019:701</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), din is-sentenza tikkonċerna talba għal deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2), tal-Artikolu 5(1), tat-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1), tal-Artikolu 6(2)(ċ), tal-Artikolu 6(6) u tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20020923">23 ta’ Settembru 2002</DATE> li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 321, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="228" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 228, p. 14</REF.DOC.OJ>), direttiva li bl-ebda mod ma hija inkwistjoni fil-kawżi ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li, wara l-fażi bil-miktub u l-fażi orali tal-proċedura f’dawn il-kawżi, hija għandha l-elementi kollha meħtieġa sabiex tagħti risposta għad-domandi li sarulha u li r-risposti għal dawn id-domandi ma jeħtieġux li jittieħdu inkunsiderazzjoni argumenti, bħal dawk imsemmija fil-punt 47 ta’ din is-sentenza, li ma ġewx diskussi bejn il-partijiet interessati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>B. Rust-Hackner, C. Gmoser, B. Plackner u, fir-rigward tat-tielet u tal-ħames domanda magħmula fil-kuntest tal-Kawża C‑479/18, Allianz u UNIQA jikkontestaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għal domandi li jikkonċernaw biss id-dritt nazzjonali. Fil-fatt, minn naħa, il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja għandhom jiġu rregolati mill-Istati Membri. Min-naħa l-oħra, id-dritt Awstrijak applikabbli kien ippreveda speċifikament l-obbligu, li jaqa’ fuq l-impriża ta’ assigurazzjoni, li d-detenturi ta’ polza ta’ assigurazzjoni jiġu informati, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni u bil-miktub, dwar iċ-ċirkustanzi li fihom dawn id-detenturi jistgħu jirrevokaw dan il-kuntratt jew jirrinunzjaw għall-effetti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi osservat li, kif tenfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punti 23 sa 25 tal-konklużjonijiet tagħha, huwa minnu li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619 u l-Artikolu 31(1) u (4) tad-Direttiva 92/96, moqri flimkien mal-punt a.13 tal-Parti A tal-Anness II ta’ din id-direttiva, jagħtu lill-Istati Membri r-responsabbiltà li jadottaw ir-regoli li jiffissaw il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja kif ukoll dawk dwar il-komunikazzjoni, b’mod partikolari, ta’ informazzjoni marbuta mal-eżerċizzju ta’ dan id-dritt. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tispeċifika li, meta jadottaw dawn ir-regoli, l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw l-effett utli tal-imsemmija direttivi, fid-dawl tal-għan tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Endress</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑209/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:864">EU:C:2013:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tinterpreta d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni applikabbli f’dawn il-kawżi u li, għalhekk, hija għandha ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula f’dawn il-kawżi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tat-talbiet għal deċiżjoni preliminari fil-Kawżi C‑355/18 sa C‑357/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>B. Rust-Hackner, C. Gmoser u B. Plackner jesprimu dubju dwar l-ammissibbiltà tat-talbiet għal deċiżjoni preliminari fil-Kawżi C‑355/18 sa C‑357/18, għar-raġuni li d-deċiżjonijiet ta’ rinviju f’dawn il-kawżi jesponu l-kuntest ġuridiku nazzjonali b’mod insuffiċjenti fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li d-domandi preliminari magħmula fil-kuntest ta’ dawn il-kawżi jikkonċernaw direttament l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u li, permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tikseb kjarifika dwar il-limiti tal-kompetenza tal-Istati Membri li jistabbilixxu l-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja previst minn dawn id-dispożizzjonijiet. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-espożizzjoni tal-kuntest ġuridiku nazzjonali li tinsab fl-imsemmija deċiżjonijiet ta’ rinviju bl-ebda mod ma tipprekludi lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-partijiet interessati milli jifhmu l-imsemmija domandi kif ukoll il-kuntest li fih saru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-talbiet għal deċiżjoni preliminari huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-unika domanda fil-Kawża C‑357/18 u fuq l-ewwel domanda fil-Kawżi C‑355/18, C‑356/18 u C‑479/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Permezz tal-unika domanda fil-Kawża C‑357/18 u tal-ewwel domanda fil-Kawżi C‑355/18, C‑356/18 u C‑479/18, il-qrati tar-rinviju jixtiequ jkunu jafu, essenzjalment, jekk l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96, l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1) ta’ din id-direttiva, u l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2009/138, moqri flimkien mal-Artikolu 186(1) ta’ din id-direttiva, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li t-terminu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja għal kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja jibda jiddekorri mill-mument li fih id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jiġi informat li l-kuntratt huwa konkluż, u dan anki jekk l-informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni lil dan id-detentur jew tonqos milli tispeċifika li d-dritt nazzjonali applikabbli għall-kuntratt ma jipprevedi ebda rekwiżit formali għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-imsemmi dritt ta’ rinunzja jew tindika rekwiżiti formali li fil-verità ma humiex meħtieġa mid-dritt nazzjonali applikabbli għal dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi, għandu jiġi osservat, qabel kollox, li l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għat-tilwimiet fil-kawżi prinċipali, kollha jipprovdu, essenzjalment, minn naħa, li d-detentur ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja individwali għandu terminu ta’ bejn erbatax u tletin jum, li jiddekorri mill-mument li fih dan id-detentur jiġi informat li l-kuntratt huwa konkluż, sabiex jirrinunzja għall-effetti tal-kuntratt, rinunzja din li għandha l-effett li teħles lid-detentur minn kull obbligu futur li joħroġ minn dan il-kuntratt u, min-naħa l-oħra, li l-effetti legali l-oħra u l-kundizzjonijiet tar-rinunzja għandhom jiġu rregolati konformement mal-liġi applikabbli għall-kuntratt, b’mod partikolari fir-rigward tal-modalitajiet li bihom id-detentur jiġi informat li l-kuntratt huwa konkluż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Kif ġie indikat fil-punt 55 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tispeċifika, f’dan ir-rigward, li huwa minnu li l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli dwar il-modalitajiet speċifiċi għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja, u li dawn il-modalitajiet jistgħu jinkludu, min-natura tagħhom, ċerti limitazzjonijiet għal dan id-dritt. Madankollu, meta jadottaw dawn ir-regoli, l-Istati Membri huma meħtieġa jiżguraw l-effett utli tad-Direttivi 90/619 u 92/96, fid-dawl tal-għan tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward tal-għan tal-imsemmija direttivi, għandu jitfakkar li l-premessa 23 tad-Direttiva 92/96 kienet tindika li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>fil-kuntest ta’ suq uniku tal-assigurazzjoni, il-konsumatur [kien] ser ikollu għażla ikbar u iktar diversa ta’ kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Barra minn hekk, skont din il-premessa, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>sabiex ikun jista’ jibbenefika b’mod sħiħ minn din id-direttiva u minn kompetizzjoni msaħħa, il-konsumatur [kellu] jkollu l-informazzjoni meħtieġa sabiex jagħżel il-kuntratt li jkun jikkorrispondi l-iktar għall-ħtiġijiet tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fl-aħħar nett, l-imsemmija premessa kienet tispeċifika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>din il-ħtieġa ta’ informazzjoni [kienet] ferm iktar importanti minħabba li t-tul tal-impenji [seta’] jkun twil ħafna<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Endress</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑209/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:864">EU:C:2013:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħaq dan l-għan ta’ informazzjoni, l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 92/96, moqri flimkien mal-punt a.13 tal-Parti A tal-Anness II tagħha, kien jipprevedi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>mill-inqas<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>[m]odalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> kellhom jiġu kkomunikati lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>qabel il-konklużjoni tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Endress</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑209/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:864">EU:C:2013:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Minn dan il-Qorti tal-Ġustizzja iddeduċiet li dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-iskadenza tad-dritt tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni li jirrinunzja għall-kuntratt f’mument li fih ma jkunx ġie informat dwar dan id-dritt ma tippermettix li jintlaħaq għan essenzjali segwit mid-Direttivi 90/619 u 92/96 u, għaldaqstant, tmur kontra l-effett utli tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Dawn l-istess kunsiderazzjonijiet jistgħu jiġu estiżi għad-Direttivi 2002/83 u 2009/138, li fir-rigward tagħhom il-premessi 52 u 79, rispettivament, jiddikjaraw l-istess għanijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, fl-ewwel lok, li, sakemm id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni ma jkun irċieva ebda informazzjoni dwar l-eżistenza stess tad-dritt ta’ rinunzja, it-terminu ta’ dekadenza previst għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ma jistax jibda jiddekorri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’tali każ, peress li d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni ma jkunx jaf bl-eżistenza ta’ tali dritt, ikun impossibbli għalih li jeżerċitah (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Endress</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑209/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:864">EU:C:2013:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-impriża ta’ assigurazzjoni ma tistax tinvoka, b’mod validu, raġunijiet ta’ ċertezza legali sabiex tirrimedja sitwazzjoni kkawżata min-nuqqas tagħha stess li tikkonforma ruħha mar-rekwiżit, li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni, li tikkomunika lista definittiva ta’ informazzjoni, li tinkludi, b’mod partikolari, informazzjoni dwar id-dritt tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni li jirrinunzja għall-kuntratt (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Endress</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑209/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:864">EU:C:2013:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni għandu mhux biss jiġi informat dwar l-eżistenza tad-dritt ta’ rinunzja, iżda għandu wkoll jirċievi, konformement mal-punt a.13 tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 92/96, mal-punt a.13 tal-parti A tal-Anness III tad-Direttiva 2002/83, kif ukoll mal-Artikolu 185(3)(j) u (6) tad-Direttiva 2009/138, b’mod partikolari, informazzjoni dwar il-modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt, informazzjoni din li għandha tingħata bil-miktub, b’mod ċar u preċiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-imsemmija direttivi jirriżulta b’mod ċar li dawn huma intiżi li jiġi żgurat li d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jirċievi informazzjoni preċiża dwar, b’mod partikolari, id-dritt ta’ rinunzja tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Endress</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑209/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:864">EU:C:2013:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>B’mod partikolari, sa fejn l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet formali tad-dikjarazzjoni ta’ rinunzja hija meħtieġa sabiex id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu, din l-informazzjoni għandha tingħatalu. Dan japplika b’mod partikolari meta d-dritt nazzjonali jimponi imperattivament tali kundizzjonijiet fuq il-partijiet f’kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja. Fil-fatt, dikjarazzjoni ta’ rinunzja mwettqa b’forom differenti minn dawk previsti imperattivament tista’ titqies li ma hijiex valida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Mill-proċessi ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fil-każ ineżami, id-dritt Awstrijak applikabbli għall-kawżi prinċipali kien jipprevedi li l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja ma kien suġġett għal ebda kundizzjoni formali partikolari. Għall-kuntrarju, minn dawn il-proċessi ma jirriżultax b’mod ċar li d-dritt Awstrijak jippermetti lill-partijiet fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni jissuġġettaw l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt għalll-osservanza ta’ kundizzjonijiet formali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, minn naħa, li, jekk id-dritt Awstrijak ma jippermettix lill-partijiet fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni jiftiehmu dwar forma partikolari għad-dikjarazzjoni ta’ rinunzja, ma jkunx neċessarju, sabiex jiġi żgurat l-effett utli tad-dritt ta’ rinunzja, li jkun meħtieġ li d-detentur jiġi obbligatorjament informat dwar il-fatt li dan id-dritt jista’ jiġi eżerċitat bi kwalunkwe forma, tkun liema tkun. Fil-fatt, f’tali ipoteżi, id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun jista’ jikkomunika b’mod validu lill-impriża ta’ assigurazzjoni l-intenzjoni tiegħu li jirrinunzja għall-kuntratt fil-forma tal-għażla tiegħu u, għalhekk, mingħajr ma din l-impriża tkun tista’ teżiġi li d-dikjarazzjoni ta’ rinunzja titwettaq f’forma partikolari, b’tali mod li l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja previst fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bl-ebda mod ma jkun limitat. Naturalment, anki f’din l-ipoteżi, l-impriża ta’ assigurazzjoni żżomm il-possibbiltà li tinforma lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni bl-assenza ta’ forma prevista fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Jekk, għall-kuntrarju, il-partijiet fil-kuntratt setgħu, skont id-dritt Awstrijak, jidderogaw mill-assenza ta’ forma prevista f’dan id-dritt, id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkollu obbligatorjament jirċievi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet formali tad-dritt ta’ rinunzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, sabiex tkun preċiża, l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet formali tad-dritt ta’ rinunzja, kemm jekk obbligatorja u kemm jekk fakultattiva, għandha tkun konformi mad-dritt nazzjonali jew mal-klawżoli kuntrattwali miftiehma bejn il-partijiet b’osservanza tad-dritt applikabbli għal dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li għandha titqies li hija żbaljata l-informazzjoni mogħtija minn impriża ta’ assigurazzjoni li teżiġi l-osservanza ta’ kundizzjonijiet formali għad-dikjarazzjoni ta’ rinunzja meta dawn il-kundizzjonijiet ma jkunux konformi mar-rekwiżiti imperattivi stabbiliti mid-dritt applikabbli jew mill-klawżoli tal-kuntratt, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qrati tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Issa, għalkemm l-għoti lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni ta’ informazzjoni żbaljata dwar ir-rekwiżiti formali meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja jista’ jqarraq b’dan id-detentur fir-rigward tad-dritt ta’ rinunzja tiegħu u, għalhekk, jista’ jiġi assimilat mal-assenza ta’ kull informazzjoni f’dan ir-rigward (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Hamilton</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑412/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:215">EU:C:2008:215</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ma jistax jitqies li kull żball dwar l-imsemmija rekwiżiti formali, li jinsab fl-informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, jikkorrispondi għal nuqqas ta’ informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>B’mod partikolari, meta informazzjoni, anki jekk żbaljata, ma ċċaħħadx lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni mill-possibbiltà li jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, essenzjalment fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li kienu japplikaw li kieku l-informazzjoni kienet preċiża, ikun sproporzjonat jekk dan tal-aħħar jitħalla jillibera ruħu mill-obbligi li joħorġu minn kuntratt konkluż <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’tali sitwazzjoni, id-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni, informat dwar id-dritt ta’ rinunzja tiegħu, iżomm il-possibbiltà kollha li jeżerċita dan id-dritt u li jirtira mill-impenji li jkun ħa, b’tali mod li b’hekk ikun żgurat l-għan tad-Direttivi 90/619, 92/96, 2002/83 u 2009/138, imsemmi fil-punti 63 sa 66 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fil-kawżi prinċipali, huma l-qrati tar-rinviju li għandhom jivverifikaw jekk l-impriżi ta’ assigurazzjoni tawx informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet formali tad-dikjarazzjoni ta’ rinunzja. Fl-affermattiv, l-imsemmija qrati għandhom jevalwaw ukoll jekk din l-informazzjoni kinitx preċiża jew inkella kinitx tant żbaljata li, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni globali li tieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-kuntest leġiżlattiv nazzjonali u l-fatti fil-kawżi prinċipali, ċaħħdet lid-detenturi tal-polza ta’ assigurazzjoni mill-possibbiltà li jeżerċitaw id-dritt ta’ rinunzja tagħhom essenzjalment fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li kienu japplikaw li kieku din l-informazzjoni kienet preċiża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-unika domanda fil-Kawża C‑357/18 u għall-ewwel domanda fil-Kawżi C‑355/18, C‑356/18 u C‑479/18 hija li l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96, l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2009/138, moqri flimkien mal-Artikolu 186(1) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-terminu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja għal kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja jibda jiddekorri mill-mument li fih id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jiġi informat li l-kuntratt huwa konkluż, anki jekk l-informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni lil dan id-detentur</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tonqos milli tispeċifika li d-dritt nazzjonali applikabbli għall-kuntratt ma jipprevedi ebda rekwiżit formali għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-imsemmi dritt ta’ rinunzja, jew</P></ITEM><ITEM><P>tindika rekwiżiti formali li fil-verità ma humiex rikjesti mid-dritt nazzjonali applikabbli għal dan il-kuntratt jew mill-klawżoli kuntrattwali tal-imsemmi kuntratt, kemm-il darba tali indikazzjoni ma ċċaħħadx lid-detenturi tal-polza ta’ assigurazzjoni mill-possibbiltà li jeżerċitaw id-dritt ta’ rinunzja tagħhom essenzjalment fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li kienu japplikaw li kieku l-informazzjoni kienet preċiża. Huma l-qrati tar-rinviju li għandhom jevalwaw, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni globali li tieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-kuntest leġiżlattiv nazzjonali u l-fatti fil-kawżi prinċipali, jekk l-iżball li jinsab fl-informazzjoni mogħtija lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jċaħħdux minn tali possibbiltà.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda fil-Kawża C‑479/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda fil-Kawża C‑479/18, il-Bezirksgericht für Handelssachen Wien (il-Qorti Distrettwali ta’ Vjenna għall-Kwistjonijiet Kummerċjali) qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96, għandux jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, dwar id-dritt ta’ rinunzja ta’ dan tal-aħħar, jew fil-preżenza ta’ informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni li tkun tant żbaljata li ċċaħħad lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni mill-possibbiltà li jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, essenzjalment, fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li kienu jkunu applikabbli li kieku l-informazzjoni kienet preċiża, it-terminu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja ma jiddekorrix, anki jekk id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni sar jaf bl-eżistenza tad-dritt ta’ rinunzja b’mezzi oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi osservat li la l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619 u lanqas l-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96 ma jispeċifikaw espliċitament li l-informazzjoni li għaliha jirreferu dawn id-dispożizzjonijiet għandha tingħata lid-detenturi tal-polza ta’ assigurazzjoni mill-impriżi ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà osservat li d-dritt tal-Unjoni jobbliga lill-impriża ta’ assigurazzjoni tagħti lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni lista definittiva ta’ informazzjoni, li tinkludi, b’mod partikolari, informazzjoni dwar id-dritt tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni li jirrinunzja għall-kuntratt (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Endress</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑209/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:864">EU:C:2013:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun irċieva, permezz ta’ mezzi oħra, il-kontenut preċiż ta’ informazzjoni li l-impriża ta’ assigurazzjoni kienet obbligata tagħtih ma jistax jipproduċi l-istess effetti legali fuq it-terminu għar-rinunzja bħall-għoti ta’ din l-istess informazzjoni lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni minn din l-impriża, li b’hekk jeħles lil din tal-aħħar minn kull obbligu f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, li kieku s-sitwazzjoni kienet differenti, dan kien imur kontra l-għan tad-Direttiva 2002/83, imsemmi fil-punt 71 ta’ din is-sentenza, li jiġi żgurat li d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jirċievi informazzjoni preċiża, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt ta’ rinunzja, informazzjoni li, kif ġie speċifikat fil-punt 85 ta’ din is-sentenza, għandha tingħata mill-impriża ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>It-tieni nett, kif tosserva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 65 tal-konklużjonijiet tagħha, il-fatt li jinkiseb għarfien tad-dritt ta’ rinunzja f’kuntest li ma jaqax fil-kuntest tar-relazzjoni kuntrattwali fejn id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni u l-impriża ta’ assigurazzjoni jista’ jqajjem diffikultajiet fil-qasam tal-prova, b’mod partikolari fir-rigward tal-mument li fih inkiseb dan l-għarfien u għalhekk fir-rigward tal-iffissar tat-terminu li fih għandu jiġi eżerċitat id-dritt ta’ rinunzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kif tosserva l-Kummissjoni Ewropea, jekk l-impriża ta’ assigurazzjoni tinħeles mill-obbligu ta’ informazzjoni tagħha għar-raġuni li d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni kiseb għarfien tal-kontenut ta’ din l-informazzjoni permezz ta’ mezzi oħra, din l-impriża ma tkunx inkoraġġuta sabiex tosserva l-obbligu tagħha li tagħti informazzjoni preċiża lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda fil-Kawża C‑479/18 hija li l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, dwar id-dritt ta’ rinunzja ta’ dan tal-aħħar, jew fil-preżenza ta’ informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni li tkun tant żbaljata li ċċaħħad lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni mill-possibbiltà li jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, essenzjalment, fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li kienu jkunu applikabbli li kieku l-informazzjoni kienet preċiża, it-terminu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja ma jiddekorrix, anki jekk id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni sar jaf bl-eżistenza tad-dritt ta’ rinunzja b’mezzi oħra.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda fil-Kawżi C‑355/18 u C‑356/18 kif ukoll fuq it-tielet domanda fil-Kawża C‑479/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda fil-Kawżi C‑355/18 u C‑356/18 kif ukoll permezz tat-tielet domanda fil-Kawża C‑479/18, il-qrati tar-rinviju jixtiequ jkunu jafu, essenzjalment, jekk l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96, u l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1) ta’ din id-direttiva, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, ladarba jiġi xolt il-kuntratt u ladarba jiġu ssodisfatti l-obbligi kollha li joħorġu minnu, fosthom b’mod partikolari l-ħlas, mill-impriża ta’ assigurazzjoni, tal-valur tax-xiri mill-ġdid, id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun għadu jista’ jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, f’sitwazzjoni fejn id-dritt applikabbli għall-kuntratt ma jirregolax l-effetti legali tal-assenza ta’ informazzjoni dwar id-dritt ta’ rinunzja jew l-għoti ta’ informazzjoni żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar li, konformement mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619 u mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83, in-notifika mid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni tar-rinunzja tiegħu għall-kuntratt għandha l-effett li teħilsu minn kull obbligu futur li joħroġ minn dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, ladarba d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun għamel id-dikjarazzjoni ta’ rinunzja tiegħu fit-termini previsti għal dan il-għan, huwa jkun irrilaxxat minn kull obbligu futur li joħroġ mill-kuntratt, li l-eżekuzzjoni tiegħu ma tkunx tista’ tintalab mill-impriża ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet bl-ebda mod ma jirregolaw il-kundizzjonijiet li fihom għandha titwettaq dikjarazzjoni ta’ rinunzja u lanqas ma jirregolaw l-effetti legali ta’ din ir-rinunzja fuq l-obbligi, b’mod partikolari ta’ ħlas lura, li d-dritt nazzjonali jista’ jimponi fuq l-impriża ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali kundizzjonijiet u effetti ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet u, konformement mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619 u mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83, għandhom jiġu rregolati konformement mal-liġi applikabbli għall-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li dawn id-dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li jobbligaw lill-Istati Membri jissuġġettaw għall-istat ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja l-possibbiltà ta’ rinunzja għal dan il-kuntratt jew l-effetti legali ta’ dikjarazzjoni ta’ rinunzja għal tali kuntratt imwettqa fit-termini previsti għal dan il-għan, bħalma huwa t-tnissil eventwali ta’ obbligu ta’ ħlas lura. B’hekk, f’dan il-każ, fid-dawl tal-fatt li d-dritt Awstrijak ma jgħid xejn f’dan ir-rigward, id-dritt ta’ rinunzja jista’ jibqa’ jiġi eżerċitat anki wara li l-kuntratt ikun ġie xolt u anki wara li l-obbligi kollha li joħorġu minnu jkunu ġew eżegwiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu DONAU u l-Gvern Awstrijak fl-osservazzjonijiet tagħhom, tali interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet ma hijiex kontradetta mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Hamilton</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑412/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:215">EU:C:2008:215</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dritt ta’ revoka previst fid-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE tal-<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE> biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 262), ma jkunx jista’ jiġi eżerċitat meta ma jkunx għad hemm impenn. Fil-fatt, l-imsemmija sentenza tikkonċerna l-konformità, ma’ din id-direttiva, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-iskadenza tad-dritt ta’ revoka xahar wara l-eżekuzzjoni kompleta, mill-partijiet kontraenti, tal-obbligi li joħorġu mill-kuntratt. Issa, fil-kawżi prinċipali, tali dispożizzjoni ma hijiex inkwistjoni sa fejn il-leġiżlatur Awstrijak ma adottatx tali dispożizzjoni fir-rigward tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni għall-ħajja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Endress</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑209/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:864">EU:C:2013:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda fil-Kawżi C‑355/18 u C‑356/18 kif ukoll għat-tielet domanda fil-Kawża C‑479/18 hija li l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96, u l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, ladarba jiġi xolt il-kuntratt u ladarba jiġu ssodisfatti l-obbligi kollha li joħorġu minnu, fosthom b’mod partikolari l-ħlas, mill-impriża ta’ assigurazzjoni, tal-valur tax-xiri mill-ġdid, id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun għadu jista’ jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, kemm il-darba d-dritt applikabbli għall-kuntratt ma jirregolax l-effetti legali tal-assenza ta’ informazzjoni dwar id-dritt ta’ rinunzja jew l-għoti ta’ informazzjoni żbaljata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda fil-Kawża C‑479/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-Bezirksgericht für Handelssachen Wien (il-Qorti Distrettwali ta’ Vjenna għall-Kwistjonijiet Kummerċjali) tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83 u l-Artikolu 186(1) tad-Direttiva 2009/138 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-impriża ta’ assigurazzjoni hija obbligata tirrimborsa, lil detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni li jkun eżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, il-valur tax-xiri mill-ġdid biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar li, kif diġà ġie osservat fil-punti 61, 62 u 66 ta’ din is-sentenza, l-effetti legali tar-rinunzja, għajr dawk previsti mill-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jiġu rregolati konformement mal-liġi applikabbli għall-kuntratt u li, meta jadottaw dawn ir-regoli, l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw l-effett utli tad-Direttivi 90/619, 92/96, 2002/83 u 2009/138, fid-dawl tal-għan tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif diġà ġie osservat, essenzjalment, fil-punt 63 ta’ din is-sentenza, l-għan tad-dritt ta’ rinunzja huwa li detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni jkun jista’ jagħżel il-kuntratt li l-iktar jikkorrispondi għall-ħtiġijiet tiegħu u għalhekk li jkun jista’ jirrinunzja għall-effetti ta’ kuntratt li, wara l-konklużjoni tiegħu, jirriżulta, fit-terminu ta’ riflessjoni previst għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja, li ma huwiex adegwat għall-bżonnijiet ta’ dan id-detentur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83 u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 186(1) tad-Direttiva 2009/138, li jipprovdu li, ladarba d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jwettaq id-dikjarazzjoni ta’ rinunzja tiegħu fit-termini previsti għal dan il-għan, huwa jinħeles minn kull obbligu futur li joħroġ mill-kuntratt, jissodisfaw preċiżament ir-rekwiżit li tiġi żgurata tali libertà ta’ għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Fil-fatt, li kieku d-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jibqa’ marbut mill-kuntratt fil-futur, anki wara li jkun irrinunzja għalih, huwa jkun dissważ milli jinvoka d-dritt ta’ rinunzja tiegħu u għalhekk ikun imċaħħad mill-possibbiltà li jagħżel il-kuntratt li l-iktar jikkorrispondi għall-ħtiġijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>L-effetti legali l-oħra li d-dritt applikabbli għall-kuntratt jorbot mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja għandhom ukoll, sabiex jiġi żgurat l-effett utli tiegħu, ikunu ta’ natura li ma jiddiswadux lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni milli jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C‑479/18, l-Artikolu 176 tal-VersVG, fil-verżjoni applikabbli għall-kawżi prinċipali, jipprovdi essenzjalment li, fil-każ li assigurazzjoni bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali tiġi kkanċellata permezz ta’ rinunzja, xoljiment jew kontestazzjoni, l-impriża ta’ assigurazzjoni għandha tirrimborsa l-valur tax-xiri mill-ġdid dovut taħt l-assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Tali dispożizzjoni tirregola għalhekk bl-istess mod, minn naħa, is-sitwazzjoni ta’ detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni li, peress li qies li l-kuntratt kien jikkorrispondi għall-bżonnijiet tiegħu, iddeċieda li ma jinvokax id-dritt ta’ rinunzja tiegħu u, għal raġunijiet oħra, iddeċieda li jxolji l-kuntratt tiegħu u, min-naħa l-oħra, is-sitwazzjoni ta’ detentur ta’ polza ta’ assigurazzojni li, peress li qies, għall-kuntrarju, li l-kuntratt ma kienx jikkorrispondi għall-bżonnijiet tiegħu, eżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>B’hekk, sa fejn torbot l-istess effetti legali b’mod partikolari mar-rinunzja u max-xoljiment tal-kuntratt, l-imsemmija dispożizzjoni ċċaħħad minn kull effett utli d-dritt ta’ rinunzja previst fid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni ma tistax tiddaħħal inkwistjoni mill-fatt, imsemmi b’mod partikolari minn Allianz, li, jekk id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun intitolat għall-ħlas lura tas-somom imħallsa, l-iżvantaġġi finanzjarji jinġarru b’mod partikolari mill-komunità ta’ persuni assigurati u li, fil-każ ta’ rinunzja tardiva, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>E. Friz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑215/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:186">EU:C:2010:186</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), irrikonoxxiet li l-persuna kkonċernata għandha ġġarrab parti mir-riskji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, jekk l-impriża ta’ assigurazzjoni tagħti lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni informazzjoni preċiża dwar id-dritt ta’ rinunzja, dan tal-aħħar ikollu biss terminu relattivament qasir sabiex jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, b’tali mod li l-konsegwenzi finanzjarji ta’ eventwali rinunzja fuq il-komunità ta’ persuni assigurati jistgħu jitqiesu li jagħmlu parti mill-ġestjoni ġenerali tar-riskji assigurati. Jekk, għall-kuntrarju, ir-rinunzja titwettaq tard minħabba nuqqas ta’ informazzjoni jew minħabba informazzjoni li tkun tant żbaljata li ċċaħħad lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni mill-possibbiltà li jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, essenzjalment fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li kienu jkunu applikabbli li kieku l-informazzjoni kienet preċiża, hija l-impriża ta’ assigurazzjoni stess li, kif tfakkar fil-punt 69 ta’ din is-sentenza, għandha tirrimedja sitwazzjoni kkawżata min-nuqqas tagħha stess li tikkonforma ruħha mar-rekwiżit, li joħroġ mid-dritt tal-Unjoni, li tikkomunika lista definittiva ta’ informazzjoni, li tinkludi, b’mod partikolari, informazzjoni dwar id-dritt tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni li jirrinunzja għall-kuntratt.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-portata tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>E. Friz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑215/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:186">EU:C:2010:186</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija, konformement mal-punt 24 tagħha, limitata espliċitament għas-sħubija ta’ konsumatur f’fond magħluq ta’ proprjetà immobbli mwaqqaf fil-forma ta’ soċjetà ta’ persuni u għalhekk ma tikkonċernax il-kuntratti aleatorji b’mod ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għar-raba’ domanda fil-Kawża C‑479/18 hija li l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83 u l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2009/138 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-impriża ta’ assigurazzjoni hija obbligata tirrimborsa, lil detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni li jkun eżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, il-valur tax-xiri mill-ġdid biss.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames domanda fil-Kawża C‑479/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-Bezirksgericht für Handelssachen Wien (il-Qorti Distrettwali ta’ Vjenna għall-Kwistjonijiet Kummerċjali) tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83 u l-Artikolu 186(1) tad-Direttiva 2009/138 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għall-eżerċizzju tad-dritt għall-interessi remunerattivi marbut mal-ħlas lura ta’ somom imħallsa indebitament mitlub minn detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni li jkun eżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi osservat li dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, meta jipprevedu li d-detentur ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja individwali għandu terminu ta’ bejn erbatax u tletin jum, mill-mument li fih dan id-detentur jiġi informat li l-kuntratt huwa konkluż, sabiex jirrinunzja għall-effetti tal-kuntratt, jagħtu lill-imsemmi detentur dritt ta’ rinunzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>B’hekk, id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jikseb id-dritt li jirrinunzja għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja bis-sempliċi fatt li jkun ikkonkluda dan il-kuntratt u l-komunikazzjoni lid-detentur mill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt għandha biss l-effett li tiskatta t-terminu ta’ dekadenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C‑479/18 jirriżulta li, sabiex jirregola l-effetti tar-rinunzja, konformement mal-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, id-dritt Awstrijak applikabbli għall-kuntratti inkwistjoni fil-kawżi prinċipali jipprevedi li, minn naħa, l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja jimplika l-obbligu li jitħallsu lura l-pagamenti magħmula u, min-naħa l-oħra, mas-somom li għandhom jitħallsu lura għandhom jiżdiedu interessi remunerattivi. Barra minn hekk, id-dritt li wieħed jirċievi tali interessi huwa preskritt minn terminu ta’ tliet snin, li huwa t-terminu ġeneralment previst fl-Allgemeines Bürgerliches Gesetzbuch (il-Kodiċi Ċivili) fir-rigward tal-krediti ta’ prestazzjonijiet annwali mhux imħallsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Issa, dan it-terminu jikkonċerna biss l-interessi remunerattivi u ma jaffettwax direttament id-dritt tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni li jirrinunzja għall-kuntratt tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Madankollu, il-Bezirksgericht für Handelssachen Wien (il-Qorti Distrettwali ta’ Vjenna għall-Kwistjonijiet Kummerċjali) għandha tivverifika jekk l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt għall-interessi remunerattivi tistax iddaħħal inkwistjoni l-effettività tad-dritt ta’ rinunzja stess, dritt li d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jirrikonoxxu lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitqies, minn naħa, li, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà osservat, il-kuntratti ta’ assigurazzjoni huma prodotti finanzjarji legalment kumplessi, li jistgħu jvarjaw b’mod kunsiderevoli skont l-assiguratur li joffrihom u li jimplikaw impenji finanzjarji importanti u potenzjalment għal perijodu twil ħafna (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Endress</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑209/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:864">EU:C:2013:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Jekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li l-interessi dovuti għal iktar minn tliet snin jiġu preskritti jwassal lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni sabiex ma jeżerċitax id-dritt ta’ rinunzja tiegħu, u dan minkejja li l-kuntratt ma jikkorrispondix għall-ħtiġijiet tiegħu, tali terminu jkun jista’ jaffettwa l-imsemmi dritt, b’mod partikolari meta dan id-detentur ma jkunx ġie informat b’mod preċiż dwar il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-imsemmi dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi enfasizzat li l-ħtiġijiet tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni għandhom jiġu evalwati fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-benefiċċji li dan jista’ jislet minn rinunzja tardiva, peress li tali rinunzja ma tkunx intiża li tipproteġi l-libertà ta’ għażla tad-detentur, iżda tkun intiża li tippermettilu jikseb rendiment ikbar jekk mhux ukoll li jispekula dwar id-differenza bejn ir-rendiment effettiv tal-kuntratt u r-rata tal-interessi remunerattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ħames domanda magħmula fil-Kawża C‑479/18 hija li l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83 u l-Artikolu 186(1) tad-Direttiva 2009/138 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għall-eżerċizzju tad-dritt għall-interessi remunerattivi marbut mal-ħlas lura ta’ somom imħallsa indebitament mitlub minn detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni li jkun eżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, kemm-il darba l-iffissar ta’ tali terminu ma jdaħħalx inkwistjoni l-effettività tad-dritt ta’ rinunzja ta’ dan id-detentur, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑479/18.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 15(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE tat-<DATE ISO="19901108">8 ta’ Novembru 1990</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazjoni diretta għall-ħajja, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-<DATE ISO="19921110">10 ta’ Novembru 1992</DATE>, moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-<DATE ISO="19921110">10 ta’ Novembru 1992</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja), l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20021105">5 ta’ Novembru 2002</DATE> li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), moqri flimkien mal-Artikolu 186(1) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-terminu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja għal kuntratt ta’ assigurazzjoni<?PAGE NO="24"?> għall-ħajja jibda jiddekorri mill-mument li fih id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jiġi informat li l-kuntratt huwa konkluż, anki jekk l-informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni lil dan id-detentur</HT></TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">tonqos milli tispeċifika li d-dritt nazzjonali applikabbli għall-kuntratt ma jipprevedi ebda rekwiżit formali għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-imsemmi dritt ta’ rinunzja, jew</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">tindika rekwiżiti formali li fil-verità ma humiex rikjesti mid-dritt nazzjonali applikabbli għal dan il-kuntratt jew mill-klawżoli kuntrattwali tal-imsemmi kuntratt, kemm-il darba tali indikazzjoni ma ċċaħħadx lid-detenturi tal-polza ta’ assigurazzjoni mill-possibbiltà li jeżerċitaw id-dritt ta’ rinunzja tagħhom essenzjalment fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li kienu japplikaw li kieku l-informazzjoni kienet preċiża. Huma l-qrati tar-rinviju li għandhom jevalwaw, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni globali li tieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-kuntest leġiżlattiv nazzjonali u l-fatti fil-kawżi prinċipali, jekk l-iżball li jinsab fl-informazzjoni mogħtija lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jċaħħdux minn tali possibbiltà.</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, kif emendata bid-Direttiva 92/96, moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, dwar id-dritt ta’ rinunzja ta’ dan tal-aħħar, jew fil-preżenza ta’ informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni li tkun tant żbaljata li ċċaħħad lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni mill-possibbiltà li jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, essenzjalment, fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li kienu jkunu applikabbli li kieku l-informazzjoni kienet preċiża, it-terminu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja ma jiddekorrix, anki jekk id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni sar jaf bl-eżistenza tad-dritt ta’ rinunzja b’mezzi oħra.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, kif emendata bid-Direttiva 92/96, moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96, u l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, ladarba jiġi xolt il-kuntratt u ladarba jiġu ssodisfatti l-obbligi kollha li joħorġu minnu, fosthom b’mod partikolari l-ħlas, mill-impriża ta’ assigurazzjoni, tal-valur tax-xiri mill-ġdid, id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun għadu jista’ jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, kemm il-darba d-dritt applikabbli għall-kuntratt ma jirregolax l-effetti legali tal-assenza ta’ informazzjoni dwar id-dritt ta’ rinunzja jew l-għoti ta’ informazzjoni żbaljata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, kif emendata bid-Direttiva 92/96, l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83 u l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2009/138 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-impriża ta’ assigurazzjoni hija obbligata tirrimborsa, lil detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni li jkun eżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, il-valur tax-xiri mill-ġdid biss.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, kif emendata bid-Direttiva 92/96, l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83 u l-Artikolu 186(1) tad-Direttiva 2009/138 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għall-eżerċizzju tad-dritt għall-interessi remunerattivi marbut mal-ħlas lura ta’ somom imħallsa indebitament mitlub minn detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni li jkun eżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, kemm-il darba l-iffissar ta’ tali terminu ma jdaħħalx inkwistjoni l-effettività tad-dritt ta’ rinunzja ta’ dan id-detentur, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑479/18.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>