European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3843

14.6.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11286 – NREP / NOVO HOLDINGS / INDUSTRIENS PENSIONFORSIKRING / DSB EU / JERNBANEBYEN HOLDING JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/3843)

1.   

Fis-7 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

NREP AB (“NREP”, l-Iżvezja) ikkontrollata minn NERP A/S (id-Danimarka),

—

Novo Holdings A/S (“Novo Holdings”, id-Danimarka) ikkontrollata minn Novo Nordisk Foundation (id-Danimarka),

—

Industriens Pensionsforsikring A/S (“Industriens Pension”, id-Danimarka) ikkontrollata minn Industripension Holding A/S (id-Danimarka),

—

DSB Ejendomsudvikling A/S (“DSB UE”, id-Danimarka) ikkontrollata minn DSB (id-Danimarka),

—

Jernbanebyen Holding K/S (l-“Impriża Konġunta”).

NREP, Novo Holdings, Industriens Pension u DSB EU se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża konġunta.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

NREP: maniġer tal-fondi li tinvesti, topera u tiżviluppa proprjetà immobbli fil-pajjiżi Nordiċi,

—

Novo Holdings: li tinvesti fix-xjenzi tal-ħajja, fl-infrastruttura ta’ kwalità għolja, fil-proprjetà immobbli moderna u sostenibbli,

—

Industriens Pension: kumpanija tal-pensjoni okkupazzjonali,

—

DSB EU: li tbigħ, tiżviluppa u tikri proprjetà immobbli li hija proprjetà ta’ DSB, l-impriża ferrovjarja Daniża tal-Istat.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-Impriża Konġunta se jkunu dawn li ġejjin: l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ spazju għall-kiri f’Jernbanebyen, Copenhagen.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11286 – NREP / NOVO HOLDINGS / INDUSTRIENS PENSIONFORSIKRING / DSB EU / JERNBANEBYEN HOLDING JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3843/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)