13.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 428/35


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8716 — Mirova/GE/Idesamgar/Idesamgar 1)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 428/15)

1.

Fl-1 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Mirova-Eurofideme 3 (Franza), ultimament proprjetà ta’ Banque populaire Caisse d’épargne (“BPCE”, Franza),

—

General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

Idesamgar SL u Idesamgar 1 SL (Spanja), ikkontrollati minn Forestalia Renovables SLU (Spanja).

Mirova-Eurofideme 3 u GE jakkwsitaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Idesamgar SL u Idesamgar 1 SL. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Mirova-Eurofideme 3 hija fond Franċiż ta’ kapital ta’ riskju li jiffoka fuq l-investiment responsabbli għall-ġestjoni ta’ fondi għal investituri istituzzjonali f’diversi klassijiet ta’ assi, fost oħrajn fl-infrastrutturi ewlenin u tal-enerġija rinnovabbli, ekwitajiet sostenibbli, ebonds ekoloġiċi.

—

GE hija kumpanija dinjija tal-manifattura, it-teknoloġija u s-servizzi. L-attività ewlenija tal-unità tan-negozju tagħha, GE Energy Financial Services, hija l-investimenti fis-settur tal-enerġija. L-unità tan-negozju tagħha, GE Renewable Energy tissupplixxi prodotti u servizzi lil klijenti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ, mill-ilma u mix-xemx, inklużi l-manifattura u l-manutenzjoni tat-turbini tar-riħ.

—

Idesamgar SL u Idesamgar 1 SL huma żewġ kumpaniji azzjonarji li huma proprjetarji ta’ disa’ parks eoliċi f’Aragona, fi Spanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8716 — Mirova/GE/Idesamgar/Idesamgar 1.

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.