|
13.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta' Diċembru 2008
li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, lista inizjali tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed
(notifikata bid-dokument numru C(2008) 7974)
(2009/92/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed imsemmi fl-Artikolu 1(c)(iii) tad-Direttiva 92/43/KEE huwa magħmul minn partijiet mit-territorji tal-Bulgarija u tar-Rumanija, kif speċifikat fil-mappa bijoġeografika approvata fl-20 ta' April 2005 mill-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 20 ta' dik id-Direttiva, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat dwar il-Ħabitati”. |
|
(2) |
Hemm bżonn li, fil-kuntest ta' proċess mibdi fl-1995, ikompli jsir aktar progress fit-twaqqif reali tan-netwerk Natura 2000, li huwa element essenzjali fil-ħarsien tal-bijodiversità fil-Komunità. |
|
(3) |
Għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed, listi tas-siti proposti bħala siti ta' importanza Komunitarja fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE ntbagħtu lill-Kummisjoni mill-Bulgarija u mir-Rumanija bejn Mejju tal-2004 u Jannar tal-2008, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE. |
|
(4) |
Il-listi tas-siti proposti kellhom magħhom tagħrif dwar kull sit, mogħti fil-format stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/266/KE tat-18 ta' Diċembru 1996 dwar format ta' tagħrif fuq is-siti għas-siti proposti għan-Natura 2000 (2). |
|
(5) |
Dak it-tagħrif jinkludi l-mappa l-aktar riċenti u definittiva tas-sit li ntbagħtet mill-Istati Membri kkonċernati, l-isem, il-post u l-firxa tas-sit, u d-dejta li nġabret mill-applikazzjoni tal-kriterji speċifikati fl-Anness III għad-Direttiva 92/43/KEE. |
|
(6) |
Abbażi tal-abbozz tal-lista mfassal mill-Kummissjoni bi ftehim ma' kull Stat Membru kkonċernat, li jidentifika wkoll is-siti li għandhom tipi ta' ħabitati naturali jew speċijiet ta' prijorità, għandha tiġi adottata lista tas-siti magħżulin bħala siti ta' importanza Komunitarja. |
|
(7) |
L-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim tat-tipi ta' ħabitati naturali u tal-ispeċijiet qiegħed dejjem jevolvi minħabba s-sorveljanza skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk, l-evalwazzjoni u l-għażla tas-siti fil-livell Komunitarju saru billi ntuża l-aqwa tagħrif disponibbli bħalissa. |
|
(8) |
L-Istati Membri kkonċernati ma ssuġġerewx biżżejjed siti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE għal ċerti tipi ta' ħabitati u speċijiet. Għalhekk, għal dawk it-tipi ta' ħabitati u speċijiet, wieħed ma jistax jikkonkludi li n-netwerk huwa komplut. Meta wieħed iqis id-dewmien biex jasal it-tagħrif u biex jintlaħaq qbil mal-Istati Membri, hemm bżonn li tiġi adottata lista inizjali tas-siti li se jkollha bżonn tiġi riveduta skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE. |
|
(9) |
Ladarba l-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim ta' xi wħud mit-tipi ta' ħabitati naturali tal-Anness I u tal-ispeċijiet tal-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE għadu mhux komplut, ma għandux jiġi konkluż li n-netwerk huwa komplut jew li mhuwiex. Il-lista inizjali għandha tiġi riveduta, jekk ikun hemm bżonn, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE. |
|
(10) |
Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħabitati, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista inizjali tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43/KEE, hija mniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Lista inizjali tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed
Kull sit ta’ importanza Komunitarja (SCI) huwa identifikat mit-tagħrif mogħti fil-format tan-Natura 2000, inkluż il-mappa korrispondenti. Dan it-tagħrif intbagħat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.
It-tabella ta’ hawn taħt tagħti t-tagħrif li ġej:
|
A |
: |
il-kodiċi tal-SCI li fih disa’ karattri, li minnhom l-ewwel tnejn huma l-kodiċi tal-ISO tal-Istat Membru; |
|
B |
: |
isem l-SCI; |
|
C |
: |
* = il-preżenza fl-SCI ta’ mill-inqas tip ta’ ħabitat naturali wieħed u/jew speċi waħda ta’ prijorità fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE; |
|
D |
: |
l-erja tal-wiċċ tal-SCI f’ettari jew it-tul f’km; |
|
E |
: |
il-koordinati ġeografiċi tal-SCI (il-latitudni u l-lonġitudni). |
It-tagħrif kollu mogħti fil-lista Komunitarja ta’ hawn taħt huwa msejjes fuq id-dejta proposta, mibgħuta u vvalidata mill-Bulgarija u mir-Rumanija.
|
A |
B |
C |
D |
E |
||
|
Il-kodiċi tal-SCI |
Isem l-SCI |
* |
L-erja tal-SCI (f'ettari) |
It-tul tal-SCI (f'km) |
Il-koordinati ġeografiċi tal-SCI |
|
|
|
|
|
|
|
Il-lonġitudni |
Il-latitudni |
|
BG0000100 |
Plazh Shkorpilovtzi |
* |
5 125,65264 |
|
E 27 51 |
N 42 56 |
|
BG0000102 |
Dolinata na reka Batova |
* |
18 459,2388 |
|
E 27 55 |
N 43 22 |
|
BG0000103 |
Galata |
* |
1 623,71857 |
|
E 27 56 |
N 43 8 |
|
BG0000110 |
Ostrovi Sv. Ivan I Sv. Petur |
|
30,04 |
|
E 27 41 |
N 42 26 |
|
BG0000116 |
Kamchiya |
* |
12 919,9374 |
|
E 27 45 |
N 43 1 |
|
BG0000118 |
Zlatni pyasatzi |
* |
1 374,44 |
|
E 28 2 |
N 43 18 |
|
BG0000119 |
Trite bratya |
* |
1 021,99 |
|
E 27 17 |
N 42 42 |
|
BG0000130 |
Kraimorska Dobrudzha |
* |
6 520,74 |
|
E 28 20 |
N 43 37 |
|
BG0000132 |
Pobitite kamani |
* |
231,35 |
|
E 27 41 |
N 43 13 |
|
BG0000133 |
Kamchiiska i Eminska planina |
* |
63 678,468 |
|
E 27 30 |
N 42 55 |
|
BG0000141 |
Reka Kamchiya |
* |
158,84 |
|
E 27 28 |
N 43 2 |
|
BG0000143 |
Karaagach |
* |
64,16 |
|
E 27 46 |
N 42 13 |
|
BG0000146 |
Plazh Gradina — Zlatna ribka |
* |
1 153,12 |
|
E 27 40 |
N 42 25 |
|
BG0000151 |
Aitoska planina |
* |
29 379,4 |
|
E 27 26 |
N 42 41 |
|
BG0000154 |
Ezero Durankulak |
* |
5 050,79475 |
|
E 28 34 |
N 43 40 |
|
BG0000198 |
Sredetzka reka |
* |
707,78 |
|
E 27 2 |
N 42 18 |
|
BG0000208 |
Bosna |
* |
16 225,8881 |
|
E 27 38 |
N 42 11 |
|
BG0000219 |
Derventski vazvisheniya 2 |
* |
55 036,13 |
|
E 27 3 |
N 42 7 |
|
BG0000230 |
Fakiyska reka |
* |
4 104,72 |
|
E 27 17 |
N 42 17 |
|
BG0000242 |
Zaliv Chengene skele |
* |
191,19 |
|
E 27 30 |
N 42 25 |
|
BG0000270 |
Atanasovsko ezero |
* |
7 208,89 |
|
E 27 27 |
N 42 35 |
|
BG0000271 |
Mandra — Poda |
* |
6 135,8718 |
|
E 27 24 |
N 42 24 |
|
BG0000273 |
Burgasko ezero |
|
3 092,02 |
|
E 27 23 |
N 42 29 |
|
BG0000573 |
Kompleks Kaliakra |
* |
44 128,2643 |
|
E 28 19 |
N 43 20 |
|
BG0000574 |
Aheloi — Ravda — Nesebar |
* |
3 928,38 |
|
E 27 41 |
N 42 39 |
|
BG0000620 |
Pomorie |
* |
2 085,15 |
|
E 27 38 |
N 42 35 |
|
BG0000621 |
Ezero Shabla — Ezeretz |
* |
2 623,53 |
|
E 28 35 |
N 43 34 |
|
BG0001001 |
Ropotamo |
* |
12 815,82 |
|
E 27 42 |
N 42 18 |
|
BG0001004 |
Emine — Irakli |
* |
11 282,7954 |
|
E 27 50 |
N 42 44 |
|
BG0001007 |
Strandzha |
* |
118 225,03 |
|
E 27 37 |
N 42 4 |
|
ROSCI0065 |
Delta Dunării |
* |
457 813,5 |
|
E 28 55 |
N 44 54 |
|
ROSCI0066 |
Delta Dunării — zona marină |
|
121 697 |
|
E 29 14 |
N 44 46 |
|
ROSCI0073 |
Dunele marine de la Agigea |
* |
12 |
|
E 28 38 |
N 44 5 |
|
ROSCI0094 |
Izvoarele sulfuroase submarine de la Mangalia |
|
362 |
|
E 28 35 |
N 43 48 |
|
ROSCI0114 |
Mlaștina Hergheliei — Obanul Mare și Peștera Movilei |
* |
251 |
|
E 28 34 |
N 43 50 |
|
ROSCI0157 |
Pădurea Hagieni — Cotul Văii |
* |
3 652 |
|
E 28 21 |
N 43 47 |
|
ROSCI0197 |
Plaja submersă Eforie Nord — Eforie Sud |
|
141 |
|
E 28 39 |
N 44 3 |
|
ROSCI0237 |
Structuri submarine metanogene — Sf. Gheorghe |
|
6 122 |
|
E 29 45 |
N 44 52 |
|
ROSCI0269 |
Vama Veche — 2 Mai |
|
5 272 |
|
E 28 38 |
N 43 45 |
|
ROSCI0273 |
Zona marină de la Capul Tuzla |
|
1 738 |
|
E 28 41 |
N 43 59 |