31998R0195



Official Journal L 020 , 27/01/1998 P. 0020 - 0021


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 195/98

tas-26 ta' Jannar 1998

li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir--"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovvdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi d-denominazzjoni ta' l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxil-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta' l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1068/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-Istati Membri bagħtu applikazzjonijiet lill-Kummissjoni għar-reġistrazzjoni ta' ċerti ismijiet bħala indikazzjonijiet ġeografiċi jew denominazzjoni ta' l-oriġini;

Billi nstab illi, skond l-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament, applikazzjoni tissodisfa l-ħtiġiet kollha tiegħu, b'mod partikolari illi ngħata t-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 4;

Billi wara l-pubblikazzjoni ta' l-isem fl-Anness ma' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3] saret dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament iżda ġiet meqjusa bħala infondata u għalhekk inammissibbli;

Billi għalhekk l-isem għandu jiddaħħal fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u minn issa'l quddiem jiġi mħares fil-Komunità kollha bħala isem ta' l-oriġini;

Billil-Anness ma' dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2396/97 [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-isem fl-Anness ma' hawn huwa hawnhekk miżjud fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u, skond l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, imdaħħal fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" bħala denominazzjoni protetta ta’ oriġini (DPO).

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Jannar 1998.

Għall-Kummissjoni

Franza Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 156, tat-13.6.1997, p. 10.

[3] ĠU C 246, ta' l-24.8.1996, p. 12.

[4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11.

[5] ĠU L 331, tat-3.12.1997, p. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS II MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

Il-Prodotti bbażati fuq il-laħam:

SPANJA:

- Il-Jamón de Huelva (IOP)

--------------------------------------------------