|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6472 |
28.10.2024 |
AVVIŻ TA’ REKLUTAĠĠ PE/319/2024/S
DIRETTUR
(grupp ta’ funzjonijiet AD, grad 14)
Direttorat Ġenerali għall-Finanzi — Direttorat għall-Finanzjament tal-Istrutturi Politiċi u r-Riżorsi
(C/2024/6472)
1. Pożizzjoni vakanti
Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċidiet li tniedi proċedura għall-pożizzjoni ta’ direttur (AD, grad 14) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi, id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Istrutturi Politiċi u r-Riżorsi, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”).
Din il-proċedura ta’ selezzjoni, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta’ kandidati, se tiżvolġi b’mod parallel mal-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta’ reklutaġġ.
Ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-impjieg huma stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal. Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AD 14 (2). Ma’ dan is-salarju bażiku, li huwa soġġett għat-taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni u eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kondizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.
Il-kandidati għandhom jieħdu nota li, b’obbligu impost mir-Regolamenti tal-Persunal, il-membri l-ġodda kollha tal-persunal jeħtiġilhom itemmu b’suċċess perjodu ta’ prova ta’ disa’ xhur u li dan l-impjieg huwa soġġett għar-regoli dwar il-politika tal-mobbiltà li ġew adottati mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Jannar 2018.
Dan l-impjieg jirrikjedi disponibbiltà kif ukoll kuntatt frekwenti ma’ nies fil-Parlament u barra minnu, b’mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Il-persuna reklutata bħala direttur se tkun mitluba twettaq missjonijiet frekwenti fil-postijiet tax-xogħol differenti tal-Parlament Ewropew u barra minnhom.
2. Post tax-xogħol
Brussell. Dan l-impjieg jaf jiġi trasferit lejn wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.
3. Opportunitajiet indaqs
Il-Parlament Ewropew japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u juri l-akbar interess għall-applikazzjonijiet kollha, mingħajr ebda diskriminazzjoni, kemm jekk tkun ibbażata fuq il-ġeneru, l-etniċità, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.
4. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
Bħala uffiċjal ta’ livell għoli, il-persuna reklutata bħala direttur, fid-dawl tal-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità parlamentari u mid-direttur ġenerali, tkun inkarigata minn dawn il-kompiti (3):
|
— |
tiżgura l-funzjonament tajjeb ta’ dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali li jinkludi diversi unitajiet li jkopru l-oqsma ta’ attività tad-direttorat, f’konformità mal-politiki tal-istituzzjoni, |
|
— |
tmexxi, tistimula, timmotiva u tikkoordina timijiet ta’ aġenti; taħdem biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tad-direttorat filwaqt li tiżgura servizz ta’ kwalità għolja (organizzazzjoni, ġestjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, innovazzjoni, eċċ.) fl-oqsma ta’ attività tiegħu, |
|
— |
tippjana l-attivitajiet tad-direttorat (tfassil tal-objettivi u l-istrateġiji); tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti; tivvaluta s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiggarantixxi l-kwalità tagħhom, |
|
— |
tagħti pariri lid-direttur ġenerali, lis-Segretarju Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-oqsma ta’ attività tad-direttorat, |
|
— |
tikkoopera mad-direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali, tirrappreżenta lill-istituzzjoni u tinnegozja kuntratti jew ftehimiet fl-oqsma ta’ attività tad-direttorat, |
|
— |
tmexxi u twassal fi tmiemhom proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabbiltajiet finanzjarji, |
|
— |
twettaq il-funzjoni ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega. |
5. Rekwiżiti ta’ eleġibbiltà
Din il-proċedura ta’ selezzjoni hija miftuħa għall-kandidati kollha li, sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet, ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) Rekwiżiti ġenerali
Skont l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, jeħtieġ b’mod partikolari li l-kandidati:
|
— |
ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4), |
|
— |
igawdu mid-drittijiet ċivili tagħhom, |
|
— |
ikunu ssodisfaw kull obbligu impost fuqhom mil-liġijiet dwar is-servizz militari, |
|
— |
joffru l-garanziji ta’ moralità mitluba għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti. |
(b) Rekwiżiti speċifiċi
(i)
|
— |
Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma rikonoxxuta uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni, meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ erba’ snin jew aktar, jew |
|
— |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma rikonoxxuta uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni flimkien ma’ esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-anqas sena (5) meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ tliet snin jew aktar. |
Id-diplomi, kemm jekk maħruġa fi Stat Membru tal-Unjoni jew f’pajjiż ieħor, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-Unjoni, bħall-ministeru għall-edukazzjoni ta’ Stat Membru.
Il-kandidati li jkollhom diplomi maħruġa f’pajjiż mhux tal-UE (6) jeħtiġilhom jehmżu mal-applikazzjoni tagħhom ekwivalenza tal-UE għad-diplomi tagħhom. Għal aktar informazzjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki miksuba f’pajjiż mhux tal-UE fin-networks ENIC-NARIC, ara https://www.enic-naric.net/.
(ii)
|
— |
Esperjenza professjonali miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija hawn fuq:
|
(iii)
Il-pożizzjoni teżiġi għarfien komplut ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7), kif ukoll għarfien sodisfaċenti ta’ mill-anqas lingwa waħda oħra minnhom.
Il-Kumitat Konsultattiv iqis ukoll l-għarfien ta’ lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.
6. Testijiet
Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tagħha, il-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatra ta’ Uffiċjali Għolja jistabbilixxi l-lista ta’ kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau tal-Parlament Ewropew il-persuni li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta’ dawn il-persuni, filwaqt li l-Kumitat jagħmel l-intervisti u jippreżenta r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F’dan il-qafas, il-Bureau jkun jista’ jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.
L-intervisti jkunu bbażati fuq id-deskrizzjoni tal-funzjonijiet, kif imsemmija fil-punt 4 ta’ dan l-avviż, kif ukoll fuq il-kapaċitajiet li ġejjin:
|
— |
sens ta’ strateġija, |
|
— |
kapaċità maniġerjali, |
|
— |
kapaċità ta’ ppjanar bil-quddiem, |
|
— |
kapaċità ta’ reazzjoni għall-avvenimenti, |
|
— |
approċċ metikoluż, |
|
— |
kapaċità ta’ komunikazzjoni. |
7. Tressiq tal-applikazzjonijiet
Id-data li fiha jagħlqu l-applikazzjonijiet hija:
it-Tnejn, 11 ta’ Novembru 2024, f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Il-kandidati huma mitluba jibagħtu, permezz ta’ email biss, f’format pdf, ittra ta’ motivazzjoni (Għall-attenzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, Avviż ta’ reklutaġġ numru PE/319/2024/S) u curriculum vitae fil-format tal-Europass (8), b’indikazzjoni tar-referenza tal-avviż (PE/319/2024/S) fis-suġġett tal-messaġġ, fl-indirizz li ġej:
PERS-EPSeniorManagement@ep.europa.eu
u jitqiesu bħala prova d-data u l-ħin tat-trażmissjoni tal-email.
Il-kandidati jeħtiġilhom jiżguraw li d-dokumenti skennjati jkunu jistgħu jinqraw.
Il-kandidati li jissejħu għal intervista għandhom jieħdu nota li jeħtiġilhom jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw fil-preżent (9) . L-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma jingħata lura lill-kandidati.
Id-data ta’ natura personali li l-kandidati jibagħtu fil-qafas ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni se tkun ipproċessata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), speċjalment f’dak li jirrigwarda l-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta’ tali data.
(1) Ara r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) u l-aktar reċentement mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(2) Bħala uffiċjal, il-persuna reklutata tingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.
(3) Għad-dmirijiet prinċipali, ara l-Anness.
(4) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja.
(5) Din is-sena ta’ esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.
(6) Il-kwalifiki/diplomi Brittaniċi miksuba sal-31 ta’ Diċembru 2020 jiġu aċċettati mingħajr rikonoxximent ieħor. Għad-diplomi miksuba wara din id-data, huwa meħtieġ rikonoxximent NARIC. Fil-prattika, dan ifisser li d-diplomi Brittaniċi maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2021 iridu jkunu akkumpanjati minn ekwivalenza maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż li jkun Stat Membru tal-UE.
(7) Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.
(8) https://europa.eu/europass/
(9) Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew fid-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet. Hija r-responsabbiltà tal-kandidati li jiżguraw li s-servizzi tal-Parlament ikollhom il-fajl komplut li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tagħhom (fil-każ li xi dokumenti rilevanti jkunu neqsin fil-portal HRM (Streamline)).
(10) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-FINANZI
Direttorat għall-finanzjament tal-istrutturi politiċi u r-riżorsi
Dmirijiet prinċipali
|
— |
Jiżgura d-direzzjoni, il-koordinament u l-motivazzjoni tal-unitajiet u tas-servizzi tad-direttorat, kif ukoll il-ġestjoni tal-persunal u l-organizzazzjoni ġenerali tad-direttorat; |
|
— |
Jipparteċipa fid-definizzjoni tal-linji gwida strateġiċi tad-direttorat ġenerali; |
|
— |
Isegwi l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi; |
|
— |
Jappoġġja l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, kif ukoll il-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati tal-Parlament Ewropew, l-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea u l-Assoċjazzjoni tal-Ex Membri; |
|
— |
Jikkoordina l-kollaborazzjoni mal-aġenzija tal-ivvjaġġar esterna u jappoġġja lill-Unità tal-Ġestjoni tal-Vjaġġi; |
|
— |
Jiżgura l-funzjonament bla xkiel tal-infrastruttura tal-IT, il-ġestjoni tal-ispazju għall-uffiċċji u l-loġistika għad-direttorat ġenerali; |
|
— |
Jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani adattata għall-ħtiġijiet tad-direttorat ġenerali; |
|
— |
Jirrappreżenta lid-direttorat ġenerali fi gruppi ta’ ħidma dwar il-ġestjoni orizzontali tar-riżorsi u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-operat; |
|
— |
Jikkoordina u jiggwida s-Servizz tal-Akkwisti Pubbliċi, bħala uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega. |
UNITÀ TAL-FINANZJAMENT TAL-GRUPPI POLITIĊI U L-MEMBRI MHUX AFFILJATI
|
— |
Timmaniġġja d-dħul u l-ħruġ ta’ Membri mill-istatus ta’ mhux affiljati fil-kuntest tal-baġit tal-partita 4 0 0. Timmonitorja l-użu tal-approprjazzjonijiet tal-partita 4 0 0 minn Membri mhux affiljati, tagħmel il-ħlas/ir-rimborż tal-ispejjeż u timmaniġġja l-kontabbiltà tal-allowances li huma għad-dispożizzjoni tal-Membri mhux affiljati, flimkien mal-korrispondenza u l-istatistika. Tiżgura l-operat tal-applikazzjoni diġitali għat-talbiet għal rimborż u r-rabta tagħha mal-e-Portal u s-Sistema ta’ Ġestjoni Finanzjarja (SĠF); |
|
— |
Timmaniġġja l-partiti tal-baġit 1 0 0 7, 3 0 2 0-06, 4 4 0 0, 4 4 2 0 (allowances tal-President, l-Uffiċċju tal-President, u l-assoċjazzjonijiet). Tiżgura l-kuntatt mal-Uffiċċju tal-President u mal-assoċjazzjonijiet parlamentari; |
|
— |
Timmonitorja l-każijiet speċifiċi u t-tilwim tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati; |
|
— |
Tiżgura l-kuntatt mas-segretarjati tal-gruppi politiċi, il-Membri mhux affiljati u l-assistenti tagħhom, il-Qorti tal-Awdituri, l-Unità tal-Awditjar Intern, is-Servizz tal-Verifika Ex Ante, l-Unità Finanzjarja Ċentrali u s-Servizz tal-Kontabbiltà; |
|
— |
Timmaniġġja l-partita 4 0 0, tqassam l-approprjazzjonijiet tal-partita 4 0 0 bejn il-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati, tivverifika r-rapporti annwali tal-gruppi politiċi u tħejji n-nota lill-Bureau dwar l-għeluq tal-kontijiet; |
|
— |
Tiżgura r-rapportar lill-maniġment superjuri (ir-rapporti annwali, ir-rapportar tal-baġit, il-protezzjoni tad-data, il-ġestjoni tar-riskju, il-pjan għall-kontinwità tal-operat), il-metrika u s-sodisfazzjon tal-klijenti; |
|
— |
Tissorvelja l-bidliet fil-qafas regolatorju marbuta mar-regoli li jirregolaw l-użu tal-approprjazzjonijiet tal-partita 4 0 0 u regoli oħra li jikkonċernaw il-partiti baġitarji ġestiti mill-unità; |
|
— |
Tippubblika l-kontijiet tal-gruppi u dokumenti oħra relatati mal-istituzzjoni fuq is-sit web tal-Parlament u twieġeb għat-talbiet għal informazzjoni (trasparenza, media, istituzzjonijiet oħra). |
UNITÀ TAT-TEKNOLOĠIJI TAL-INFORMAZZJONI U L-E-PORTAL
inklużi s-Servizz tal-Informatika u l-Loġistika u s-Servizz e-Portal
|
— |
Tikkoordina u tiżgura l-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-IT, b’parteċipazzjoni fl-analiżi funzjonali, inklużi studji u evalwazzjonijiet tekniċi; |
|
— |
Tipparteċipa u tirrappreżenta lid-direttorat ġenerali fil-gruppi ta’ ħidma u l-kumitati ta’ tmexxija bejn id-direttorati ġenerali; |
|
— |
Tikkoordina d-dipartimenti li huma parti mill-unità, timmaniġġja l-persunal, filwaqt li tagħti l-kontribut tagħha għal diversi fajls lid-direttur, id-direttur ġenerali u s-Segretarju Ġenerali; |
|
— |
Tistabbilixxi l-programm tal-IT u timmaniġġja l-implimentazzjoni tal-pjan (analiżi tan-negozju), tidentifika l-ħtiġijiet, tikkoordina, filwaqt li tanalizza l-applikazzjonijiet eżistenti u futuri; |
|
— |
Tikkoordina proġetti deċentralizzati (analiżi, żvilupp, manutenzjoni); |
|
— |
Tiġġestixxi proġetti relatati mal-elezzjonijiet Ewropej (tluq u wasla ta’ Membri, arranġamenti ta’ akkoljenza). |
UNITÀ TAL-ĠESTJONI TAL-VJAĠĠI
inklużi s-Servizz tal-Vjaġġi tal-Gruppi u l-Avvenimenti u s-Servizz tal-Monitoraġġ tal-Kuntratti
|
— |
Tissorvelja b’mod ġenerali l-attività tal-aġenzija tal-ivvjaġġar ikkuntrattata mill-Parlament Ewropew; |
|
— |
Tissorvelja t-tħejjija tal-proċess ta’ akkwist għal kuntratt ma’ kumpanija tal-karti ta’ kreditu (għal karta ta’ kreditu użata għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar) sabiex jitħallsu l-biljetti maħruġa mill-aġenzija tal-ivvjaġġar; |
|
— |
Tikkoordina ż-żewġ dipartimenti li huma parti mill-unità, timmaniġġja l-persunal, filwaqt li tagħti l-kontribut tagħha għal diversi fajls lid-direttur, id-direttur ġenerali u s-Segretarju Ġenerali; |
|
— |
Tiġġestixxi l-partita baġitarja 0 3 0 4 9 relatata mal-ħlas ta’ spejjeż ta’ ġestjoni ta’ kull xahar; |
|
— |
Tipparteċipa u tirrappreżenta lid-direttorat ġenerali fi gruppi ta’ ħidma u kumitati ta’ tmexxija bejn id-direttorati ġenerali; |
|
— |
Tissorvelja n-negozjati mal-linji tal-ajru u l-gruppi tal-lukandi u tiffirma l-ftehimiet rispettivi, filwaqt li tissorvelja l-organizzazzjoni tat-trasport mikri għas-sessjonijiet plenarji fi Strażburgu; |
|
— |
Issegwi l-iżviluppi fis-suq tal-ivvjaġġar u tivvaluta l-opportunitajiet biex tintroduċi għodod ġodda tal-IT. |
UNITÀ TAR-RIŻORSI UMANI U L-ORGANIZZAZZJONI
|
— |
Tattira, tagħżel u tintegra persunal futur tad-direttorat ġenerali skont id-diversi proċeduri tal-għażla; |
|
— |
Tidentifika, tippromwovi u ttejjeb il-ħiliet u l-għarfien biex jiġu ffaċilitati l-innovazzjoni, l-aġilità u r-reżiljenza, filwaqt li timmaniġġja attivitajiet ta’ taħriġ deċentralizzati; |
|
— |
Tiżviluppa kultura ta’ riżorsi umani li tiffoka fuq l-effiċjenza, il-kooperazzjoni, it-tolleranza u r-rispett; |
|
— |
Tevalwa l-prestazzjoni, tantiċipa u takkumpanja l-iżvilupp tal-karriera biex isir l-aħjar użu mill-esperjenza miksuba u żżomm it-talent; |
|
— |
Tagħmel l-aħjar użu mill-kontribut tat-trainees permezz ta’ esperjenza ta’ taħriġ li tindirizza l-ħtiġijiet tad-direttorat ġenerali; |
|
— |
Tantiċipa u tappoġġja l-bidliet fl-organizzazzjoni tax-xogħol u d-disponibbiltà tar-riżorsi (telexogħol, assenzi, sahra); |
|
— |
Tiżgura l-ġestjoni baġitarja fil-qasam tar-riżorsi umani, ir-rapportar u l-komunikazzjoni interna. |
UNITÀ TAL-FINANZJAMENT TAL-PARTITI POLITIĊI U TAL-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI
|
— |
Tiżgura li l-proċeduri relatati mal-finanzjament tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi (is-sejħa għal kontribuzzjonijiet/proposti, it-tħejjija tal-għoti ta’ finanzjament, il-kontroll tal-użu tal-finanzjament, l-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament), inkluż it-tħejjija ta’ noti lill-Bureau (l-allokazzjoni tal-finanzjament, l-għeluq tal-kontijiet), u l-korrispondenza mal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi. Tiġġestixxi l-partiti baġitarji 4 0 2, 4 0 3 u 5 0 1; |
|
— |
Tipprovdi appoġġ u pariri lill-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi u torganizza laqgħat u korsijiet ta’ taħriġ darbtejn fis-sena kif meħtieġ; |
|
— |
Tiżgura l-kuntatt mal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, l-awditur estern, is-Servizz tal-Awditjar Intern, il-Qorti tal-Awdituri, l-Unità tal-Baġit u l-Verifika u s-Servizz tal-Kontabbiltà; |
|
— |
Timmonitorja u tanalizza l-każijiet speċifiċi u t-tilwim tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi f’kollaborazzjoni mas-Servizz Legali; |
|
— |
Tikkollabora mal-Unità tal-Monitoraġġ tal-Konformità mar-Regolamentazzjoni, inklużi talbiet għal aċċess għad-dokumenti; |
|
— |
Tissorvelja l-evoluzzjoni tal-qafas leġiżlattiv applikabbli għall-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u tagħmel proposti. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6472/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)