|
10.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 221/99 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/999
tad-9 ta’ Lulju 2020
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u t-traċċabilità ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 96(3) u l-Artikolu 123 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li jiġi trażmess lill-annimali jew lill-bnedmin. Dawk ir-regoli jkopru, fost l-oħrajn, prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri miżmuma tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina u ta’ speċijiet oħrajn. Jistabbilixxi wkoll ir-regoli għar-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni ta’ stabbilimenti għall-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi wkoll ir-regoli dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali fi ħdan l-Unjoni. Jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni sabiex tiżgura l-funzjonament bla xkiel tal-qafas legali l-ġdid stabbilit minn dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 (2) jistabbilixxi r-regoli li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti dwar it-traċċabbiltà u s-saħħa tal-annimali għal movimenti ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri miżmuma fl-Unjoni. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli għall-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429, u r-regoli supplimentari stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/686, dwar l-informazzjoni li trid tingħata mill-operaturi fl-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, u l-limiti ta’ żmien biex tiġi pprovduta dik l-informazzjoni. Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti r-regoli dwar ir-rekwiżiti tekniċi u l-ispeċifikazzjonijiet għall-immarkar ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, u r-rekwiżiti operazzjonali għat-traċċabbiltà tal-konsenji ta’ dawk il-prodotti ġerminali. |
|
(4) |
L-Artikolu 96(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi r-regoli dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-operaturi fl-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li minnhom il-prodotti ġerminali ta’ dawk l-annimali se jinġarru għal Stat Membru ieħor, u l-iskadenzi biex tiġi pprovduta tali informazzjoni. L-iskeda ta’ żmien biex l-awtorità kompetenti tqis tali applikazzjonijiet jenħtieġ li tkun twila biżżejjed sabiex tkun tista’ twettaq analiżi fil-fond, iżda ma għandhiex taqbeż perjodu ta’ 90 jum qabel id-data prevista għall-bidu tal-attività mill-operaturi, sabiex dawn ikunu jistgħu jibdew l-attività tagħhom f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. |
|
(5) |
Billi r-Regolament Delegat (UE) 2020/686 jipprevedi ħames tipi differenti ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati, jenħtieġ li l-operaturi jindikaw fl-applikazzjonijiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti ġerminali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, in-natura tal-attivitajiet li beħsiebhom iwettqu. Jenħtieġ li l-pjan ta’ bijosigurtà għat-tħaddim tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali jiġi inkluż ukoll f’tali applikazzjoni. Barra minn hekk, minħabba r-rwol importanti tal-veterinarji taċ-ċentri u tat-timijiet responsabbli mill-attivitajiet ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati, jenħtieġ li d-dettalji tagħhom jiġu indikati fl-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali. |
|
(6) |
Jenħtieġ li r-regoli dwar l-immarkar ta’ tubi straw u ta’ pakketti oħrajn fejn jitqiegħdu l-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tagħhom. Meta jiġu stabbiliti l-istandards għal dak l-immarkar, jenħtieġ li jitqies kemm il-prattiki f’dan ir-rigward li diġà huma implimentati mill-Istati Membri, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Internazzjonali għar-Reġistrazzjoni tal-Annimali (ICAR) (3). Meta jiġi stampat barcode fuq tubi straw jew fuq pakketti oħra, l-ICAR tirrakkomanda li jkun tat-tip 128C, jew jekk ikun ta’ tip differenti, li jiżdiedu tliet ċifri oħra li jikkorrispondu mal-kodiċi internazzjonali ta’ kull stabbiliment tal-prodotti ġerminali rreġistrat fil-United States National Association of Animal Breeders (NAAB) (4) fil-bidu tal-kodiċi tal-bar nazzjonali. |
|
(7) |
Billi r-Regolament (UE) 2016/429 jibda japplika mill-21 ta’ April 2021, jenħtieġ li dan ir-Regolament ukoll jibda japplika minn dik id-data. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini.
Dawn ir-regoli jkopru:
|
(a) |
l-informazzjoni li tingħata mill-operaturi fl-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini u l-limiti ta’ żmien biex tingħata din l-informazzjoni, kif ukoll il-limiti ta’ żmien biex tingħarraf l-awtorità kompetenti dwar kull waqfien ta’ attività ta’ dawn l-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati minnha; |
|
(b) |
ir-rekwiżiti tekniċi u l-ispeċifikazzjonijiet għall-immarkar tal-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini u r-rekwiżiti operazzjonali għat-traċċabbiltà tagħhom. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu applikati d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/686.
Artikolu 3
L-informazzjoni li trid tingħata mill-operaturi fl-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini
1. L-operaturi li jippreżentaw applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 94(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/429 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fl-applikazzjonijiet tagħhom:
|
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-operatur tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali; |
|
(b) |
id-dettalji li ġejjin dwar l-istabbiliment tal-prodotti ġerminali:
|
|
(c) |
fir-rigward tal-prodotti ġerminali:
|
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun bil-miktub, f’format stampat jew f’forma elettronika.
Artikolu 4
Il-limiti ta’ żmien biex l-operaturi jipprovdu informazzjoni fl-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini kif ukoll informazzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe waqfien tal-attività
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-limiti ta’ żmien għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
biex l-operaturi jipprovdu lill-awtorità kompetenti:
|
|
(b) |
biex l-awtorità kompetenti tinforma lill-operaturi dwar:
|
2. il-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafu 1(a)(i) ma għandhomx jaqbżu l-perjodu ta’ 90 jum qabel id-data prevista għall-bidu tal-attività mill-operatur fl-istabbiliment tal-prodotti ġerminali.
3. Sakemm l-awtorità kompetenti ma tindikax mod ieħor, kull bidla sinifikanti relatata mar-rekwiżiti tal-bijosigurtà għat-tħaddim tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali msemmi fit-tmien inċiż tal-Artikolu 3(1)(b) (v), għandha titqies li tkun approvata fi żmien 90 jum mid-data tan-notifika mill-operatur ta’ tali bidla.
Artikolu 5
Rekwiżiti tekniċi u speċifikazzjonijiet għall-immarkar ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini u rekwiżiti operazzjonali għat-traċċabbiltà tagħhom
1. L-operaturi li jimmarkaw il-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini kif meħtieġ mill-Artikolu 121(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 għandhom jiżguraw:
|
(a) |
li kull tubu straw jew pakkett ieħor, li fih jitqiegħdu, jinħażnu u jiġu ttrasportati s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni, kemm jekk ikunu separati f’dożi individwali kif ukoll jekk ma jkunux, ikun immarkat f’konformità mar-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/686 u f’konformità mar-rekwiżiti tekniċi u l-ispeċifikazzjonijiet għall-immarkar stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
il-konformità mar-rekwiżiti operazzjonali għat-traċċabbiltà tal-prodotti ġerminali stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness. |
2. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi, abbażi tar-rekwiżiti tekniċi u l-ispeċifikazzjonijiet għall-immarkar stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness, ir-regoli dwar il-karatteristiċi u l-forma tal-immarkar tat-tubi straw u l-pakketti l-oħrajn, li fihom jitqiegħdu, jinħażnu u jiġu ttrasportati l-prodotti ġerminali, li jintużaw fit-territorju tiegħu, u għandu jibgħat dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 1).
(3) https://www.icar.org/
(4) https://www.naab-css.org/
ANNESS
Rekwiżiti u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-immarkar ta’ tubi straw u pakketti oħrajn ta’ prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini u rekwiżiti operazzjonali għat-traċċabbiltà tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 5
Parti 1
Rekwiżiti u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-immarkar ta’ tubi straw u pakketti oħra li fihom jitqiegħdu, jinħażnu u jinġarru s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni
|
1. |
Il-marki fuq it-tubi straw u fuq pakketti oħra jridu jkunu jistgħu jinqraw b’mod ċar, u l-informazzjoni kollha li jkun hemm fihom trid tkun stampata jew miktuba b’mod ċar. |
|
2. |
Il-marki fuq it-tubi straw u l-pakketti l-oħra msemmija fil-punt 1, kemm jekk fil-forma ta’ kodiċi kif ukoll jekk le, iridu jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
|
|
3. |
L-informazzjoni dwar l-ispeċi tal-annimali donaturi msemmija fil-punt 2 (b) tista’ titħalla barra fl-immarkar imsemmi fil-punt 1, fejn l-ispeċi ta’ annimal(i) donatur(i) tista’ tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-informazzjoni stampata jew miktuba fuq it-tubu straw jew fuq pakkett ieħor relatat ma’
|
|
4. |
Meta tubu straw wieħed jew pakkett differenti jkun fih semen miġbur minn aktar minn annimal donatur wieħed jew ikun fih l-embrijuni u ma jkunx hemm spazju biżżejjed fuq it-tubu straw jew fuq pakkett ieħor biex tiġi stampata jew miktuba l-identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur, il-kodiċijiet jew in-numri msemmija fil-punt 2(c) jistgħu jintwerew fil-forma ta’ kodiċi numeriku. |
|
5. |
Il-marki fuq it-tubi straw u fuq il-pakketti l-oħra msemmija fil-punt 1 jistgħu jinkludu kull informazzjoni rilevanti oħra (bħall-isem tal-annimal(i) donatur(i), ir-razza, indikazzjoni tas-sess tas-semen sessat jew in-numru ta’ identifikazzjoni individwali tal-annimali porċini donaturi). |
|
6. |
Fil-każ ta’ semen sessat, meta jkun sar is-sessaġġ tas-semen fi stabbiliment ta’ pproċessar ta’ prodott ġerminali, il-marki fuq it-tubi straw u fuq il-pakketti l-oħra msemmija fil-punt 1 irid jinkludi n-numru tal-approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali fejn ikun sar is-sessaġġ tas-semen.
Meta ma jkunx hemm biżżejjed spazju fuq it-tubu straw jew fuq pakkett ieħor biex jiġi stampat jew jinkiteb in-numru tal-approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali, dak in-numru tal-approvazzjoni uniku jista’ jintwera fil-forma ta’ kodiċi numeriku. |
|
7. |
L-informazzjoni kollha msemmija fil-punti 2 sa 6, jew partijiet minnha, tista’ tiġi kkodifikata elettronikament fuq it-tubi straw jew fuq il-pakketti l-oħra. |
Parti 2
Rekwiżiti operazzjonali għat-traċċabbiltà tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni
|
1. |
Kull konsenja ta’ prodotti ġerminali trid tkun akkumpanjata minn speċifikazzjonijiet li jispjegaw il-marka stampata jew miktuba fuq it-tubi straw u fuq il-pakketti l-oħrajn li fihom jitqiegħdu s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni. |
|
2. |
Is-sistema biex tintwera d-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni msemmija fil-punt 2(a) tal-Parti 1 trid tiġi indikata fl-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 ta’ din il-Parti.
Meta d-data tidher bħala l-għadd ta’ jiem mid-data fissa espressa bħala kodiċi b’ 5 numri, trid tiġi speċifikata d-data fissa. |
|
3. |
Meta l-marka fuq it-tubu straw jew pakkett ieħor tinkludi xi kodiċi numeriku msemmi fil-punt 4 jew fit-tieni subparagrafu tal-punt 6 tal-Parti 1, l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 ta’ din il-Parti jridu jinkludu informazzjoni li tispjega liema informazzjoni hija kkodifikata. |
|
4. |
Meta l-marka fuq it-tubu straw jew fuq pakkett ieħor tinkludi xi kodiċi elettronikumsemmi fil-punt 7 tal-Parti 1, l-operatur responsabbli għall-konsenja tal-prodotti ġerminali għandu jipprovdi qarrej li jippermetti li dak il-kodiċi elettroniku jiġi ddekodifikat. |
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 115).