Official Journal L 027 , 01/02/1994 P. 0053 - 0054
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 1994 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni tal-prodotti mil-laħam mill-Baħrajn u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/449/KEE (94/59/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa tal-bhejjem u l-ispezzjoni veterinarja fuq l-importazzjoni tal-bhejjem ta' l-ifrat, in-nagħaġ u l-mogħoż u l-ħnieżer, il-laħam frisk jew il-prodotti mil-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 1601/92 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 21a u 22 magħha, Billi id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/452/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/507/KEE [4], tfassal lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtoriżżaw l-importazzjonijiet tal-bhejjem ta' l-ifrat, il-ħnieżer, l-ekwidi u l-laħam frisk, kif ukoll il-prodotti mil-laħam; Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/449/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 93/504/KEE [6] tistabbilixxi ċ-ċertifikati kampjuni tas-saħħa tal-bhejjem rigward il-prodotti mil-laħam importati minn pajjiż terzi; Billi, wara missjoni veterinarja Komunitarja, jidher illi minkejja s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-bhejjem, il-Bahrajn huwa kopert b'servizzi veterinarji strutturati u organizzati tajjeb; billi l-produzzjoni ta' ċertu laħam ittrattat bis-sħana għall-esportazzjoni lejn il-Komunità trid tiġi ssorveljata minn veterinarju uffiċjali maħtur mid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji; Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja jridu jkunu addattati għas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-bhejjem tal-pajjiż terz interessat; Billi ingħataw il-garanziji illi laħam frisk li jrid jiġi pproċessat fil-Baħrajn jkun ġej minn stabbilimenti approvati skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 72/462/KEE; Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID- DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 1. L-Istati Membri għandhom jawtoriżaw l-importazzjoni mill-Baħrajn tal-prodotti mil-laħam li jkunu għaddew minn jew: - trattament f'kontenitur issiġillat ermetikamentt għal valur Fö ta' tlieta jew aktar, jew - trattament tas-sħana hekk illi tkun inkisbet temperatura fiċ-ċentru ta' mill-inqas 80 o. 2. L-Istati Membri ma għandhomx jawtoriżaw l-importazzjoni mill-Baħrajn tal-prodotti mil-laħam għajr dawk riferiti fil-paragrafu 1. L-Artikolu 2 Fil-Parti I ta' l-Anness mad-Deċiżjoni 79/542/KEE, jiddaħħal il-vers li ġej skond l-ordni alfabetiku tal-kodiċi ta' l-ISO: +++++ TIFF +++++ L-Artikolu 3 Id-Deċiżjoni 91/449/KEE hija emendata kif ġej: 1. Fil-Parti II ta' l-Anness B, il-lista tal-pajjiżi approvati għalbiex jużaw iċ-ċertifikat kampjun tas-saħħa tal-bhejjem hija hawnhekk emendata bid-dħul tal-pajjiż li ġej: "Il-Baħrajn". 2. Fil-Parti II ta' l-Anness Ċ, il-lista tal-pajjiżi approvati għalbiex jużaw iċ-ċertifikat kampjun tas-saħħa tal-bhejjem hija hawnhekk emendata bid-dħul tal-pajjiż li ġej: "Il-Baħrajn". L-Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Jannar 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. [2] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13. [3] ĠU L 146, ta' l-14.6.1979, p. 15. [4] ĠU L 237, tat-22.9.1993, p. 36. [5] ĠU L 240, tad-29.8.1991, p. 28. [6] ĠU L 236, tal-21.9.1993, p. 16. --------------------------------------------------