European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4041

2.9.2026

P10_TA(2026)0094

Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2026 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI u l-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2023)0234 – C9-0162/2023 – 2023/0135(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2026/4041)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0234),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(1), il-punt (d), u l-Artikolu 83(1) u (2), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0162/2023),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Żvediż u l-Kamra tad-Deputati Taljana, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2023  (1),

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta’ Novembru 2023  (2),

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Diċembru 2025, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 60 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0048/2024),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)   ĠU C, C/2024/886, 6.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/886/oj.

(2)   ĠU C, C/2024/1048, 9.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1048/oj.


P10_TC1-COD(2023)0135

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-26 ta' Marzu 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI u l-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2026/1021.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4041/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)