02012L0029 — MT — 20.07.2026 — 001.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DIRETTIVA 2012/29/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ottubru 2012 (ĠU L 315 14.11.2012, p. 57) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DIRETTIVA (UE) 2026/1472 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Ġunju 2026 |
L 1472 |
1 |
30.6.2026 |
|
Ikkoreġuta bi:
|
Rettifika, ĠU L 90592, 20.7.2026, p. 1 (tad-Direttiva 2012/29/UE) |
DIRETTIVA 2012/29/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Ottubru 2012
li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Objettivi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi huma rikonoxxuti u trattati b'rispett, b'mod sensittiv, speċifikament indirizzat,professjonali u mhux diskriminatorju, fil-kuntatti kollha b'appoġġ għall-vittmi jew bis-servizzi ta' ġustizzja restorattiva jew awtorità kompetenti, li topera fil-kuntest tal-proċedimenti kriminali. Id-drittijiet stipulati f'din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-vittmi b'mod mhux diskriminatorju, inkluż fir-rigward tal-istatus ta' residenza tagħhom.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“vittma” tfisser:
persuna fiżika li ġarrbet ħsara, inkluż dannu fiżiku, mentali jew emozzjonali jew telf finanzjarju, li kien direttament ikkawżat minn reat kriminali;
membru tal-familja ta' persuna li l-mewt tagħha kienet ikkawżata direttament minn reat kriminali u li jkun sofra ħsara b'riżultat tal-mewt ta' dik il-persuna;
“membri tal-familja” tfisser wieħed mill-konjuġi, il-persuna li qed tgħix mal-vittma f'relazzjoni intima, f' dar konġuntau impenjata fuq bażi stabbli u kontinwa, il-qraba diretti, l-aħwa, u d-dipendenti tal-vittma;
“tfal” tfisser kwalunkwe persuna taħt it-18-il sena.
ġustizzja restorattiva' tfisser kwalunkwe proċess li permezz tiegħu l-vittma u l-awtur tar-reat jistgħu, jekk jagħtu kunsens b'mod liberu, jipparteċipaw b'mod attiv fir-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet li joħorġu mir-reatpermezz tal-għajnuna ta' parti terza imparzjali.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċeduri:
biex jillimitaw l-għadd ta' membri tal-familja li jistgħu jgawdu mid-drittijiet taħt din id-Direttiva b'kont meħud taċ-ċirkostanzi individwali ta' kull każ; u
fir-rigward tal-paragrafu 1(a)(ii), biex jiddeterminaw liema membri tal-familja għandhom prijorità fir-rigward tal-eżerċitar tad-drittijiet stipulati f'din id-Direttiva.
KAPITOLU 2
GĦOTI TA’ INFORMAZZJONI U APPOĠĠ
Artikolu 3
Id-dritt li wieħed jifhem u li jinftiehem
Artikolu 3a
Helplines għall-vittmi
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu helplines għall-vittmi li jkunu aċċessibbli, faċli għall-utent, siguri, kunfidenzjali u mingħajr ħlas. Dawk il-helplines għandhom:
jipprovdu lill-vittmi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1);
joffru appoġġ emozzjonali;
jirreferu lill-vittmi għal servizzi rilevanti, inklużi servizzi ta’ appoġġ ġenerali u speċjalizzat jew helplines speċjalizzati, jekk ikun meħtieġ.
Artikolu 4
Dritt li tingħata informazzjoni mal-ewwel kuntatt li jsir ma' awtorità kompetenti
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jiġu offruti din l-informazzjoni li ġejja, mingħajr dewmien mhux neċessarju, mill-ewwel kuntatt tagħhom ma' awtorità kompetenti biex ikunu jistgħu jingħataw aċċess għad-drittijiet stipulati f'din id-Direttiva:
it-tip ta' appoġġ li jista' jinkiseb u minn min, inkluż, fejn rilevanti, informazzjoni bażika dwar l-aċċess għall-appoġġ mediku, kwalunkwe appoġġ ta' speċjalista, inkluż appoġġ psikoloġiku, u akkomodazzjoni alternattiva;
il-proċeduri dwar kif isir ilment fir-rigward ta' reat u r-rwol tagħhom b’rabta ma’ proċeduri bħal dawn;
kif u taħt liema kundizzjonijiet jistgħu jiksbu protezzjoni, inklużi miżuri ta' protezzjoni;
kif u taħt liema kundizzjonijiet jistgħu jiksbu aċċess għal parir legali, għajnuna legali jew kwalunkwe tip ieħor ta' parir;
kif u taħt liema kundizzjonijiet jistgħu jiksbu aċċess għall-kumpens;
kif u taħt liema kundizzjonijiet huma intitolati għall-interpretazzjoni u t-traduzzjoni;
jekk ikunu residenti fi Stat Membru apparti minn dak li fih ikun twettaq ir-reat, kull miżura, proċedura jew arranġament speċjali, li huma disponibbli sabiex jipproteġu l-interessi tagħhom fl-Istat Membru, fejn ikun sar l-ewwel kuntatt ma' awtorità kompetenti;
il-proċeduri disponibbli biex jitressqu lmenti meta d-drittijiet tagħhom ma jiġux irrispettati mill-awtorità kompetenti li topera fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali;
id-dettalji ta’ kuntatt għall-komunikazzjonijiet dwar il-każ tagħhom;
is-servizzi ta' ġustizzja restorattiva disponibbli;
kif u taħt liema kundizzjonijiet jistgħu jiġu rimborżati għal spejjeż imġarrba b'riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedimenti kriminali.
Artikolu 5
Dritt tal-vittmi meta jagħmlu ilment
Artikolu 5a
Rappurtar ta’ reati kriminali
Minbarra r-rappurtar ta’ reati kriminali bi preżenza fiżika, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reati kriminali jkunu jistgħu jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni mingħajr ħlas, aċċessibbli, siguri u faċli għall-utent tal-anqas għal każijiet mhux urġenti u reati kriminali mhux vjolenti dment li tali rappurtar ikun fl-aħjar interessi tal-vittmi.
Meta Stat Membru jipprevedi l-possibbiltà li jiġu rrappurtati reati kriminali permezz ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, dik il-possibbiltà għandha, meta fattibbli, tinkludi s-sottomissjoni ta’ evidenza.
Ir-rappurtar ta’ reati kriminali permezz ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali nazzjonali dwar il-formalizzazzjoni ta’ tali rappurtar u tas-sottomissjoni ta’ evidenza.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe persuna li tiġi mċaħħda mil-libertà jew li l-libertà tagħha tkun ristretta tkun tista’ tirrapporta b’mod effettiv reat kriminali li jkun twettaq fil-faċilitajiet ta’ detenzjoni jew ta’ akkomodazzjoni li dik il-persuna ma jkollhiex permess titlaq minnhom jew li ma tkunx f’pożizzjoni li titlaq meta tixtieq jew f’postijiet fejn il-libertà ta’ moviment ta’ dik il-persuna tkun ristretta. Tali faċilitajiet għandhom jinkludi mill-anqas:
ħabsijiet, ċentri ta’ detenzjoni u ċelel għal persuni suspettati u akkużati;
faċilitajiet ta’ detenzjoni u ta’ akkomodazzjoni speċjalizzati għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin illegalment fl-Istat Membru kkonċernat, inkluż għall-fini tat-tħejjija tar-ritorn u t-tkeċċija tagħhom;
faċilitajiet għal applikanti u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali;
kwalunkwe forma oħra ta’ istituzzjoni pubblika jew privata li l-vittma ma tkunx permessa titlaq minnha jew li ma tkunx f’pożizzjoni li titlaq minnha meta tixtieq bħal ċentri ta’ akkomodazzjoni speċjalizzati għall-persuni b’diżabbiltà, għat-tfal u għall-anzjani.
Meta reat kriminali jinvolvi d-detentur tar-responsabbiltà parentali u jkun hemm kunflitt ta’ interess bejn il-vittmi tfal u d-detentur tar-responsabbiltà parentali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità tal-vittmi tfal li jirrappurtaw ir-reat kriminali ma tkunx kundizzjonali fuq il-kunsens tad-detentur tar-responsabbiltà parentali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu s-sikurezza tat-tfal qabel ma jinfurmaw lid-detentur tar-responsabbiltà parentali li ġie rrappurtat reat kriminali.
L-Istati Membri jistgħu, f’konformità mal-liġi nazzjonali, fi kwalunkwe ħin jagħtu permess ta’ residenza awtonomu jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta’ soġġorna fit-territorju lil ċittadin ta’ pajjiż terz li qed jissoġġorna illegalment fit-territorju tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-mument li r-reati kriminali jiġi rrappurtat, il-vittmi:
ikunu infurmati bil-possibbiltà li d-data personali tagħhom tista’ tiġi żvelata lill-awtur ta’ reat f’konformità mal-Artikolu 21(3) sabiex l-awtur ta’ reat ikun jista’ jeżerċita d-dritt tad-difiża tiegħu, u
jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar dik il-possibbiltà.
Artikolu 6
Dritt li jingħataw informazzjoni dwar il-każ tagħhom
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jiġu notifikati mingħajr dewmien żejjed bid-dritt tagħhom li jirċievu l-informazzjoni li ġejja dwar il-proċedimenti kriminali mibdija bħala riżultat tal-ilment fir-rigward ta' reat kriminali mġarrab mill-vittma u li, fuq talba, huma jirċievu tali informazzjoni:
kwalunkwe deċiżjoni li ma tkomplix jew li ttemm investigazzjoni jew li ma tixlix l- ►C1 awtur ta’ reat ◄ ;
il-ħin u l-post tal-proċess, u n-natura tal-akkużi kontra l- ►C1 awtur ta’ reat ◄ ;
kwalunkwe deċiżjoni biex jiġi mixli l-awtur ta’ reat;
dwar id-disponibbiltà ta’ miżuri ta’ protezzjoni, inklużi ordnijiet ta’ protezzjoni;
dwar ir-rwol tal-vittma fi proċedimenti kriminali f’konformità mar-regoli nazzjonali, inkluż, meta applikabbli, dwar il-possibbiltà li ssir parti f’tali proċedimenti;
dwar ir-regoli applikabbli dwar it-talba u l-ksib ta’ kumpens.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'konformità mar-rwol tagħhom fis-sistema tal-ġustizzja kriminali rilevanti, il-vittmi jiġu notifikati mingħajr dewmien żejjed bid-dritt tagħhom li jirċievu l-informazzjoni li ġejja dwar il-proċedimenti kriminali mibdija bħala riżultat tal-ilment fir-rigward ta' reat kriminali mġarrab mill-vittma u li, fuq talba, jirċievu tali informazzjoni:
kwalunkwe sentenza finali fi proċess;
informazzjoni li tippermetti lill-vittma li tkun mgħarrfa bis-sitwazzjoni tal-proċedimenti kriminali, sakemm f’każijiet eċċezzjonali tali notifika ma taffettwax ħażin it-trattament tal-każ.
Artikolu 7
Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni
Artikolu 8
Dritt għall-aċċess għas-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi
Artikolu 9
Appoġġ mis-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi
Is-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi, kif jirreferi għalihom l-Artikolu 8(1), għandhom tal-anqas jipprovdu:
informazzjoni, parir u appoġġ rilevanti għad-drittijiet tal-vittmi inkluż relatat mal-aċċess għal skemi nazzjonali ta’ kumpens għal danni ta’ reat kriminali, aċċess għal parir legali, inkluż dwar l-għajnuna legali, u relatat mar-rwol tagħhom fil-proċedimenti kriminali, inkluża fit-tħejjija għall-attendenza fil-proċess;
informazzjoni dwar jew referenza diretta għal kwalunke servizz ta' appoġġ rilevanti fis-seħħ;
appoġġ emozzjonali;
appoġġ psikoloġiku jew, meta l-appoġġ psikoloġiku ma jkunx disponibbli, riferiment għal servizzi li jistgħu jipprovdu appoġġ psikoloġiku;
parir marbut ma' kwistjonijiet finanzjarji u prattiċi li jqumu mill-att kriminali;
sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor minn servizzi pubbliċi jew privati, parir relatat mar-riskju u l-prevenzjoni ta' vitimizzazzjoni sekondarja u repetuta, ta' intimidazzjoni u ta' ritaljazzjoni.
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (ca), jekk tkun ġiet identifikata ħtieġa speċjali għal appoġġ psikoloġiku minn valutazzjoni individwali kif imsemmi fl-Artikolu 22, għandu jkun disponibbli appoġġ psikoloġiku addizzjonali għall-vittma li tkun teħtieġ tali appoġġ sakemm ikun meħtieġ, f’konformità mal-ħtiġijiet individwali tal-vittma u mas-sistemi nazzjonali rilevanti tal-kura tas-saħħa jew soċjali li jirregolaw l-aċċess għall-appoġġ psikoloġiku.
Sakemm ma jiġix ipprovdut mod ieħor minn servizzi pubbliċi jew privati oħra, servizzi ta' appoġġ speċjalizzati msemmija fl-Artikolu 8(3), għandhom tal-anqas jiżviluppaw u jipprovdu:
kenn jew kwalunkwe akkomodazzjoni interim adatta għal vittmi li għandhom bżonn post sikur minħabba riskju imminenti ta' vitimizzazzjoni sekondarja u repetuta, ta' intimidazzjoni u ta' ritaljazzjoni;
appoġġ immirat u integrat, kif ukoll informazzjoni dwar u, meta xieraq, riferiment għal servizzi li jipprovdu eżamijiet mediċi u forensiċi, li jistgħu jinkludu servizzi tal-kura tas-saħħa medika komprensivi, inklużi servizzi tal-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, f’konformità mal-liġi nazzjonali, u informazzjoni dwar u, meta xieraq, riferiment għal konsulenza soċjali u psikoloġika, inkluża kura għal trawma, għal vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi, bħall-vittmi ta’ vjolenza sesswali, vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż vjolenza fuq in-nisa u vjolenza domestika li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/1385 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, vittmi tal-kriminalità organizzata, vittmi b’diżabbiltà, vittmi tal-isfruttament, vittmi ta’ reati ta’ mibegħda, vittmi tat-terroriżmu, vittmi ta’ tortura, vittmi ta’ għajbien furzat u vittmi ta’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra jew id-delitt ta’ aggressjoni kif definit fl-Artikoli 6, 7, 8 u 8bis tal-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.
Artikolu 9a
Servizzi ta’ appoġġ immirati u integrati għall-vittmi tfal
Is-servizzi ta’ appoġġ immirati u integrati għall-vittmi tfal imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprevedu mekkaniżmu kkoordinat bejn diversi aġenziji li jinkludi s-servizzi li ġejjin:
l-għoti ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikoli 4;
eżamijiet mediċi;
appoġġ emozzjonali, soċjali u psikoloġiku;
għajnuna amministrattiva;
ir-rappurtar ta’ reati kriminali;
valutazzjoni individwali msemmija fl-Artikolu 22;
reġistrazzjoni bil-vidjo tal-intervisti msemmija fl-Artikolu 24(1), il-punt (a);
KAPITOLU 3
PARTEĊIPAZZJONI FI PROĊEDIMENTI KRIMINALI
Artikolu 10
Id-dritt li wieħed jinstema'
Artikolu 10a
Dritt għal għajnuna fil-bini tal-qorti
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-vittmi jirċievu appoġġ emozzjonali u informazzjoni prattika dwar l-aspetti organizzattivi tal-proċedimenti kriminali tal-qorti, fil-bini tal-qorti u f’konformità mal-ħtiġijiet individwali tagħhom.
Artikolu 10b
Dritt għall-informazzjoni dwar deċiżjonijiet meħuda matul il-proċedimenti tal-qorti u d-dritt għal rieżami
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi, f’konformità mal-istatus tagħhom fi proċedimenti kriminali skont il-liġi nazzjonali, ikollhom id-dritt li jitolbu rieżami, f’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-anqas, ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda matul is-smigħ tal-qorti fir-rigward:
tad-dritt tagħhom għall-interpretazzjoni jew għat-traduzzjoni skont l-Artikolu 7(1) u (3);
tad-dritt tagħhom li jinstemgħu skont l-Artikolu 10; u
tad-dritt tagħhom għall-għajnuna legali skont l-Artikolu 13.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-possibbiltà li l-vittmi jitolbu r-rieżami tad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 18 u l-Artikolu 23(3).
Ir-regoli proċedurali għar-rieżami tad-deċiżjonijiet skont dan il-paragrafu, inkluż jekk tali rieżami għandux effett sospensiv, għandhom jiġu ddeterminati mil-liġi nazzjonali. Kwalunkwe konsiderazzjoni ta’ tali rieżami ma għandhiex ittawwal il-proċedimenti kriminali b’mod mhux raġonevoli. Dak ir-rieżami jista’ jitwettaq fl-istess istanza u mill-istess awtorità, inkluż bil-fomm matul il-proċedimenti tal-qorti.
Artikolu 11
Drittijiet f'każ li tittieħed deċiżjoni li permezz tagħha l-awtur ma jiġix mixli
Artikolu 12
Dritt għal salvagwardji fil-kuntest ta’ servizzi ta' ġustizzja restorattiva
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri li jissalvagwardjaw il-vittma minn vitimizzazzjoni sekondarja u repetuta, minn intimidazzjoni u minn ritaljazzjoni, li għandhom jiġu applikati meta jingħataw kwalunkweservizzi ta’ ġustizzja restorattiva. Tali miżuri għandhom jiżguraw li l-vittmi, li jagħżlu li jipparteċipaw fi proċessi ta' ġustizzja restorattiva jkollhom aċċess għal servizzi ta' ġustizzja restorattiva sikura u kompetenti, soġġett tal-anqas għall-kundizzjonjijiet li ġejjin:
is-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva jintużaw biss jekk ikunu fl-interess tal-vittma, soġġetti għal kwalunkwe konsiderazzjoni sikura, u jkunu bbażati fuq il-kunsens liberu u infurmat tal-vittma; li jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe ħin;
qabel ma taqbel li tipparteċipa fil-proċess ta' ġustizzja ristorattiva, il-vittma tingħata informazzjoni sħiħa u imparzjali dwar dak il-proċess u l-eżiti potenzjali kif ukoll informazzjoni dwar il-proċeduri ta' sorveljanza tal-implimentazzjoni ta' kwalunkwe ftehim;
l- ►C1 awtur ta’ reat ◄ irid jkun irrikonoxxa l-fatti bażiċi tal-kawża;
kwalunkwe ftehim jintlaħaq b’mod volontarju u jista' jitqies fi kwalunkwe proċediment kriminali ulterjuri;
diskussjonijiet fi proċessi ta’ ġustizzja restorattiva li ma jitwettqux fil-pubbliku huma kunfidenzjali u għalhekk ma jiġux żvelati, ħlief bil-ftehim tal-partijiet jew kif meħtieġ mil-liġi nazzjonali minħabba interess pubbliku iktar importanti.
Artikolu 13
Dritt għall-għajnuna legali
L-Istati Membri jistgħu japplikaw test tal-mezzi, test tal-mertu jew it-tnejn li huma biex jiddeterminaw jekk għandhiex tingħata għajnuna legali.
Meta Stat Membru japplika test tal-mezzi, għandu jqis il-fatturi rilevanti u oġġettivi kollha, bħall-introjtu, il-kapital u s-sitwazzjoni tal-familja tal-persuna kkonċernata, il-kostijiet tal-għajnuna ta’ avukat u l-istandard tal-għajxien f’dak l-Istat Membru kif ukoll id-dipendenza tal-vittma fuq l-awtur ta’ reat.
Meta Stat Membru japplika test tal-mertu, għandu jqis is-serjetà tar-reat kriminali, il-kumplessità tal-każ u s-serjetà tal-ħsara mġarrba mill-vittma.
Ir-regoli proċedurali li jirregolaw l-aċċess tal-vittmi għall-għajnuna legali għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 14
Dritt għal rimborż tal-ispejjeż
L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-vittmi, li jipparteċipaw fil-proċedimenti kriminali, il-possibbiltà li jiġu rimborżati għall-ispejjeż li jkunu ġarrbu b’riżultat tal-parteċipazzjoni attiva tagħhom fi proċedimenti kriminali, f'konformità mar-rwol tagħhom fis-sistema tal-ġustizzja kriminali rilevanti. Il-kondizzjonijiet jew ir-regoli proċedurali li taħthom il-vittmi jistgħu jiġu rimborżati għall-ispejjeż għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 15
Dritt ta’ radd lura tal-proprjetà
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, wara deċiżjoni minn awtorità kompetenti, il-proprjetà li tista' tiġi rkuprata li tiġi sekwestrata matul il-proċedimenti kriminali tintradd lura lill-vittmi mingħajr dewmien, sakemm ma tkunx meħtieġa għall-iskop tal-proċedimenti kriminali. Il-kundizzjonijiet jew ir-regoli proċedurali li taħthom tali proprjetà tintradd lura lill-vittmi għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 16
Dritt għal deċiżjoni dwar il-kumpens mill- ►C1 awtur ta’ reat ◄ matul il-proċedimenti kriminali
Artikolu 17
Drittijiet ta’ vittmi residenti fi Stat Membru ieħor
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu miżuri xierqa biex jimminimizzaw id-diffikultajiet li jiffaċċjaw meta l-vittma tkun residenti fi Stat Membru differenti minn dak fejn ikun twettaq ir-reat kriminali, partikolarment fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-proċedimenti. Għal dak il-fini, l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn ikun twettaq ir-reat kriminali għandhom ikunu f’pożizzjoni li:
jieħdu dikjarazzjoni mingħand il-vittma immedjatament wara li jsir l-ilment dwar ir-reat kriminali lill-awtorità kompetenti;
jisimgħu lill-vittmi li huma residenti fi Stat Membru ieħor permezz ta’ vidjokonferenza jew trażmissjoni awdjoviżiva oħra f’konformità mal-Konvenzjoni stabbilita mill-Kunsill f’konformita mal-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ( 2 ), iffirmata fid-29 ta’ Mejju 2000, u mad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni fil-proċedimenti kriminali tal-vittmi li huma residenti fi Stat Membru ieħor permezz ta’ vidjokonferenza jew teknoloġija oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, sa fejn ikun possibbli skont id-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali u f’konformità mar-rwol tal-vittma fil-proċedimenti kriminali.
KAPITOLU 4
PROTEZZJONI TAL-VITTMI U RIKONOXXIMENT TA' VITTMI BI ĦTIĠIJIET SPEĊIFIĊI TA' PROTEZZJONI
Artikolu 18
Dritt għal protezzjoni
Bla preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm miżuri disponibbli għall-protezzjoni tal-vittmi u l-membri tal-familja tagħhom minn vitimizzazzjoni sekondarja u repetuta, minn intimidazzjoni u minn ritaljazzjoni, inkluż kontra r-riskju ta' ħsara emozzjonali jew psikoloġika, u għall-protezzjoni tad-dinjità tal-vittmi waqt l-interrogazzjoni u meta jagħtu x-xhieda tagħhom. Meta meħtieġ, tali miżuri għandhom jikludu wkoll proċeduri stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali għall-protezzjoni fiżika tal-vittmi u l-membri tal-familja tagħhom.
Artikolu 18a
Dritt addizzjonali għal protezzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jista’ jingħata aċċess għal miżuri ta’ appoġġ u protezzjoni skont din id-Direttiva lill-vittmi li jkunu ġarrbu ħsara addizzjonali, bħaċ-ċaħda tad-dinjità, li tirriżulta mill-glorifikazzjoni ta’ reati kriminali serji kif definit skont il-liġi nazzjonali, bħall-provokazzjoni pubblika biex jitwettaq reat terroristiku kif definit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), jew mill-għoti ta’ ġieħ lill-awturi ta’ reat.
Artikolu 19
Dritt li jiġi evitat kuntatt mal-awtur ta’ reat
Artikolu 20
Dritt għall-protezzjoni tal-vittmi waqt l-investigazzjonijiet kriminali
Bla preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża u f'konformità mar-regoli ta' diskrezzjoni ġudizzjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqt investigazzjonijiet kriminali:
l-intervisti tal-vittmi jsiru mingħajr dewmien mhux ġustifikat wara li jkun sar l-ilment fir-rigward tar-reat kriminali lill-awtorità kompetenti;
l-għadd ta’ intervisti mal-vittmi jkun limitat kemm jista’ jkun u l-intervisti jsiru biss fejn strettament meħtieġ għall-iskopijiet tal-investigazzjonijiet kriminali;
il-vittmi jkunu jistgħu jiġu akkumpanjati mir-rappreżentant legali tagħhom u minn persuna li jagħżlu huma stess, sakemm ma tkunx ingħatat deċiżjoni motivata kuntrarja;
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżamijiet mediċi jinżammu għall-minimu u jitwettqu biss meta jkunu strettament meħtieġa għall-iskop tal-proċedimenti kriminali.
Artikolu 21
Dritt għall-protezzjoni tal-privatezza u l-projbizzjoni tal-iżvelar ta’ data personali
Artikolu 22
Valutazzjoni individwali tal-vittmi biex jiġu identifikati ħtiġijiet speċifiċi ta’ appoġġ u ta’ protezzjoni
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-organizzazzjoni prattika tal-valutazzjoni individwali tal-vittmi.
Il-valutazzjoni individwali għandha titwettaq minn persuni mħarrġa kif xieraq, fl-aħjar interessi tal-vittma, u filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari li tiġi evitata vittimizzazzjoni sekondarja jew ripetuta.
L-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet, il-korpi u s-servizzi ta’ appoġġ kompetenti għandhom jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-vittmi għall-appoġġ u l-protezzjoni mingħajr dewmien żejjed u b’mod koordinat.
Il-valutazzjoni individwali għandha tqis:
il-karatteristiċi personali tal-vittma, inklużi esperjenzi rilevanti ta’ diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni abbażi ta’ raġunijiet intersezzjonali, bħall-ġeneru, inkluż l-identità tal-ġeneru, l-età, id-diżabbiltà, l-istatus ta’ residenza, ir-reliġjon jew it-twemmin, il-lingwa, l-oriġini razzjali, soċjali jew etnika, u l-orjentazzjoni sesswali;
it-tip jew in-natura tal-att kriminali;
iċ-ċirkostanzi tal-att kriminali;
ir-relazzjoni tal-vittma mal-awtur ta’ ksur u r-riskji li jippreżenta l-awtur ta’ reat.
Fil-kuntest tal-valutazzjoni individwali, għandha tingħata attenzjoni partikolari:
lill-vittmi li ġarrbu ħsara konsiderevoli minħabba s-severità jew ir-ripetizzjoni tal-att kriminali;
lill-vittmi li jkunu ġarrbu att kriminali mwettaq b’raġuni ta’ preġudizzju jew diskriminatorja li, b’mod partikolari, jista’ jkun relatat mal-karatteristiċi personali tagħhom;
lill-vittmi li r-relazzjoni u d-dipendenza tagħhom fuq l-awtur ta’ reat jagħmluhom partikolarment vulnerabbli.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-vittmi tat-terroriżmu, il-vittmi tal-kriminalità organizzata, il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, il-vittmi tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż tal-vjolenza fuq in-nisa u tal-vjolenza domestika, il-vittmi tal-vjolenza sesswali, inkluż l-abbuż sesswali tat-tfal, il-vittmi tal-isfruttament, il-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda, il-vittmi ta’ tortura, il-vittmi ta’ għajbien furzat, il-vittmi b’diżabbiltà u l-vittmi ta’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra jew d-delitt ta’ aggressjoni kif definit fl-Artikoli 6, 7, 8 u 8bis tal-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għandhom jitqiesu kif xieraq. Għandha tingħata attenzjoni partikolari, meta applikabbli, lill-vittmi ta’ forom online ta’ dawk l-atti kriminali u lill-vittmi li jaqgħu taħt aktar minn waħda minn dawk il-kategoriji.
Meta jkun rilevanti u xieraq, il-valutazzjoni individwali għandha tqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-membri tal-familja tal-vittma.
Fil-kuntest tal-valutazzjoni individwali, għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-riskju li jirriżulta mill-awtur ta’ reat imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d), bħal:
ir-riskju ta’ mġiba vjolenti;
ir-riskju ta’ offiża fuq il-persuna;
ir-riskju tal-użu ta’ armi;
rabtiet ma’ grupp ta’ kriminalità organizzata jew l-involviment fih;
abbuż tad-droga jew tal-alkoħol;
abbuż tat-tfal;
kwistjonijiet ta’ saħħa mentali;
l-imġiba ta’ stalking; jew
l-espressjoni tat-theddid jew diskors ta’ mibegħda.
Artikolu 23
Dritt għall-protezzjoni ta’ vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi ta' protezzjoni waqt il-proċedimenti kriminali
Il-miżuri li ġejjin għandhom ikunu disponibbli matul l-investigazzjonijiet kriminali għal vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi ta' protezzjoni identifikati skont l-Artikolu 22(1):
interrogazzjonijiet mal-vittma jiġu mwettqa f'binjiet imfasslin jew addattati għal dak l-iskop;
interrogazzjonijiet mal-vittma jiġu mwettqa minn jew permezz ta' professjonisti mħarrġa għal dak il-għan;
l-intervisti kollha tal-vittma jitwettqu mill-istess persuni sakemm dan ma jmurx kontra l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja;
l-intervisti kollha mal-vittmi tal-vjolenza sesswali jew tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż tal-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/1385, sakemm ma jsirux minn prosekutur jew imħallef, isiru minn persuna tal-istess sess bħall-vittma, jekk il-vittma tkun tixtieq hekk, dment li l-kors tal-proċedimenti kriminali ma jiġix ippreġudikat.
Il-miżuri li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għal vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi ta' protezzjoni identifikati skont l-Artikolu 22(1) matul il-proċediment tal-qorti:
miżuri biex jiġi evitat kuntatt viżwali bejn il-vittmi u l- ►C1 awturi ta’ reat ◄ matul l-għoti ta' xhieda, b'mezzi adatti inkluż l-użu tat-teknoloġija ta' komunikazzjoni;
miżuri biex jiġi żgurat li l-vittma tkun tista’ tixhed fl-awla tal-qorti mingħajr ma tkun preżenti, partikolarment bl-użu ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni xierqa;
miżuri biex jiġu evitati mistoqsijiet mhux meħtieġa dwar il-ħajja privata tal-vittma mhux marbuta mar-reat kriminali, inklużi l-orjentazzjoni sesswali, il-ġeneru, inkluża l-identità tal-ġeneru, jew l-imġiba sesswali passata tal-vittma; u
miżuri li jippermettu li jsir smigħ mingħajr il-preżenza tal-pubbliku.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jingħataw is-setgħa li jieħdu miżuri xierqa matul il-proċedimenti kriminali u sakemm ikun meħtieġ biex jipprovdu protezzjoni fiżika lill-vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni kif identifikati f’konformità mal-Artikolu 22, inkluż il-miżuri li ġejjin:
il-preżenza kontinwa jew temporanja ta’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew korpi oħra li jipprovdu protezzjoni fiżika f’konformità mal-liġi nazzjonali;
l-ordnijiet ta’ projbizzjoni, ta’ trażżin jew ta’ protezzjoni biex tingħata protezzjoni lill-vittmi kontra kwalunkwe att ta’ vjolenza, f’konformità mal-liġi nazzjonali;
l-aċċess għal kenn u akkomodazzjoni interim xierqa oħra, f’konformità mal-liġi nazzjonali.
Artikolu 24
Dritt għall-protezzjoni ta’ vittmi tfal waqt il-proċedimenti kriminali
Minbarra l-miżuri previsti fl-Artikolu 23, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-vittma hija tifel jew tifla:
f'investigazzjonijiet kriminali, l-intervisti kollha mal-vittmi tfal jistgħu jiġu rreġistrati awdjoviżwalment u tali intervisti rreġistrati jistgħu jintużaw bħala evidenza fi proċedimenti kriminali;
f'investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali, f'konformità mar-rwol tal-vittmi fis-sistema tal-ġustizzja kriminali rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti jaħtru rappreżentant speċjali għat-tfal vittmi fejn, skont il-liġi nazzjonali, id-detenturi tar-responsabbiltà ta' ġenitur jinżammu milli jirrapreżentaw it-tifel jew tifla vittma bħala riżultat ta' kunflitt ta' interess bejnhom u t-tifel jew tifla vittma, jew fejn it-tifel jew tifla vittma ma tkunx akkumpanjata jew tkun separata mill-familja;
fejn it-tfal vittmi jkollhom id-dritt għal avukat, it-tfal għandu jkollhom id-dritt għall-parir u r-rappreżentazzjoni legali tagħhom, f'isimhom, fi proċediment fejn hemm, jew jista' jkun hemm, kunflitt ta' interess bejn it-tfal vittmi u d-detenturi tar-responsabbiltà parentali;
id-dritt tat-tfal li jinstemgħu u l-aħjar interessi tagħhom jiġu żgurati fl-investigazzjonijiet u l-proċedimenti kriminali, f’konformità mal-Artikolu 10.
Ir-regoli proċedurali għar-reġistrazzjonijiet awdjoviżivi msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu 1 u l-użu tagħhom għandu jiġi ddeterminat mil-liġi nazzjonali.
KAPITOLU 5
DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA
Artikolu 25
Taħriġ tal-prattikanti
Artikolu 25a
Sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontenut tal-informazzjoni pprovduta lill-pubbliku jkun żviluppat, meta rilevanti, f’kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ma jkunx kontradittorju u jkun aġġornat b’mod regolari biex tiġi żgurata l-akkuratezza.
Artikolu 26
Kooperazzjoni u koordinazzjoni tas-servizzi
L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni adatta biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex itejbu l-aċċess tal-vittmi għad-drittijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u skont il-liġi nazzjonali. Kooperazzjoni bħal din għandha mill-inqas tkun immirata lejn:
l-iskambju tal-aħjar prattika;
il-konsultazzjoni f'każijiet individwali; u
l-għajnuna lil netwerks Ewropej li jaħdmu fuq kwistjonijiet direttament rilevanti għad-drittijiet tal-vittmi.
Artikolu 26a
Protokolli jew linji gwida għal koordinazzjoni u kooperazzjoni fl-Istati Membri
Il-protokolli jew il-linji gwida għandhom, bħala minimu, jipprovdu struzzjonijiet ġenerali dwar kif:
il-vittmi jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa adattata għall-ħtiġijiet tagħhom f’konformità ma’ din id-Direttiva;
l-Artikolu 5a ta’ din id-Direttiva għandu jiġi applikat mill-awtoritajiet kompetenti;
il-valutazzjoni individwali kif imsemmi fl-Artikolu 22, u l-għoti ta’ servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi jitwettqu, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet individwali tal-vittmi fi stadji differenti tal-proċedimenti kriminali;
titwettaq kooperazzjoni bejn is-servizzi ta’ appoġġ ġenerali u speċjalizzat, inklużi s-servizzi ta’ appoġġ immirati u integrati għall-vittmi tfal kif imsemmi fl-Artikolu 9a.
Artikolu 26b
Użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi ma jiġux impediti, abbażi li jkunu residenti ta’ Stat Membru ieħor, milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 2 permezz ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fejn tali teknoloġiji huma disponibbli fl-Istati Membri.
Artikolu 26c
Drittijiet ta’ vittmi b’diżabbiltà
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprovduti akkomodazzjoni raġonevoli u konċessjoni proċedurali għall-vittmi b’diżabbiltà fuq talba.
KAPITOLU 6
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 27
Traspożizzjoni
Artikolu 28
Għoti ta’ data u statistika
L-istatistika għandha, bħala minimu, tinkludi d-data li ġejja, disponibbli fil-livell ċentrali, diżaggregata skont is-sess u l-grupp ta’ età (tfal/adulti) tal-vittma u, meta possibbli u rilevanti, ir-relazzjoni bejn il-vittma u l-awtur ta’ reat u t-tip ta’ reat:
l-għadd ta’ vittmi;
l-għadd u t-tip ta’ atti kriminali rrappurtati.
L-istatistika għandha tinkludi wkoll data disponibbli fil-livell ċentrali li turi kif il-vittmi jkunu aċċessaw id-drittijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jużaw data miġbura abbażi ta’ atti rilevanti tal-Unjoni.
Artikolu 28b
Riżorsi
Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija baġitarja tal-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji għall-applikazzjoni effettiva tal-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva.
Artikolu 29
Rappurtar mill-Kummissjoni u rieżami
Sat-2 ta’ Lulju 2032, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jivvaluta l-punt sa fejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva, inkluża l-implimentazzjoni teknika, u b’mod partikolari l-mod kif l-Istati Membri jimplimentaw l-Artikolu 9a(3). Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis is-sejbiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u tal-Eurostat.
Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposta leġiżlattiva.
Artikolu 30
Sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2001/220/ĠAI
Id-Deċiżjoni Qafas 2001/220/ĠAI hija b'dan sostitwita b'rabta mal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali.
B'rabta mal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, ir-referenzi għal dik id-Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva.
Artikolu 31
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 32
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.
( 1 ) Id-Direttiva (UE) 2024/1385 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (ĠU L, 2024/1385, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1385/oj).
( 2 ) ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3.
( 3 ) Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/41/oj).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1727/oj).
( 5 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/976/oj).
( 6 ) Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/541/oj).
( 7 ) Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/13/oj).
( 8 ) Id-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/99/oj).
( 9 ) Ir-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/606/oj).
( 10 ) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj).
( 11 ) Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/882/oj).