12003T038



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0045 - 0045


Artikolu 38

Jekk xi Stat Membru ġdid ikun naqas milli jimplimenta l-impenji meħuda fil-kuntest tan-negozjati dwar l-adeżjoni, u b'dan jikkawża xi ksur serju fil-funzjonament tas-suq intern, inkluż kull impenn f'kull politika settorjali li tikkonċerna l-attivitajiet ekonomiċi b'effett transkonfini, jew xi riskju imminenti ta' dan il-ksur il-Kummissjoni tista', sa l-aħħar tal-perijodu ta' mhux akar minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att, fuq talba motivata ta' l-Istat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħħa stess, tieħu miżuri xierqa.

Il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u għandha tingħata prijorità lil miżuri, li l-inqas jiddisturbaw it-tħaddim tas-suq intern, u fejn xieraq, lill-applikazzjoni ta' mekkaniżmi ta' salvagwardja settorjali eżistenti. Dawn il-miżuri ta' salvagwardja ma għandhomx jiġu invokati bħala mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew ta' restrizzjoni travestita fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-klawsola ta' salvagwardja tista' tiġi invokata anki qabel l-adeżjoni abbażi tar-riżultati tal-kontroll u tidħol fis-seħħmid-data ta' l-adeżjoni. Dawn il-miżuri ma għandhomx jinżammu għal iktar żmien milli huwa strettament neċessarju, u, f'kull każ, għandhom jitneħħew meta l-impenn rilevanti jiġi implementat. Madanakollu jistgħu jiġu applikati wara l-perijodu speċifikat fl-ewwel paragrafu sakemm l-impenji rilevanti ma jkunux ġew imwettqa. Bi tweġiba għall-progress li jagħmel l-Istat Membru l-ġdid konċernat fit-twettiq ta' l-impenji tiegħu, il-Kummissjoni tista' tadatta l-miżuri kif xieraq. Il-Kummissjoni tinforma lill-Kunsill f'waqtha qabel ma tirrevoka miżuri ta' salvagwardja, u tikkunsidra kif xieraq kull osservazzjoni tal-Kunsill f'dan ir-rigward.

--------------------------------------------------