European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5741

23.10.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12175 — PERMIRA / BHP / CARGILL / RIO TINTO / RIGHTSHIP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/5741)

1.   

Fil-15 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Permira Holdings Limited (“ ‘Permira’ ”, Guernesey),

—

Affiljati ta’ BHP Group Limited (flimkien mal-kumpaniji affiljati tagħha, il-“BHP Group”, l-Awstralja),

—

Affiljati ta’ Cargill Incorporated (flimkien mal-kumpaniji affiljati tagħha, “Cargill”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Affiljati ta’ Rio Tinto Limited (flimkien mal-kumpaniji affiljati tagħha, “Rio Tinto”, l-Awstralja),

—

RightShip Group Pte. Ltd. (“RightShip”, Singapore), ikkontrollata b’mod konġunt minn BHP Group, Cargill Group u Rio Tinto Group.

Permira, BHP Group, Cargill u Rio Tinto se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’RightShip.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Permira tipprovdi servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ portafolji globalment lil fondi ta’ investiment,

—

BHP Group hija kumpanija tar-riżorsi diversifikata globalment,

—

Cargill hija attiva globalment fl-ikel, fl-ingredjenti, fis-soluzzjonijiet agrikoli u fil-prodotti industrijali,

—

Rio Tinto hija korporazzjoni multinazzjonali tal-metalli u tal-minjieri,

—

RightShip tipprovdi soluzzjonijiet ta’ valutazzjoni u ġestjoni tar-riskju marittimu, b’mod partikolari servizzi ta’ diliġenza dovuta, ambjentali u ta’ spezzjonijiet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12175 — PERMIRA / BHP / CARGILL / RIO TINTO / RIGHTSHIP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5741/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)