|
15.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 305/2010
tal-14 ta’ April 2010
li jibdel l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta’ April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (1), b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B’konsegwenza tal-falliment min-naħa tal-Istati Uniti biex iġibu l-Att dwar il-Kumpens għall-Persistenza tad-Dumping u għaż-Żamma tas-Sussidji (CDSOA) konformi mal-obbligi tagħhom skont il-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 impona dazju doganali addizzjonali ad valorem ta’ 15 % fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika mill-1 ta’ Mejju 2005. B’konformità mal-awtorizzazzjoni tad-WTO biex tiġi sospiża l-applikazzjoni ta’ konċessjonijiet fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kummissjoni għandha taġġusta l-livell ta’ sospensjoni kull sena għal-livell ta’ tixjin jew ħsara kkawżat mis-CDSOA lill-Unjoni Ewropea f’dak iż-żmien. |
|
(2) |
Il-ħlasijiet tas-CDSOA għall-aktar sena riċenti li għaliha hemm dejta disponibbli għandhom x’jaqsmu mad-distribuzzjoni ta’ dazji kompensatorji u ta’ anti-dumping miġbura matul is-Sena Fiskali 2009 (mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009). Fuq il-bażi tad-dejta ppubblikata mid-Dwana u l-Protezzjoni tal-Fruntieri tal-Istati Uniti, il-livell ta’ tixjin jew ħsara kkawżat lill-Unjoni Ewropea huwa kkalkulat li jammonta għal USD 95,83 miljun. |
|
(3) |
Billi l-livell ta’ tixjin jew ħsara u konsegwentement ta’ sospensjoni żdied, l-ewwel 19-il prodott tal-lista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 għandhom jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 673/2005. |
|
(4) |
L-effett ta’ dazju tal-importazzjoni addizzjonali ad valorem ta’ 15 % fuq importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti fl-Anness I emendat jirrappreżenta, fuq sena, valur ta’ kummerċ li ma jaqbiżx il-USD 95,83 miljun. |
|
(5) |
L-Artikoli 6(1) u 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 jinkludu eżenzjonijiet speċifiċi mid-dazju tal-importazzjoni addizzjonali. Billi l-applikabbiltà ta’ dawk l-eżenzjonijiet tiddependi fuq li jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet qabel id-dħul fis-seħħ jew fid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 673/2005, l-eżenzjonijiet ma jistgħux fil-prattika japplikaw għall-importazzjonijiet tad-19-il prodott miżjuda minn dan ir-Regolament mal-lista fl-Anness I. Għaldaqstant, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi biex dawn l-eżenzjonijiet isiru effettivi għall-importazzjonijiet ta’ dawk il-prodotti. |
|
(6) |
Biex tiġi evitata l-evażjoni tad-dazju addizzjonali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
|
(7) |
Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat għar-ritaljazzjoni fil-kummerċ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 qed jitbiddel bl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 qed jitbiddel bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
1. Prodotti li għalihom tkun inħarġet liċenzja tal-importazzjoni b’eżenzjoni minn, jew tnaqqis tad-dazju, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, ma għandhomx ikunu suġġetti għad-dazju addizzjonali sakemm ikunu kklassifikati taħt wieħed minn dawn il-kodiċijiet NM li ġejjin (2): 9406 00 38 , 6101 30 10 , 6102 30 10 , 6201 12 10 , 6201 13 10 , 6102 30 90 , 6201 92 00 , 6101 30 90 , 6202 93 00 , 6202 11 00 , 6201 13 90 , 6201 93 00 , 6201 12 90 , 6204 42 00 , 6104 43 00 , 6204 49 10 , 6204 44 00 , 6204 43 00 , 6203 42 31 .
2. Prodotti li għalihom jista’ jintwera li kienu diġà qed jiġu trasportati lejn l-Unjoni Ewropea jew f’ħażna temporanja jew f’żona ħielsa jew maħżen ħieles jew fi proċedura ta’ sospensjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 84(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3) fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u li d-destinazzjoni tagħhom ma tistax tinbidel, ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dazju addizzjonali sakemm ikunu klassifikati taħt wieħed minn dawn il-kodiċijiet NM li ġejjin (4): 9406 00 38 , 6101 30 10 , 6102 30 10 , 6201 12 10 , 6201 13 10 , 6102 30 90 , 6201 92 00 , 6101 30 90 , 6202 93 00 , 6202 11 00 , 6201 13 90 , 6201 93 00 , 6201 12 90 , 6204 42 00 , 6104 43 00 ; 6204 49 10 , 6204 44 00 , 6204 43 00 , 6203 42 31 .
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1.
(2) Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati taħt dawn il-kodiċijiet tinsab fl-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1), kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1).
(3) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(4) Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati taħt dawn il-kodiċijiet tinsab fl-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1), kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1).
ANNESS I
Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw id-dazji addizzjonali huma identifikati permezz tal-kodiċi NM tagħhom bi tmien numri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati taħt dawn il-kodiċijiet tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1) kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (2).
|
|
4820 10 50 |
|
|
6204 63 11 |
|
|
6204 69 18 |
|
|
6204 63 90 |
|
|
6104 63 00 |
|
|
6203 43 11 |
|
|
6103 43 00 |
|
|
6204 63 18 |
|
|
6203 43 19 |
|
|
6204 69 90 |
|
|
6203 43 90 |
|
|
0710 40 00 |
|
|
9003 19 30 |
|
|
8705 10 00 |
|
|
9406 00 38 |
|
|
6101 30 10 |
|
|
6102 30 10 |
|
|
6201 12 10 |
|
|
6201 13 10 |
|
|
6102 30 90 |
|
|
6201 92 00 |
|
|
6101 30 90 |
|
|
6202 93 00 |
|
|
6202 11 00 |
|
|
6201 13 90 |
|
|
6201 93 00 |
|
|
6201 12 90 |
|
|
6204 42 00 |
|
|
6104 43 00 |
|
|
6204 49 10 |
|
|
6204 44 00 |
|
|
6204 43 00 |
|
|
6203 42 31 . |
ANNESS II
Il-prodotti f’dan l-Anness huma identifikati permezz tal-kodiċi NM tagħhom bi tmien numri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti kklassifikati taħt dawn il-kodiċi tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 493/2005.
6204 62 31 .