|
22.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/4 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1204
tal-10 ta’ Mejju 2021
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/856 fir-rigward tal-proċeduri tal-applikazzjoni u tal-għażla fil-qafas tal-Fond għall-Innovazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 10a(8), ir-raba’ subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 (2) jistabbilixxi regoli dwar l-operat tal-Fond għall-Innovazzjoni. Dan jistabbilixxi proċedura tal-applikazzjoni b’żewġ fażijiet li tkun tikkonsisti f’espressjoni ta’ interess u fl-applikazzjoni sħiħa. |
|
(2) |
Filwaqt li l-proċedura tal-applikazzjoni b’żewġ fażijiet għandha l-vantaġġ li tnaqqas il-piż amministrattiv għal dawk li jkunu qed jipproponu l-proġetti fl-ewwel fażi, din iżżid il-perjodu ta’ bejn is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u l-għoti tal-finanzjament għal proġetti li jkollhom suċċess. L-esperjenza bl-ewwel sejħa għal proposti, fejn wasal għadd kbir ta’ applikazzjonijiet fi stadji differenti tal-maturità tal-proġett, uriet il-ħtieġa li jitnaqqas dak il-perjodu sabiex jiġi żgurat l-għoti ta’ appoġġ f’waqtu għal proġetti maturi. Li jitnaqqas dak il-perjodu jkun ukoll ta’ benefiċċju fil-kuntest tal-irkupru ekonomiku fejn l-investimenti fiż-żieda ta’ teknoloġiji nodfa jeħtieġ li jiġu mobilizzati malajr. |
|
(3) |
Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi prevista proċedura tal-applikazzjoni b’fażi waħda li tinkludi l-applikazzjoni sħiħa mingħajr il-fażi tal-espressjoni ta’ interess. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tagħżel bejn il-proċedura tal-applikazzjoni b’żewġ fażijiet u l-proċedura tal-applikazzjoni b’fażi waħda kif xieraq meta tiddeċiedi dwar it-tnedija tas-sejħiet għal proposti. |
|
(4) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/856 jipprevedi li l-assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti għal proġetti li ma jissodisfawx il-kriterju tal-maturità tal-proġetti stabbilit fl-Artikolu 11(1)(c) ta’ dak ir-Regolament, iżda li għandu l-potenzjal li jissodisfa dak il-kriterju. F’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/856 dik l-assistenza tista’ tieħu biss il-forma ta’ għotja. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ulterjuri ta’ dawk il-proġetti, huwa meħtieġ li din l-assistenza tiġi permessa li tkun provduta fil-forma ta’ assistenza teknika. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2019/856 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/856
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/856 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
jiddaħħlu l-Artikoli 12a u 12b li ġejjin: “Artikolu 12a Proċedura tal-għażla għall-proċedura tal-applikazzjoni b’fażi waħda 1. Abbażi tal-applikazzjonijiet li jkunu waslu, il-korp ta’ implimentazzjoni għandu jivvaluta l-eliġibbiltà ta’ kull proġett f’konformità mal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE. Imbagħad il-korp ta’ implimentazzjoni għandu jagħżel il-proġetti eliġibbli skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. 2. Abbażi tal-applikazzjonijiet li jkunu waslu, il-korp ta’ implimentazzjoni għandu jfassal lista ta’ proġetti li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla stabbiliti fl-Artikolu 11 u għandu jevalwa l-proġetti u jikklassifikahom abbażi tal-kriterji kollha tal-għażla stabbiliti f’dak l-Artikolu. Għall-finijiet ta’ dik l-evalwazzjoni, il-korp ta’ implimentazzjoni għandu jqabbel il-proġetti mal-proġetti tal-istess settur kif ukoll mal-proġetti ta’ setturi oħrajn. Fl-aħħar tal-evalwazzjoni, il-korp ta’ implimentazzjoni għandu jfassal lista tal-proġetti magħżulin minn qabel. 3. Meta l-korp ta’ implimentazzjoni jikkonkludi li proġett jissodisfa l-kriterji tal-għażla stabbiliti fl-Artikolu 11(1)(a), (b), (d) u (e) u, fejn applikabbli, il-kriterju tal-għażla stabbilit f’konformità mal-Artikolu 11(2), iżda ma jissodisfax il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 11(1)(c), il-korp ta’ implimentazzjoni għandu jivvaluta jekk dak il-proġett għandux il-potenzjal jissodisfa dak il-kriterju tal-għażla jekk jiġi żviluppat aktar. Meta l-proġett ikollu t-tali potenzjal, il-korp ta’ implimentazzjoni jista’ jagħti assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti lill-proġett ikkonċernat jew, meta l-Kummissjoni tagħti l-assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti, jipproponilha tagħti assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti lil dan il-proġett. 4. Il-lista tal-proġetti magħżulin minn qabel imsemmija fil-paragrafu 2 u, meta dan ikun applikabbli, is-suġġeriment imsemmi fil-paragrafu 3 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni u għandu jkun fihom tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
5. Abbażi ta’ xi jkun intbagħat skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 21(2), il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni tal-għotja li tispeċifika l-appoġġ għall-proġetti magħżulin u, jekk ikun il-każ, tfassal lista ta’ riżerva. Artikolu 12b Proċedura tal-għażla għall-proġetti fuq skala żgħira B’deroga mill-Artikolu 12 u 12a, tista’ tiġi applikata proċedura speċifika tal-għażla għall-proġetti fuq skala żgħira.”; |
|
(5) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti għandha tingħata mill-Kummissjoni jew mill-korp ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 12(2) jew 12a(3), fil-forma ta’ għotja jew ta’ assistenza teknika.’; |
|
(6) |
L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
fl-Artikolu 27, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Dawk li jkunu qed jipproponu l-proġetti għandhom jipprovdu informazzjoni ddettaljata dwar l-azzjonijiet ippjanati f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu fil-pjan ta’ kondiviżjoni tal-għarfien ippreżentat f’konformità mal-Artikolu 10(2), it-tielet subparagrafu.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 tas-26 ta’ Frar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat tal-Fond għall-Innovazzjoni (ĠU L 140, 28.5.2019, p. 6).