European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/424

6.3.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/424

tal-4 ta’ Marzu 2025

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2584 fir-rigward ta’ aġġornament tal-istandards referenzjati u ż-żieda ta’ standards referenzjati ġodda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-kostitwenti u s-subsistemi tal-interoperabilità li jkunu konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom, stabbiliti f’dik id-Direttiva.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 1057 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN, European Committee for Standardisation) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC, European Committee for Electrotechnical Standardisation) għall-abbozzar u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/797.

(3)

Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN u mas-CENELEC ivvalutat jekk l-istandards abbozzati jew riveduti mis-CEN u mis-CENELEC jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2023) 1057.

(4)

L-istandards armonizzati abbozzati, riveduti u emendati mis-CEN u mis-CENELEC abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2023) 1057 jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li għandhom l-għan li jkopru, ħlief l-istandards EN 15313:2024 u EN 16207:2024. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

L-istandard EN 50716:2023 jenħtieġ li jagħti, fil-limiti tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, preżunzjoni ta’ konformità ma’ ċerti rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 (4) sa fejn japplika l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1695 (5). Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dak l-istandard jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Fir-rigward tal-istandard EN 16207:2024, il-Kummissjoni kkonkludiet li fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, jenħtieġ li l-istandard jagħti biss preżunzjoni ta’ konformità għall-punti 4.2.4.8.2 (2) u (4) tal-Anness ta’ dak ir-Regolament skont l-Anness ZA tal-istandard, u għall-punt 4.2.4.8.2 (1) billi tiġi applikata l-klawżola 8.1 tal-istandard. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dan l-istandard tiġi ppubblikata b’restrizzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Fir-rigward tal-istandard EN 15313:2024, il-Kummissjoni kkonkludiet li fir-rigward tal-punti 4.2.3.5.2.1 u 4.2.3.5.2.2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014 u l-punti 4.2.3.6.2 sa 4.2.3.6.5 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 321/2013, it-tolleranzi mogħtija mill-istandard jenħtieġ li ma jiġux akkumulati mal-valuri mogħtija fil-punti msemmija qabel, il-valuri f’dawk il-punti jenħtieġ li jitqiesu bħala valuri ta’ limitu. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dan l-istandard tiġi ppubblikata b’restrizzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2584 (6) tiġi emendata kif xieraq.

(9)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha. Madankollu, biex il-partijiet ikkonċernati kollha milquta jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandards riveduti, l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati EN 14587-2:2009, EN 15313:2016, EN 15355:2019, EN 15624:2021, EN 16116-2:2021, EN 16286-1:2013, EN 45545-3:2013 u EN 45545-4:2013 jenħtieġ li jiġi differit bi 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2584 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (1), (4), (6), (8), (10), (13), (15) u (17) tal-Anness għandhom japplikaw mis-6 ta’ Settembru 2026.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/797/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 1057 finali tal-20.2.2023 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward prodotti b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistemi tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 158, 15.6.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/919/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1695 tal-10 ta’ Awwissu 2023 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistemi tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/919, ĠU L 222, 8.9.2023, p. 380, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1695/oj.

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2584 tal-15 ta’ Novembru 2023 dwar standards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2584, 21.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2584/oj).


ANNESS

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2584 huwa emendat kif ġej:

(1)

titħassar ir-ringiela 29;

(2)

tiddaħħal ir-ringiela 29a li ġejja:

“29a.

EN 14587-2:2024

Applikazzjonijet ferrovjarji – Infrastruttura – Iwweldjar elettroniku tal-linji ferrovjarji ġodda – Parti 2: Linji ta’ grad R200, R220, R260, R260Mn, R320Cr, R350HT, R350LHT, R370CrHT u R400HT iwweldjati b’magni mobbli f’siti li mhumiex impjant fiss”;

(3)

jiddaħħlu l-punti 34a u 34b li ġejjin:

“34 a.

EN 15085-4:2023

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Iwweldjar ta’ vetturi u komponenti ferrovjarji – Parti 4: Rekwiżiti tal-produzzjoni


34b.

EN 15085-5:2023

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Iwweldjar ta’ vetturi u komponenti ferrovjarji – Parti 5: Spezzjoni, ittestjar u dokumentazzjoni”;

(4)

titħassar ir-ringiela 39;

(5)

tiddaħħal ir-ringiela 39a li ġejja:

“39 a.

EN 15313:2024

 

Applikazzjonijet ferrovjarji – Rekwiżiti għall-operazzjoni ta’ settjiet ta’ roti fis-servizz – Manutenzjoni ta’ settjiet ta’ roti fis-servizz u meta ma jkunux mal-vettura

Restrizzjoni: Rigward ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “vetturi ferrovjarji — lokomottivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea, il-punti 4.2.3.5.2.1 u 4.2.3.5.2.2 tal-Anness tiegħu; u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika ta’ interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni 2006/861/KE, il- punti 4.2.3.6.2 sa 4.2.3.6.5: it-tolleranzi mogħtija mill-istandard ma jistgħux jiġu akkumulati mal-valuri mogħtija fil-punti msemmija qabel, il-valuri f’dawk il-punti għandhom jitqiesu bħala valuri ta’ limitu”;

(6)

titħassar ir-ringiela 40;

(7)

tiddaħħal ir-ringiela 40a li ġejja:

“40 a.

EN 15355:2019+A1:2023

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Valvs tad-distributur u apparati li jiżolaw id-distributur”;

(8)

titħassar ir-ringiela 48;

(9)

tiddaħħal ir-ringiela 48a li ġejja:

“48 a.

EN 15624:2021+A1:2024

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Apparati tat-tibdil vojt/mgħobbi”;

(10)

titħassar ir-ringiela 58;

(11)

tiddaħħal ir-ringiela 58a li ġejja:

“58 a.

 

EN 16116-2:2024

Applikazzjonijiet tal-linja ferrovjarja – Rekwiżiti ta’ disinn għal turġien, poġġamani u aċċess assoċjat għall-persunal – Parti 2: Vaguni tal-merkanzija”;

(12)

tiddaħħal ir-ringiela 61a li ġejja:

“61 a.

EN 16207:2024

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Kriterji funzjonali u ta’ prestazzjoni ta’ sistemi ta’ brejk manjetiku tal-binarji biex jintużaw fuq vetturi ferrovjarji

 

Restrizzjoni: Fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-“vetturi ferrovjarji – lokomottivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea, l-istandard jagħti preżunzjoni ta’ konformità għall-klawżoli 4.2.4.8.2 (2) u (4) tal-Anness ta’ dak ir-Regolament skont l-Anness ZA tal-istandard u għall-klawżola 4.2.4.8.2 (1) tal-Anness billi japplika l-klawżola 8.1 tal-istandard”;

(13)

titħassar ir-ringiela 64;

(14)

tiddaħħal ir-ringiela 64a li ġejja:

“64 a.

EN 16286-1:2024

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi ta’ passarella bejn vetturi – Parti 1: Applikazzjonijiet ewlenin”;

(15)

titħassar ir-ringiela 89;

(16)

tiddaħħal ir-ringiela 89a li ġejja:

“89 a.

EN 45545-3:2024

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Protezzjoni ta’ vetturi ferrovjarji kontra n-nar – Parti 3: Rekwiżiti ta’ reżistenza għan-nar tal-ilqugħ kontra n-nirien”;

(17)

titħassar ir-ringiela 90;

(18)

tiddaħħal ir-ringiela 90a li ġejja:

“90 a.

EN 45545-4:2024

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Protezzjoni ta’ vetturi ferrovjarji kontra n-nar – Parti 4: Rekwiżiti tas-sikurezza kontra n-nirien għad-disinn tar-rolling stock”;

(19)

ir-ringieli 104, 105 u 106 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“104.

EN 50463-1:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord il-ferroviji – Parti 1: Ġenerali

EN 50463-1:2017/A1:2024


105.

EN 50463-2:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord il-ferroviji – Parti 2: Kejl tal-enerġija

EN 50463-2:2017/A1:2024


106.

EN 50463-3:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord ferroviji – Parti 3: Immaniġġjar ta’ data

EN 50463-3:2017/A1:2024”;

(20)

tiddaħħal ir-ringiela 114a li ġejja:

“114 a.

EN 50716:2023

Applikazzjonijiet Ferrovjarji – Rekwiżiti għall-iżvilupp tas-software”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/424/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)