|
30.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/16 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9998 — Sumitomo/Tech Mahindra/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 412/14)
1.
Fid-19 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sumitomo Corporation (“Sumitomo”, il-Ġappun), |
|
— |
Tech Mahindra Limited (“Tech Mahindra”, l-Indja), |
|
— |
SCTM Engineering Corporation (il-“Kumpanija fil-Mira”, il-Ġappun), impriż bi sħab (joint venture, JV) maħluqa ġdida u kkontrollata bi sħab minn Sumitomo Corporation u Tech Mahindra. |
Sumitomo u Tech Mahindra jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma fil-kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Sumitomo: Hija kumpanija tal-kummerċ u tal-investiment, li tipprovdi firxa ta’ servizzi u prodotti f’setturi bħalma huma l-kummerċ ta’ prodotti tal-metall, sistemi tat-trasport u tal-kostruzzjoni, l-ambjent u l-infrastruttura, il-media, in-networks u l-prodotti marbuta mal-istil ta’ ħajja, ir-riżorsi minerali, l-enerġija, il-kimiċi u l-elettronika, |
|
— |
Tech Mahindra: Hija kumpanija tat-teknoloġija globali li tipprovdi servizzi ta’ informatika u ta’ esternalizzazzjoni ta’ proċessi ta’ negozju lil klijenti tul firxa wiesgħa ta’ industriji, fosthom tat-telekomunikazzjonijiet, tal-media u d-divertiment, tal-manifattura, tas-servizzi bankarji u finanzjarji, tax-xjenzi tal-ħajja, prodotti mill-ħwienet u tal-konsumaturi u taż-żejt u l-gass, |
|
— |
il-Kumpanija fil-Mira: Hija se tipprovdi servizzi tal-inġinerija lis-settur tal-karozzi, inġinerija ta’ prodotti tal-karozzi, sistemi ta’ assistenza lis-sewwieqa (advanced driver assistance systems, ADAS), sewqan awtonomu, mill-vettura għal ma’ kollox (vehicle to everything, V2X) u teknoloġija tal-komunikazzjoni bla fili 5G, flimkien ma’ servizzi ta’ konnnesjoni u diġitali fis-settur tal-karozzi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9998 — Sumitomo/Tech Mahindra/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regoament dwar l-Għaqdiet”).