|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2348 |
26.10.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2348
tat-23 ta’ Ottubru 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi metilester tal-aċidu 2,5-diklorobenżojku, aċekinoċil, aċidu aċetiku, fosfur tal-aluminju, amidosulfuron, buprofeżin, karbur tal-kalċju, emamektin, etilen, aċidi grassi C7 sa C20, fenoxaprop-P, flonikammid (IKI-220), alosulfuron-metil, sulfat tal-ħadid, fosfur tal-manjeżju, metamitron, żejt tal-larinġ, kwinmerak, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, sulkotrion, tembotrion, razez tat-Trichoderma asperellum ICC012, T25 u TV1, razza tat-Trichoderma atroviride T-11, razza tat-Trichoderma gamsii ICC080, razez tat-Trichoderma harzianum T-22 u ITEM 908, u fosfur taż-żingu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE (1) u 91/414/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-sustanzi attivi metilester tal-aċidu 2,5-diklorobenżojku, aċekinoċil, aċidu aċetiku, fosfur tal-aluminju, amidosulfuron, buprofeżin, karbur tal-kalċju, emamektin, etilen, aċidi grassi C7 sa C20, fenoxaprop-P, flonikammid (IKI-220), alosulfuron-metil, sulfat tal-ħadid, fosfur tal-manjeżju, metamitron, żejt tal-larinġ, kwinmerak, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, sulkotrion, tembotrion, razez tat-Trichoderma asperellum ICC012, T25 u TV1, razza tat-Trichoderma atroviride T-11, razza tat-Trichoderma gamsii ICC080, razez tat-Trichoderma harzianum T-22 u ITEM 908, u fosfur taż-żingu ġew approvati bħala sustanzi attivi għall-użu fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għal perjodu limitat ta’ żmien u l-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tagħhom qed jiġu evalwati attwalment skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/40/KE (2) inkludiet l-amidosulforon fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3) bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Diċembru 2018 u sussegwentement ġiet inkluża fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). L-approvazzjoni tal-amidosulforon ġiet estiża seba’ darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/787 (5) sat-30 ta’ Novembru 2026. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/66/KE (6) inkludiet il-fenoxaprop-P fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Diċembru 2018 u sussegwentement ġiet inkluża fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tal-fenoxaprop-P ġiet estiża disa’ darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/787 sat-30 ta’ Novembru 2026. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/113/KE (7) inkludiet ir-razez tat-Trichoderma asperellum ICC012, T25 u TV1, ir-razza tat-Trichoderma atroviride T-11, ir-razza tat-Trichoderma gamsii ICC080, ir-razez tat-Trichoderma harzianum T-22 u ITEM 908 fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanzi attivi sat-30 ta’ April 2019 u sussegwentement ġew inklużi fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi kollha ġew estiżi sitt darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/99 (8) sat-30 ta’ Novembru 2026. |
|
(5) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/125/KE (9) inkludiet il-metilester tal-aċidu 2,5-diklorobenżojku, il-fosfur tal-aluminju, il-fosfur tal-manjeżju, il-metamitron u s-sulkotrion fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanzi attivi sal-31 ta’ Awwissu 2019 u sussegwentement ġew inklużi fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjonijiet tal-metilester tal-aċidu 2,5-diklorobenżojku, tal-fosfur tal-aluminju, tal-fosfur tal-manjeżju, tal-metamitron u tas-sulkotrion ġew estiżi tliet darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1446 (10) sat-30 ta’ Novembru 2026. |
|
(6) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (11) inkludiet l-aċidu aċetiku, il-karbur tal-kalċju, l-etilen, l-aċidi grassi C7 sa C20 u s-sulfat tal-ħadid fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanzi attivi sal-31 ta’ Awwissu 2019 u sussegwentement ġew inklużi fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjonijiet tal-aċidu aċetiku, tal-karbur tal-kalċju u tal-etilen ġew estiżi tliet darbiet, tas-sulfat tal-ħadid ħames darbiet u tal-aċidi grassi C7 sa C20 sitt darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1446 għall-aċidu aċetiku, għall-karbur tal-kalċju, għall-etilen u għas-sulfat tal-ħadid sat-30 ta’ Novembru 2026, u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2221 (12) għall-aċidi grassi C7 sa C20 sal-1 ta’ Diċembru 2026. |
|
(7) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/29/UE (13) inkludiet il-flonicamid (IKI-220) fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Awwissu 2020 u sussegwentement ġiet inkluża fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tal-flonicamid (IKI-220) ġiet estiża darbtejn, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1446 sat-30 ta’ Novembru 2026. |
|
(8) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/85/UE (14) inkludiet il-fosfur taż-żingu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanza attiva sat-30 ta’ April 2021 u sussegwentement ġiet inkluża fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tal-fosfur taż-żingu ġiet estiża tliet darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1206 (15) sal-31 ta’ Diċembru 2026. |
|
(9) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/89/UE (16) inkludiet il-kwinmerak fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanza attiva sat-30 ta’ April 2021 u sussegwentement ġiet inkluża fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tal-kwinmerak ġiet estiża tliet darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1206 sal-31 ta’ Diċembru 2026. |
|
(10) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/6/UE (17) inkludiet il-buprofeżin fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Jannar 2021 u sussegwentement ġiet inkluża fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tal-buprofeżin ġiet estiża erba’ darbiet, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1489 (18) sal-15 ta’ Diċembru 2026. |
|
(11) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 356/2013 (19) approva s-sustanza attiva alosulfuron-metil sat-30 ta’ Settembru 2023 u inkludiha fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tal-alosulfuron-metil ġiet estiża darbtejn, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/99 sal-15 ta’ Novembru 2026. |
|
(12) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 828/2013 (20) approva s-sustanza attiva emamektin sat-30 ta’ April 2024 u inkludiha fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tal-emamektin ġiet estiża darbtejn, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2221 sal-15 ta’ Novembru 2026. |
|
(13) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1165/2013 (21) approva s-sustanza attiva żejt tal-larinġ sat-30 ta’ April 2024 u inkludiha fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni taż-żejt tal-larinġ ġiet estiża darbtejn, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1206 sal-31 ta’ Diċembru 2026. |
|
(14) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1192/2013 (22) approva s-sustanza attiva tembotrion sat-30 ta’ April 2024 u inkludiha fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tat-tembotrion ġiet estiża darbtejn, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1206 sal-31 ta’ Diċembru 2026. |
|
(15) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1195/2013 (23) approva s-sustanza attiva tijosulfat tal-fidda u s-sodju sat-30 ta’ April 2024 u inkludiha fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tat-tijosulfat tal-fidda u s-sodju ġiet estiża darbtejn, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1206 sal-31 ta’ Diċembru 2026. |
|
(16) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2014 (24) approva s-sustanza attiva aċekinoċil sat-30 ta’ April 2024 u inkludiha fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tal-aċekinoċil ġiet estiża darbtejn, l-iktar reċenti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2221 sal-15 ta’ Novembru 2026. |
|
(17) |
Peress li l-approvazzjonijiet ta’ dawn is-sustanzi attivi x’aktarx li jiskadu qabel ma jkunu ttieħdu deċiżjonijiet dwar it-tiġdid tagħhom bħala parti mill-proċeduri ta’ tiġdid li għaddejjin, il-Kummissjoni staqsiet lill-Istati Membri relaturi kkonċernati u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) dwar ir-raġunijiet għad-dewmien fil-proċeduri ta’ tiġdid ta’ dawn is-sustanzi attivi. Il-Kummissjoni staqsiet ukoll meta kien mistenni li jiġu ffinalizzati l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni tat-tiġdid mill-Istati Membri relaturi jew il-konklużjonijiet tal-Awtorità. |
|
(18) |
L-informazzjoni disponibbli, inkluż dik ipprovduta mill-Istati Membri relaturi u mill-Awtorità, turi li r-raġunijiet għad-dewmien f’kull waħda minn dawn il-proċeduri ta’ tiġdid ma humiex fil-kontroll tal-applikanti. |
|
(19) |
Għalhekk, filwaqt li titqies in-natura temporanja u eċċezzjonali tal-mekkaniżmu għall-estensjoni tal-approvazzjonijiet, il-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi jenħtieġ li jiġu estiżi għall-perjodu vvalutat kif meħtieġ, f’kull każ speċifiku u abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, biex jiġu ffinalizzati l-proċeduri rispettivi dwar it-tiġdid tal-approvazzjonijiet. Minħabba li l-valutazzjoni każ b’każ taż-żmien meħtieġ biex titlesta kull proċedura ta’ tiġdid hija bbażata fuq stimi, jenħtieġ li jitqies dan il-livell ta’ inċertezza. |
|
(20) |
L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi metilester tal-aċidu 2,5-diklorobenżojku, aċekinoċil, aċidu aċetiku, fosfur tal-aluminju, amidosulfuron, buprofeżin, karbur tal-kalċju, emamektin, etilen, aċidi grassi C7 sa C20, fenoxaprop-P, flonikammid (IKI-220), alosulfuron-metil, sulfat tal-ħadid, fosfur tal-manjeżju, metamitron, żejt tal-larinġ, kwinmerak, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, sulkotrion, tembotrion, razez tat-Trichoderma asperellum ICC012, T25 u TV1, razza tat-Trichoderma atroviride T-11, razza tat-Trichoderma gamsii ICC080, razez tat-Trichoderma harzianum T-22 u ITEM 908 ġew sottomessi u qed jiġu evalwati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (25). |
|
(21) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva metilester tal-aċidu 2,5-diklorobenżojku ġiet sottomessa fil-31 ta’ Awwissu 2016 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-26 ta’ Ottubru 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fit-13 ta’ Frar 2024, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwaru bejn it-12 ta’ Settembru u l-11 ta’ Novembru 2024. Fit-18 ta’ Settembru 2025, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fl-24 ta’ Ottubru 2025 qabel l-iskadenza mogħtija. Fit-30 ta’ Marzu 2026, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz rivedut tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità. L-Awtorità tistma li se tkun tista’ tiffinalizza l-konklużjoni tagħha għall-metilester tal-aċidu 2,5-diklorobenżojku għall-ħabta ta’ Jannar 2027, u peress li l-Kummissjoni se jkollha bżonn iż-żmien biex tadotta d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju sussegwenti, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 17-il xahar u 15-il jum, sal-15 ta’ Mejju 2028. |
|
(22) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva aċidu aċetiku ġiet sottomessa fit-30 ta’ Awwissu 2016 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fid-29 ta’ Settembru 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fit-23 ta’ April 2024, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dan bejn it-23 ta’ Frar u l-24 ta’ April 2026. L-Awtorità tistma li se tkun tista’ tiffinalizza l-konklużjoni tagħha għall-aċidu aċetiku sal-aħħar ta’ Diċembru 2027, u peress li l-Kummissjoni se jkollha bżonn iż-żmien biex tadotta d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju sussegwenti, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 23 xahar u 15-il jum, sal-15 ta’ Novembru 2028. |
|
(23) |
Ġew sottomessi żewġ applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fosfur tal-aluminju fit-30 ta’ Awwissu 2016 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-6 ta’ Ottubru 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħhom, u kkonkluda li kienu ammissibbli. L-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità. Fl-14 ta’ April 2023, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità. L-Awtorità tistma li se tkun tista’ tiffinalizza l-konklużjoni tagħha għall-fosfur tal-aluminju sal-aħħar ta’ Diċembru 2027, u peress li l-Kummissjoni se jkollha bżonn iż-żmien biex tadotta d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju sussegwenti, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 26 xahar, sal-31 ta’ Jannar 2029. |
|
(24) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva amidosulfuron ġiet sottomessa fit-18 ta’ Diċembru 2015 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fl-20 ta’ April 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fil-31 ta’ Ottubru 2018, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwaru bejn il-5 ta’ Ottubru u l-5 ta’ Diċembru 2022. Fit-23 ta’ Mejju 2019, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fil-25 ta’ Ġunju 2019 qabel l-iskadenza mogħtija. Fis-16 ta’ Diċembru 2019, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 (26), skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fit-13 ta’ Ġunju 2022 qabel l-iskadenza mogħtija. Fl-24 ta’ Lulju 2024, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni bdiet diskussjonijiet preliminari dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva amidosulfuron fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (“Kumitat Permanenti”) fit-2 ta’ Ottubru 2024. L-abbozz tar-rapport tat-tiġdid u l-abbozz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ġew diskussi għall-ewwel darba fil-Kumitat Permanenti fid-29 ta’ Ġunju 2026. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex il-Kumitat Permanenti jagħti l-opinjoni tiegħu u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 9 xhur, sal-31 ta’ Awwissu 2027. |
|
(25) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva buprofeżin ġiet sottomessa fid-29 ta’ Jannar 2019 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fil-11 ta’ Frar 2020 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fit-28 ta’ April 2022, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dan bejn id-9 ta’ Ġunju u t-8 ta’ Awwissu 2022. Fit-28 ta’ Ottubru 2022, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fit-30 ta’ Novembru 2022 qabel l-iskadenza mogħtija. Fl-24 ta’ Lulju 2023, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605, skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fl-10 ta’ Ottubru 2023 qabel l-iskadenza mogħtija. Fl-1 ta’ April 2025, l-Awtorità adottat il-konklużjoni aġġornata tagħha u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni bdiet diskussjonijiet preliminari dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva buprofeżin fil-Kumitat Permanenti fl-14 ta’ Mejju 2025. L-abbozz tar-rapport tat-tiġdid u l-abbozz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ġew diskussi għall-ewwel darba fil-Kumitat Permanenti fl-10 ta’ Diċembru 2025. Il-Kumitat Permanenti vvota favur il-proposta tal-Kummissjoni għan-nuqqas ta’ tiġdid tal-buprofeżin fil-25 ta’ Settembru 2026. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 3 xhur, sal-15 ta’ Marzu 2027. |
|
(26) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva karbur tal-kalċju ġiet sottomessa fit-30 ta’ Awwissu 2016 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fit-30 ta’ Settembru 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fil-11 ta’ Jannar 2024, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwaru bejn it-23 ta’ Settembru u t-22 ta’ Novembru 2024. Fit-23 ta’ April 2025, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant wieġeb fis-26 ta’ Mejju 2025 li ma setax jipprovdi data addizzjonali u talab biex il-konklużjoni tkun ibbażata fuq id-data li diġà kienet disponibbli. L-Awtorità tistma li se tkun tista’ tiffinalizza l-konklużjoni tagħha għall-karbur tal-kalċju sal-aħħar ta’ Ottubru 2026, u peress li l-Kummissjoni se jkollha bżonn iż-żmien biex tadotta d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju sussegwenti, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 14-il xahar, sal-31 ta’ Jannar 2028. |
|
(27) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva etilen ġiet sottomessa fit-23 ta’ Awwissu 2016 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fl-14 ta’ Ottubru 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità sal-aħħar ta’ Diċembru 2026. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura tat-tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 30 xahar, sal-31 ta’ Mejju 2029. |
|
(28) |
L-entrata aċidi grassi C7 sa C20 fiha tliet sustanzi attivi individwali — l-imlieħ tal-potassju mhux saturati tal-aċidi grassi C7-C18 u C18, l-aċidu kapriku u l-aċidu kapriliku. Fit-18 u fil-31 ta’ Awwissu 2016, rispettivament, ġew sottomessi żewġ applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva mlieħ tal-potassju mhux saturati tal-aċidi grassi C7-C18 u C18, fil-31 ta’ Awwissu 2016 ġiet sottomessa applikazzjoni waħda għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva aċidu kapriku u fil-31 ta’ Awwissu 2016 ġiet sottomessa applikazzjoni waħda għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva aċidu kapriliku. L-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fl-10 ta’ Ottubru 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħhom, u kkonkluda li kienu ammissibbli. L-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità. L-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapporti ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, fl-14 ta’ Lulju 2021 għall-imlieħ tal-potassju mhux saturati tal-aċidi grassi C7-C18 u C18 u fis-27 ta’ April 2021 kemm għall-aċidu kapriku kif ukoll għall-aċidu kapriliku. L-Awtorità wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi dwar rapporti għall-imlieħ tal-potassju mhux saturati tal-aċidi grassi C7-C18 u C18 bejn il-31 ta’ Marzu u t-30 ta’ Mejju 2023 u kemm għall-aċidu kapriku kif ukoll l-aċidu kapriliku bejn is-16 ta’ Marzu u l-15 ta’ Mejju 2023. Fis-26 ta’ Ottubru 2023, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għat-tliet sustanzi attivi kollha għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikanti ssottomettew dik l-informazzjoni fl-24 u fis-27 ta’ Novembru 2023, rispettivament, għall-imlieħ mhux saturati tal-aċidi grassi C7-C18 u C18 u fis-27 ta’ Novembru 2023 kemm għall-aċidu kapriku kif ukoll għall-aċidu kapriliku sal-iskadenza mogħtija. Fit-30 ta’ Ġunju 2023, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità. L-Awtorità tistma li se tkun tista’ tiffinalizza t-tliet konklużjonijiet kollha għall-aċidi grassi C7 sa C20 sal-aħħar ta’ Ottubru 2026, u peress li l-Kummissjoni se jkollha bżonn iż-żmien biex tadotta d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju sussegwenti, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 14-il xahar, sal-31 ta’ Jannar 2028. |
|
(29) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fenoxaprop-P ġiet sottomessa fil-15 ta’ Diċembru 2015 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fit-3 ta’ Frar 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fis-16 ta’ Marzu 2018, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwaru bejn it-22 ta’ Awwissu u l-21 ta’ Novembru 2022. Fis-7 ta’ Diċembru 2018, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fis-7 ta’ Jannar 2019 qabel l-iskadenza mogħtija. Fit-12 ta’ Lulju 2019, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605, skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fil-11 ta’ Jannar 2022 qabel l-iskadenza mogħtija. Fit-30 ta’ Settembru 2024, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni bdiet diskussjonijiet preliminari dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fenoxaprop-P fil-Kumitat Permanenti fl-4 ta’ Diċembru 2024. L-abbozz tar-rapport tat-tiġdid ġie diskuss għall-ewwel darba fil-Kumitat Permanenti fl-24 ta’ Settembru 2026. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex il-Kumitat Permanenti jagħti l-opinjoni tiegħu u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 9 xhur, sal-31 ta’ Awwissu 2027. |
|
(30) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva flonicamid (IKI-220) ġiet sottomessa fid-29 ta’ Awwissu 2017 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-7 ta’ Novembru 2017 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fil-5 ta’ Diċembru 2023, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dan bejn l-10 ta’ Ġunju u d-9 ta’ Awwissu 2024. Fis-16 ta’ Jannar 2025, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fl-14 ta’ Frar 2025 qabel l-iskadenza mogħtija. Fid-9 ta’ Marzu 2026, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni dwar il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605, skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, li trid tiġi sottomessa mill-applikant sad-9 ta’ Diċembru 2027 u s-sottomissjoni hija pendenti. L-Istat Membru relatur jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità sal-aħħar ta’ Ġunju 2029. L-Awtorità tistma li se tkun tista’ tiffinalizza l-konklużjoni tagħha għall-flonicamid (IKI-220) sal-aħħar ta’ Marzu 2029, u peress li l-Kummissjoni se jkollha bżonn iż-żmien biex tadotta d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju sussegwenti, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 34 xahar u 15-il jum, sal-15 ta’ Ottubru 2029. |
|
(31) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva alosulfuron-metil ġiet sottomessa fit-28 ta’ Settembru 2020 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fl-10 ta’ Diċembru 2020 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fit-8 ta’ Marzu 2023, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwar dan bejn l-14 ta’ Lulju u t-12 ta’ Settembru 2023. Fl-20 ta’ Novembru 2023, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fil-5 ta’ Jannar 2024 qabel l-iskadenza mogħtija. Fit-23 ta’ Mejju 2025, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni bdiet diskussjonijiet preliminari dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva alosulfuron-metil fil-Kumitat Permanenti fid-9 ta’ Lulju 2025. L-abbozz tar-rapport tat-tiġdid ġie diskuss għall-ewwel darba fil-Kumitat Permanenti fl-24 ta’ Settembru 2026. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex il-Kumitat Permanenti jagħti l-opinjoni tiegħu u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 9 xhur, sal-15 ta’ Awwissu 2027. |
|
(32) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva sulfat tal-ħadid ġiet sottomessa fl-24 ta’ Awwissu 2016 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-6 ta’ Settembru 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità sal-aħħar ta’ Diċembru 2027. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 42 xahar, sal-31 ta’ Mejju 2030. |
|
(33) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fosfur tal-manjeżju ġiet sottomessa fit-30 ta’ Awwissu 2016 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-6 ta’ Ottubru 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fl-14 ta’ April 2023, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità. L-Awtorità tistma li se tkun tista’ tiffinalizza l-konklużjoni tagħha għall-fosfur tal-manjeżju sal-aħħar ta’ Diċembru 2027, u peress li l-Kummissjoni se jkollha bżonn iż-żmien biex tadotta d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju sussegwenti, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 26 xahar, sal-31 ta’ Jannar 2029. |
|
(34) |
Ġew sottomessi tliet applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva metamitron fl-24, fil-25 u fid-29 ta’ Awwissu 2016, rispettivament, u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-27 ta’ Settembru, u fl-10 u fil-11 ta’ Ottubru 2016, rispettivament, li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħhom, u kkonkluda li kienu ammissibbli. L-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità sal-aħħar ta’ Frar 2027. Peress li hemm bżonn ta’ iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura tat-tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 32 xahar, sal-31 ta’ Lulju 2029. |
|
(35) |
Ġew sottomessi żewġ applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva sulkotrion fis-27 ta’ Lulju u fid-29 ta’ Awwissu 2016, rispettivament, u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fil-25 ta’ Ottubru 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħhom, u kkonkluda li kienu ammissibbli. L-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità. Fl-24 ta’ Awwissu 2022, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwaru bejn id-19 ta’ Frar u d-19 ta’ April 2024. Fil-5 ta’ Frar 2025, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikanti ssottomettew dik l-informazzjoni fil-5 ta’ Marzu 2025 qabel l-iskadenza mogħtija. L-Awtorità tistma li se tkun tista’ tiffinalizza l-konklużjoni tagħha għas-sulkotrion sal-aħħar ta’ April 2027, u peress li l-Kummissjoni se jkollha bżonn iż-żmien biex tadotta d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju sussegwenti, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 20 xahar u 15-il jum, sal-15 ta’ Awwissu 2028. |
|
(36) |
L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva għar-razez tat-Trichoderma asperellum ICC012, T25 u TV1 ġew sottomessi fis-27, fit-28 u fid-29 ta’ April 2016, rispettivament, u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-27 ta’ Mejju 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħhom, u kkonkluda li kienu ammissibbli. L-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità. Fil-31 ta’ Marzu 2021, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwarhom bejn l-10 ta’ Ġunju u d-9 ta’ Awwissu 2021 għar-razza ICC012, bejn il-15 ta’ Ġunju u l-14 ta’ Awwissu 2021 għar-razza T25, u bejn it-22 ta’ Ġunju u l-21 ta’ Awwissu 2021 għar-razza TV1. Fit-13 ta’ Ġunju 2022, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikanti ssottomettew dik l-informazzjoni għar-razez tat-Trichoderma asperellum ICC012, T25 u TV1 fit-12, fit-13 u fit-12 ta’ Lulju 2022, rispettivament, qabel l-iskadenza mogħtija. L-Awtorità tistma li se tkun tista’ tiffinalizza l-konklużjonijiet tagħha għar-razez tat-Trichoderma asperellum ICC012, T25 u TV1 sal-aħħar ta’ Ottubru 2026, u peress li l-Kummissjoni se jkollha bżonn iż-żmien biex tadotta d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju sussegwenti, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 14-il xahar, sal-31 ta’ Jannar 2028. |
|
(37) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva r-razza tat-Trichoderma atroviride T-11 ġiet sottomessa fid-29 ta’ April 2016 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-27 ta’ Mejju 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fil-31 ta’ Marzu 2021, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwarhom bejn il-11 ta’ Awwissu u l-10 ta’ Ottubru 2021. Fit-13 ta’ Ġunju 2022, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fit-13 ta’ Lulju 2022 qabel l-iskadenza mogħtija. L-Awtorità tistma li se tkun tista’ tiffinalizza l-konklużjoni tagħha għar-razza tat-Trichoderma atroviride T-11 sal-aħħar ta’ Ottubru 2026, u peress li l-Kummissjoni se jkollha bżonn iż-żmien biex tadotta d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju sussegwenti, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 14-il xahar, sal-31 ta’ Jannar 2028. |
|
(38) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva r-razza tat-Trichoderma gamsii ICC080 ġiet sottomessa fit-28 ta’ April 2016 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-27 ta’ Mejju 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità. Fil-31 ta’ Marzu 2021, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwaru bejn is-6 ta’ Awwissu u l-5 ta’ Ottubru 2021. Fit-13 ta’ Ġunju 2022, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikant issottometta dik l-informazzjoni fit-12 ta’ Lulju 2022 qabel l-iskadenza mogħtija. L-Awtorità tistma li se tkun tista’ tiffinalizza l-konklużjoni tagħha għar-razza tat-Trichoderma gamsii ICC080 sal-aħħar ta’ Ottubru 2026, u peress li l-Kummissjoni se jkollha bżonn iż-żmien biex tadotta d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju sussegwenti, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 14-il xahar, sal-31 ta’ Jannar 2028. |
|
(39) |
L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva għar-razez tat-Trichoderma harzianum T-22 u ITEM 908 ġew sottomessi fid-29 u fit-28 ta’ April 2016, rispettivament, u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-27 ta’ Mejju 2016 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħhom, u kkonkluda li kienu ammissibbli. L-applikazzjonijiet ġew ippubblikati mill-Awtorità. Fil-31 ta’ Marzu 2021, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwarhom bejn l-20 ta’ Lulju u d-19 ta’ Settembru 2021 għar-razza T-22, u bejn it-13 ta’ Lulju u l-11 ta’ Settembru 2021 għar-razza ITEM 908. Fit-13 ta’ Ġunju 2022, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-tiġdid skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-applikanti ssottomettew dik l-informazzjoni fil-11 ta’ Lulju 2022 qabel l-iskadenza mogħtija. Fit-3 ta’ Settembru 2026, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha għar-razza tat-Trichoderma harzianum T-22 u kkomunikatha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex il-Kumitat Permanenti jagħti l-opinjoni tiegħu u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju li jsegwu, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 14 xhur, sal-31 ta’ Jannar 2028. |
|
(40) |
Għas-sustanzi attivi metilester tal-aċidu 2,5-diklorobenżojku, aċekinoċil, aċidu aċetiku, etilen, sulfat tal-ħadid, fosfur tal-manjeżju, metamitron u sulkotrion, l-Awtorità, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, xorta tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikanti skont l-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, jekk tqis li dan ikun meħtieġ biex jiġu vvalutati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali ta’ dawk is-sustanzi attivi. Il-perjodi ta’ estensjoni proposti għal dawk is-sustanzi attivi ma jinkludu l-ebda żmien addizzjonali li jista’ jkun meħtieġ biex tiġi pprovduta u evalwata dik l-informazzjoni. |
|
(41) |
Ġew sottomessi applikazzjonijiet għat-tiġdid rispettiv tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċekinoċil, emamektin, żejt tal-larinġ, kwinmerak, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, tembotrion u fosfur taż-żingu u qed jiġu evalwati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (27). |
|
(42) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva aċekinoċil ġiet sottomessa fis-27 ta’ Mejju 2022 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fil-5 ta’ Mejju 2023 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwarha bejn it-8 ta’ Jannar u t-8 ta’ Marzu 2024, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740. Fid-19 ta’ Frar 2026, l-Istat Membru relatur issottometta l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Awtorità. L-Awtorità tistma li se tkun tista’ tiffinalizza l-konklużjoni tagħha għall-aċekinoċil sal-aħħar ta’ Diċembru 2027, u peress li l-Kummissjoni se jkollha bżonn iż-żmien biex tadotta d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju sussegwenti, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 26 xahar, sal-15 ta’ Jannar 2029. |
|
(43) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva emamektin ġiet sottomessa fis-26 ta’ Novembru 2021 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fid-9 ta’ Settembru 2022 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwarha bejn l-24 ta’ Novembru 2023 u t-22 ta’ Jannar 2024, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 u jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Kummissjoni u lill-Awtorità f’Diċembru 2026. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura tat-tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 30 xahar, sal-15 ta’ Mejju 2029. |
|
(44) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva żejt tal-larinġ ġiet sottomessa fit-22 ta’ Lulju 2021 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fit-8 ta’ Lulju 2022 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwarha bejn it-18 ta’ April u s-17 ta’ Ġunju 2024, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 u jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Kummissjoni u lill-Awtorità f’Ġunju 2027. Peress li hemm bżonn ta’ iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 35 xahar, sat-30 ta’ Novembru 2029. |
|
(45) |
Inizjalment ġew sottomessi żewġ applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva kwinmerak fit-23 u fil-25 ta’ April 2018 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-7 ta’ Mejju 2018 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħhom, u kkonkluda li kienu ammissibbli. Fis-27 ta’ Marzu 2021, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 sar applikabbli għall-kwinmerak. Applikazzjoni ġdida għat-tiġdid tal-approvazzjoni tagħha ġiet sottomessa f’konformità ma’ dak ir-Regolament fis-27 ta’ Lulju 2021 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fil-5 ta’ Ottubru 2023 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà skont l-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwarha bejn id-19 ta’ Frar u d-19 ta’ April 2024, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 u jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Kummissjoni u lill-Awtorità f’Diċembru 2026. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura tat-tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 29 xahar, sal-31 ta’ Mejju 2029. |
|
(46) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva tijosulfat tal-fidda u s-sodju ġiet sottomessa fit-30 ta’ Lulju 2021 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fid-29 ta’ April 2025 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-applikazzjoni ġiet ippubblikata mill-Awtorità, li wettqet konsultazzjoni pubblika dwarha bejn id-9 ta’ Settembru u t-8 ta’ Novembru 2025, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 u jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Kummissjoni u lill-Awtorità f’Ġunju 2027. Peress li hemm bżonn ta’ iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 35 xahar, sat-30 ta’ Novembru 2029. |
|
(47) |
L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva tembotrion ġiet sottomessa fis-26 ta’ Lulju 2021 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fit-22 ta’ April 2026 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 u jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Kummissjoni u lill-Awtorità f’Ottubru 2026. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura tat-tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 29 xahar, sal-31 ta’ Mejju 2029. |
|
(48) |
Inizjalment l-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fosfur taż-żingu ġiet sottomessa fil-25 ta’ April 2018 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 u l-Istat Membru relatur informa lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fit-18 ta’ Mejju 2018 li kien ivvaluta l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, u b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività tagħha, u kkonkluda li kienet ammissibbli. Fis-27 ta’ Marzu 2021, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 sar applikabbli għall-fosfur taż-żingu. Applikazzjoni ġdida għat-tiġdid tal-approvazzjoni tagħha ġiet sottomessa f’konformità ma’ dak ir-Regolament fit-28 ta’ Lulju 2021 u l-Istat Membru relatur għadu ma vvalutax l-ammissibbiltà skont l-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament. L-Istat Membru relatur ma ffinalizzax il-valutazzjonijiet tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 u jistma li se jkun jista’ jissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Kummissjoni u lill-Awtorità f’Diċembru 2027. Peress li hemm bżonn iktar żmien biex jitlestew il-passi li fadal fil-proċedura ta’ tiġdid, id-durata tal-estensjoni tal-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 41 xahar, sal-31 ta’ Mejju 2030. |
|
(49) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(50) |
Sabiex jiġi żgurat li l-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi kkonċernati jiġu estiżi qabel ma jiskadu, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(51) |
F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva elenkata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi d-data tal-iskadenza għall-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament jew fl-istess data prevista qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, skont liema data tiġi l-aħħar. F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi, kif ikun xieraq skont iċ-ċirkostanzi, l-eqreb data tal-applikazzjoni possibbli. |
|
(52) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/40/KE tat-28 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-amidosulfuron u n-nicosulfuron bħala sustanzi attivi (ĠU L 87, 29.3.2008, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/40/oj).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/414/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal- 25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/540/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/787 tal-24 ta’ April 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1,4-dimetilnaftalina, amidosulfuron, bentażon, bixafen, clomazone, fenoxaprop-P, fludioxonil, fluoxastrobin, flutolanil, fluksapirossad, gibberellic acid, gibberellins, ħalauksifen-metil, mecoprop-P, żejt tal-paraffin, pentijopirad, pirimiphos-methyl, propamocarb, propiżammid, prothioconazole, rimsulfuron, sedaxane u sulfoksaflor (ĠU L, 2025/787, 25.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/787/oj).
(6) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/66/KE tat-30 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-bifenox, id-diflufenican, il-fenoxaprop-P, il-fenpropidin u l-quinoclamine bħala sustanzi attivi (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/66/oj).
(7) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/113/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ bosta mikroorganiżmi bħala sustanzi attivi (ĠU L 330, 9.12.2008, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/113/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/99 tal-21 ta’ Jannar 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), Bacillus amyloliquefaciens subsp. plantarum D747, benalaksil-M, ċiprodinil, diklorprop-P, formetanat, fosetil, alosulfuron-metil, imazamox, milbemektin, fenmedifam, pirimikarb, Pseudomonas sp. tar-razza DSMZ 13134, pirimetanil, pirjofenon, pirossulam, spinosad, kubrit, Trichoderma harzianum Rifai tar-razez T-22 u ITEM 908, Trichoderma asperellum (li qabel kienet T. harzianum) tar-razez ICC012, T-25 u TV-1, Trichoderma atroviride (li qabel kienet T. harzianum) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (li qabel kienet T. viride) tar-razza ICC080, it-tritikonażol u ż-żiram (ĠU L, 2025/99, 22.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/99/oj).
(9) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/125/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol bħala sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/125/oj).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1446 tat-12 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, sulfat tal-ammonju tal-aluminju, aluminium phosphide, silikat tal-aluminju, calcium carbide, cymoxanil, dodemorph, ethylene, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, flonicamid (IKI-220), gibberellic acid, gibberellins, alosulfuron-metil, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, maltodestrina, metamitron, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, piretrini, sulcotrione, tebuconazole u urea (ĠU L 178, 13.7.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1446/oj).
(11) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ bosta sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/127/oj).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2221 tas-6 ta’ Settembru 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċekinoċil, silikat tal-aluminju, emamektin, l-aċidi xaħmin C7 sa C20, pendimetalina, iż-żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza u triklopir (ĠU L, 2024/2221, 9.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2221/oj).
(13) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/29/UE tas-27 ta’ April 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-flonicamid (IKI-220) bħala sustanza attiva (ĠU L 106, 28.4.2010, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/29/oj).
(14) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/85/UE tat-2 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-fosfid taż-żingu bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/941/KE (ĠU L 317, 3.12.2010, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/85/oj).
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1206 tad-29 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, ażadiraktin, bupirimat, ditijanon, dodina, fluwometuron, eżitjażoks, isossaben, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, prosulfuron, kwinmerak, sintofen, tijosulfat tal-fidda tas-sodju, tau-fluvalinat, tebufenożid, tembotrijon u fosfid taż-żingu (ĠU L, 2024/1206, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1206/oj).
(16) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/89/UE tas-6 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tiġi inkluża l-quinmerac bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE (ĠU L 320, 7.12.2010, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/89/oj).
(17) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/6/UE tal-20 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-buprofeżin bħala sustanza attiva (ĠU L 18, 21.1.2011, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/6/oj).
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1489 tal-24 ta’ Lulju 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi ametoktradin, ir-razez ATCC 74040 u GHA ta’ Beauveria bassiana, buprofeżin, clodinafop, komposti tar-ram, ċiflumetofen, daminozide, flupiradifuron, Helicoverpa armigera nucleopolyhedrovirus, mandestrobin, mandipropammid, metam, pyraclostrobin, rescalure, Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, ir-razza WYEC 108 ta’ Streptomyces lydicus, ir-razza T34 ta’ Trichoderma asperellum u r-razza I-1237 Trichoderma atroviride (ĠU L, 2025/1489, 25.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1489/oj).
(19) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 356/2013 tat-18 ta’ April 2013 li japprova s-sustanza attiva alosulfuron metil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/356/oj).
(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 828/2013 tad-29 ta’ Awwissu 2013 li japprova s-sustanza attiva emamektin, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 232, 30.8.2013, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/828/oj).
(21) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1165/2013 tat-18 ta’ Novembru 2013 li japprova s-sustanza attiva żejt tal-larinġ, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 309, 19.11.2013, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1165/oj).
(22) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1192/2013 tat-22 ta’ Novembru 2013 li japprova s-sustanza attiva tembotrion, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 314, 23.11.2013, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1192/oj).
(23) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1195/2013 tat-22 ta’ Novembru 2013 li japprova s-sustanza attiva tijosulfat tal-fidda u s-sodju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 315, 26.11.2013, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1195/oj).
(24) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2014 tal-14 ta’ Mejju 2014 li japprova s-sustanza attiva aċekinoċil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 143, 15.5.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/496/oj).
(25) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/844/oj).
(26) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta’ April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/605/oj).
(27) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1740/oj).
ANNESS
1.
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:|
(1) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 169, Amidosulfuron, id-data hija sostitwita bid-data “il-31 ta’ Awwissu 2027”; |
|
(2) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 182, Fenoxaprop-P, id-data hija sostitwita bid-data “il-31 ta’ Awwissu 2027”; |
|
(3) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 204, ir-razza tat-Trichoderma atroviride (li qabel kienet T. harzianum) T-11, id-data hija sostitwita bid-data “il-31 ta’ Jannar 2028”; |
|
(4) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 206, ir-razez tat-Trichoderma harzianum Rifai T-22 u ITEM 908, id-data hija sostitwita bid-data “il-31 ta’ Jannar 2028”; |
|
(5) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 207, ir-razez tat-Trichoderma asperellum (li qabel kienet T. harzianum) ICC012, T25 u TV1, id-data hija sostitwita bid-data “il-31 ta’ Jannar 2028”; |
|
(6) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 208, ir-razza tat-Trichoderma gamsii (li qabel kienet T. viride) ICC080, id-data hija sostitwita bid-data “il-31 ta’ Jannar 2028”; |
|
(7) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 218, Aċidu aċetiku, id-data hija sostitwita bid-data “il-15 ta’ Novembru 2028”; |
|
(8) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 223, Karbur tal-kalċju, id-data hija sostitwita bid-data“il-31 ta’ Jannar 2028”; |
|
(9) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 227, Etilen, id-data hija sostitwita bid-data “il-31 ta’ Mejju 2029”; |
|
(10) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 230, Aċidi grassi C7 sa C20, id-data hija sostitwita bid-data “il-31 ta’ Jannar 2028”; |
|
(11) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 235, Sulfat tal-ħadid, id-data hija sostitwita bid-data “il-31 ta’ Mejju 2030”; |
|
(12) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 260, Fosfur tal-aluminju, id-data hija sostitwita bid-data “il-31 ta’ Jannar 2029”; |
|
(13) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 262, Fosfur tal-manjeżju, id-data hija sostitwita bid-data “il-31 ta’ Jannar 2029”; |
|
(14) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 265, Metilester tal-aċidu 2,5-diklorobenżojku, id-data hija sostitwita bid-data “il-15 ta’ Mejju 2028”; |
|
(15) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 266, Metamitron, id-data hija sostitwita bid-data “il-31 ta’ Lulju 2029”; |
|
(16) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 267, Sulkotrion, id-data hija sostitwita bid-data “il-15 ta’ Awwissu 2028”; |
|
(17) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 305, Flonicamid (IKI-220), id-data hija sostitwita bid-data “il-15 ta’ Ottubru 2029”; |
|
(18) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 311, Kwinmerak, id-data hija sostitwita bid-data “il-31 ta’ Mejju 2029”; |
|
(19) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 314, Fosfur taż-żingu, id-data hija sostitwita bid-data “il-31 ta’ Mejju 2030”; |
|
(20) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 320, Buprofeżin, id-data hija sostitwita bid-data “il-15 ta’ Marzu 2027”. |
2.
Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:|
(1) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 35, Alosulfuron-metil, id-data hija sostitwita bid-data “il-15 ta’ Awwissu 2027”; |
|
(2) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 49, Emamektin, id-data hija sostitwita bid-data “il-15 ta’ Mejju 2029”; |
|
(3) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 56, Żejt tal-larinġ, id-data hija sostitwita bid-data “it-30 ta’ Novembru 2029”; |
|
(4) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 59, Tembotrion, id-data hija sostitwita bid-data “il-31 ta’ Mejju 2029”; |
|
(5) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 63, Tijosulfat tal-fidda u s-sodju, id-data hija sostitwita bid-data “it-30 ta’ Novembru 2029”; |
|
(6) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 72, Aċekinoċil, id-data hija sostitwita bid-data “il-15 ta’ Jannar 2029”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2348/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)