02013D0184 — MT — 25.04.2020 — 010.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/184/PESK tat-22 ta’ April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111 23.4.2013, p. 75) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 111 |
84 |
15.4.2014 |
||
|
L 110 |
14 |
29.4.2015 |
||
|
L 106 |
23 |
22.4.2016 |
||
|
L 108 |
35 |
26.4.2017 |
||
|
L 108 |
29 |
27.4.2018 |
||
|
L 160I |
9 |
25.6.2018 |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1126 tal-10 ta' Awwissu 2018 |
L 204 |
53 |
13.8.2018 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/2054 tal-21 ta' Diċembru 2018 |
L 327I |
5 |
21.12.2018 |
|
|
L 114 |
18 |
30.4.2019 |
||
|
L 130 |
25 |
24.4.2020 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/184/PESK
tat-22 ta’ April 2013
dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK
KAPITOLU I
RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI
Artikolu 1
1. Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir u partijiet ta' rikambju paramilitari għal dawk imsemmija hawn qabel, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, lill-Mjanmar/Burma miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew li jużaw il-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru irreġistrati bil-bandiera tagħhom, sew jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u sew jekk le.
2. Għandu jiġi pprojbit:
il-forniment ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra relatati ma' attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet ta' rikambju għal dawn imsemmija hawn qabel, kif ukoll għal tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, direttament jew indirettament fuq kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma;
il-forniment ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, kif ukoll ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, jew għall-forniment ta' assistenza teknika, senserija u servizzi oħra relatati direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma;
il-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jiġu evitati l-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jew (b).
Artikolu 1a
1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni diretti jew indiretti tal-oġġetti b'użu doppju u t-teknoloġija kollha elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 ( 1 ) għall-użu militari fil-Myanmar/Burma, jew lil kwalunkwe utent finali militari jew lill-Pulizija tal-Fruntiera fil-Myanmar/Burma minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, għandhom jiġu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom jew le.
2. Għandu jiġi pprojbit:
il-forniment ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħrajn relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawn l-oġġetti u t-teknoloġija, b'mod dirett jew indirett, lil kwalunkwe utent finali militari jew lill-Pulizija tal-Fruntiera fil-Myanmar/Burma, jew għall-użu militari fil-Myanmar/Burma;
il-forniment ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti jew teknoloġija, jew għall-għoti ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra relatati, b'mod dirett jew indirett, lil kwalunkwe utent finali militari jew lill-Pulizija tal-Fruntiera fil-Myanmar/Burma, jew għall-użu militari fil-Myanmar/Burma.
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti konklużi qabel is-27 ta' April 2018 jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.
Artikolu 2
1. L-Artikoli 1 u 1a ma għandhomx japplikaw għal:
il-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tagħmir militari li mhux letali, jew ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna jew għall-oġġetti b'użu doppju u t-teknoloġija elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009 maħsuba biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi tan-NU u tal-UE għall-bini ta' istituzzjonijiet, jew ta' materjal maħsub għal operazzjonijiet tal-UE u n-NU għall-maniġġar ta' kriżijiet;
il-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tagħmir għat-tneħħija ta' mini u materjal għall-użu f'operazzjonijiet tat-tneħħija ta' mini;
il-forniment ta' finanzjament u assistenza finanzjarja relatati ma' tali tagħmir jew ma' tali programmi u operazzjonijiet;
il-forniment ta' assistenza teknika relatata ma' tali tagħmir jew ma' tali programmi u operazzjonijiet;
bil-kondizzjoni li tali esportazzjonijiet ikunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.
2. L-Artikolu 1 u 1a ma għandhomx japplikaw għal ilbies protettiv, inkluż ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Myanmar/Burma mill-persunal tan-NU, persunal tal-UE jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u l-ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.
Artikolu 3
1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir, teknoloġija jew software maħsubin primarjament għal użu ta' monitoraġġ jew interċettazzjoni mill-Gvern tal-Myanmar/Burma, jew f'ismu, tal-Internet u tal-komunikazzjoni telefonika fuq netwerks mobbli jew fissi fil-Myanmar/Burma, inkluż l-għoti ta' kwalunkwe tip ta' servizz ta' monitoraġġ jew interċettazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjoni jew tal-Internet, kif ukoll il-forniment ta' assistenza finanzjarja u teknika għall-installazzjoni, it-tħaddim jew l-aġġornament ta' tali tagħmir, teknoloġija jew software, minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri għandhom jiġu pprojbiti.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software, inkluż l-għoti ta' kwalunkwe tip ta' servizz ta' monitoraġġ jew interċettazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjoni jew tal-Internet, kif ukoll il-forniment relatat ta' assistenza finanzjarja u teknika, imsemmija fil-paragrafu 1 jekk huma jkollhom raġunijiet validi biex jiddeterminaw li t-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software ma jintużawx għar-repressjoni interna mill-gvern, korpi pubbliċi, korporazzjonijiet jew aġenziji tal-Myanmar/Burma, jew minn kwalunkwe persuna jew entità li topera f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu, fi żmien erba' ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.
3. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li jridu jiġu koperti b'dan l-Artikolu.
KAPITOLU II
RESTRIZZJONIJIET FUQ IT-TAĦRIĠ MILITARI U L-KOOPERAZZJONI MILITARI
Artikolu 4
1. Il-forniment ta' taħriġ militari lill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u lill-Pulizija tal-Fruntiera, jew il-kooperazzjoni militari magħhom għandu jiġi pprojbit.
2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal taħriġ jew kooperazzjoni immirati lejn it-tisħiħ tal-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt jew ir-rispett għad-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.
KAPITOLU III
RESTRIZZJONIJIET FUQ L-AMMISSJONI
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta':
persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma;
persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għat-tfixkil tal-għoti ta' assistenza umanitarja lill-popolazzjoni ċivili fil-bżonn;
persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għat-tfixkil tat-twettiq ta' investigazzjonijiet indipendenti tal-ksur jew l-abbużi serji allegati tad-drittijiet tal-bniedem, jew
persuni fiżiċi assoċjati mal-persuni fiżiċi msemmija fil-punti (a), (b) u (c),
kif elenkat fl-Anness.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu ta' ċittadini tiegħu stess.
3. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'obbligu tad-dritt internazzjonali, jiġifieri:
bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;
bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqa' min-NU, jew taħt l-awspiċi tagħha;
skont xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew
skont it-Trattat ta' Konċiljazzjoni (Patt Lateran) tal-1929 konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
4. Il-paragrafu 3 għandu jitqies li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru jkun il-pajjiż li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5. Il-Kunsill għandu jkun infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 3 jew 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti skont il-paragrafu 1 meta l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għar-raġuni ta' bżonn umanitarju urġenti, jew għal raġunijiet ta' attendenza għal laqgħat intergovernattivi u dawk promossi jew ospitati mill-Unjoni Ewropea, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi b'mod dirett l-objettivi ta' politika tal-miżuri restrittivi, inkluż id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
7. Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija sakemm membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma joġġezzjonax bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tasal in-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8. Fejn, skont il-paragrafi 3, 4, 6 jew 7 Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, tal-persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih ingħatat u għall-persuni kkonċernati minnu.
KAPITOLU IV
IFFRIŻAR TA' FONDI U RIŻORSI EKONOMIĊI
Artikolu 6
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta', miżmuma jew kontrollati minn:
persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma;
persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għat-tfixkil tal-għoti tal-assistenza umanitarja għall-popolazzjoni ċivili fil-bżonn;
persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għat-tfixkil tat-twettiq ta' investigazzjonijiet indipendenti tal-ksur jew l-abbużi serji allegati tad-drittijiet tal-bniedem; jew
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati mal-persuni fiżiċi msemmija fil-punti (a), (b) u (c),
kif elenkat fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness.
3. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, skont il-kondizzjonijiet li hi tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti ta' tali persuni fiżiċi, inkluż pagamenti għal ikel, kera jew garanziji ipotekarji, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew
ser jitħallsu f'kont jew jinħarġu minnu ta' missjoni diplomatika jew konsulari, jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sakemm tali pagamenti huma maħsubin biex jintużaw għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.
4. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmijin fil-paragrafu 1 ikunu ġew elenkati fl-Anness, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja li tkun eżegwibbli fl-Istat Membru konċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fi ħdan il-limiti stabbiliti fil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li għandhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.
5. Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness milli jagħmlu pagament dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li rriżulta għal, persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness qabel id-data li fiha tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikunu ġew elenkati fih, dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun iddetermina li l-pagament ma jkunx fi ksur tal-paragrafu 3.
6. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;
pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew
pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fl-Unjoni jew li huma eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat,
dment li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 7
1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.
2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż ir-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernati, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, li jipprovdi lil tali persuna, entità jew korp b'opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.
3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet jew evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernati skont il-każ.
Artikolu 8
1. L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikoli 5(1) u 6(1).
2. L-Anness għandu jinkludi wkoll, meta tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi: ismijiet, inkluż il-psewdonimi; id-data u l-post ta' twelid; in-nazzjonalità; in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità; is-sess; l-indirizz, jekk magħruf; u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.
Artikolu 9
Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 10
Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew xi pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull forma, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi deżinjati elenkati fl-Anness;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta' waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi imsemmija fil-punt (a) jew f'isimhom.
Artikolu 11
Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 12
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ April 2021. Għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.
Artikolu ►M5 13 ◄
Id-Deċiżjoni 2010/232/PESK hija b'dan imħassra.
Artikolu ►M5 14 ◄
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
ANNESS
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi imsemmija fl-Artikoli 5(1) u 6(1)
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni fil-lista |
|
1. |
Aung Kyaw Zaw |
Data tat-twelid: 20 ta' Awwissu 1961 Sess: raġel Numru tal-passaport: DM000826 Data tal-ħruġ: 22 ta' Novembru 2011 Data tal-iskadenza: 21 ta' Novembru 2021 Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 17444 |
Il-Logutenent Ġeneral Aung Kyaw Zaw kien il-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 3 tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Awwissu 2015 sa tmiem l-2017. L-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 3 kellu f'idejh il-Kmand tal-Punent u, f'dak il-kuntest, il-Logutenent Ġeneral Aung Kyaw Zaw hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Kmand tal-Punent matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
|
2. |
Maung Maung Soe |
Data tat-twelid: Marzu 1964 Sess: raġel Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: Tatmadaw Kyee 19571 |
Il-Maġġur Ġeneral Maung Maung Soe kien il-Kmandant tal-Kmand tal-Punent tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Ottubru 2016 sal-10 ta' Novembru 2017 u kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari fl-Istat ta' Rakhine. F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Kmand tal-Punent matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
|
3. |
Than Oo |
Data tat-twelid: 12 ta’ Ottubru 1973 Sess: raġel Numru ta’ identifikazzjoni militari: BC 25723 |
Il-Brigadier Ġeneral Than Oo kien il-Kmandant tad-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) sa Mejju 2018. F’dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta’ Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mid-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta’ djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
|
4. |
Aung Aung |
Sess: raġel Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 23750 |
Il-Brigadier Ġeneral Aung Aung hu l-Kmandant tad-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mid-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
|
5. |
Khin Maung Soe |
Data tat-twelid: 1972 Sess: raġel |
Il-Brigadier Ġenerali Khin Maung Soe hu l-Kmandant tal-Kmand Operattiv Militari 15, kultant magħruf ukoll bħala l-15-il Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa, tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), li taħtha hemm il-Battaljun Nru 564 tal-Infanterija. F'dak il-kuntest, huwa responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mill-Kmand Operattiv Militari 15, b'mod partikolari l-Battaljun tal-Infanterija Nru 564. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
|
6. |
Thura San Lwin |
Data tat-twelid: 17 ta' Marzu 1957 Sess: raġel |
Il-Brigadier Ġenerali Thura San Lwin kien il-Kmandant tal-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera minn Ottubru 2016 sa' kmieni f'Ottubru 2017. F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
|
7. |
Thant Zin Oo |
Sess: raġel |
Thant Zin Oo hu l-Kmandant tat-Tmien Battaljun tal-Pulizija tas-Sigurtà. F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mit-Tmien Battaljun tal-Pulizija tas-Sigurtà. Il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jinkludi qtil illegali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. Dak il-ksur twettaq flimkien ma', u bħala appoġġ dirett għal, id-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) immexxija mill-Brigadier Ġeneral Aung Aung. Thant Zin Oo hu għaldaqstant assoċjat mal-persuna elenkata, il-Brigadier Ġeneral Aung Aung. |
25.6.2018 |
|
8. |
Ba Kyaw |
Sess: raġel |
Ba Kyaw huwa Surġent tal-Persunal fil-564 Battaljun tal-Infanterija Ħafifa (BIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa wettaq atroċitajiet u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom qtil, deportazzjoni u tortura, fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017. B'mod partikolari, ġie identifikat bħala wieħed mill-awturi ewlenin tal-massakru ta' Maung Nu tas-27 ta' Awwissu 2017. |
21.12.2018 |
|
9. |
Tun Naing |
Sess: raġel |
Tun Naing huwa l-Uffiċjal Kmandant tal-bażi tal-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera (PGF) f'Taung Bazar. F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine li twettqu mill-PGF F'Taung Bazar qabel, għall-ħabta ta' jew wara l-25 ta' Awwissu 2017, fosthom detenzjoni furzata, trattament ħażin u tortura. |
21.12.2018 |
|
10. |
Khin Hlaing |
Data tat-twelid: 2 ta' Mejju 1968 Sess: raġel |
Il-Brigadier Ġeneral Khin Hlaing huwa l-eks-Kmandant tad-99 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa (DIĦ) u l-Kmandant attwali tal-Kmand tal-Grigal tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Bħala l-Kmandant tad-99 DIĦ huwa ssorvelja l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Shan fl-2016 u l-bidu tal-2017. F'dak il-kuntest, huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fuq minoranza etnika ta' raħħala fl-Istat ta' Shan fit-tieni nofs tal-2016 mid-99 DIĦ. Dawn jinkludu l-qtil illegali, id-detenzjoni furzata u l-qerda tal-villaġġi. |
21.12.2018 |
|
11. |
Aung Myo Thu |
Sess: raġel |
Il-Maġġur Aung Myo Thu huwa l-Kmandant tal-Unità Operazzjonali tat-33 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa (DIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Bħala l-Kmandant tal-Unità Operazzjonali tat-33 DIĦ huwa kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Rakhine fl-2017. F'dak il-kuntest, hu responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mit-33 DIĦ. Dawn jinkludu l-qtil illegali, il-vjolenza sesswali u d-detenzjoni furzata. |
21.12.2018 |
|
12. |
Thant Zaw Win |
Sess: raġel |
Thant Zaw Win huwa Maġġur fil-564 Battaljun tal-Infanterija Ħafifa (BIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dik il-kapaċità, huwa kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Rakhine u huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-564 BIĦ, b'mod partikolari fil-villaġġ ta' Maung Nu u madwaru fis-27 ta' Awwissu 2017. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
21.12.2018 |
|
13. |
Kyaw Chay |
Sess: raġel |
Kyaw Chay huwa Kapural fil-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera (PGF). Qabel kien ibbażat f'Zay Di Pyin u kien l-Uffiċjal Kmandant tal-bażi tal-PGF f'Zay Di Pyin fil-perijodu għall-ħabta tal-25 ta' Awwissu 2017 meta twettqet sensiela ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-PGF taħt il-kmand tiegħu. F'dak il-kuntest, hu responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-PGF fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine f'dak il-perijodu. Huwa ħa sehem ukoll fil-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Dan il-ksur jinkludi t-trattament ħażin tad-detenuti u t-tortura. |
21.12.2018 |
|
14. |
Nyi Nyi Swe |
Sess: raġel |
Il-Ġeneral Maġġur Nyi Nyi Swe huwa l-eks-Kmandant tal-Kmand tat-Tramuntana tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fl-Istat ta' Kachin minn Mejju 2016 sa April 2018 (sal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Kmand tal-Lbiċ) mill-Kmand tat-Tramuntana, fosthom it-trattament ħażin tal-persuni ċivili. Huwa responsabbli wkoll mit-tfixkil tal-għoti ta' assistenza umanitarja lill-persuni ċivili fil-bżonn fl-Istat ta' Kachin f'dak il-perijodu, b'mod partikolari l-imblokkar tat-trasporti tal-ikel. |
21.12.2018 |
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).