|
19.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9144 — Michael Kors/Gianni Versace)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 378/06)
1.
Fil-11 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Michael Kors Holding Limited (“MKHL”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
Gianni Versace SpA (“Versace”, l-Italja). |
MKHL takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Versace kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— MKHL: id-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura, id-distribuzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa, il-bejgħ bl-imnut u l-liċenzjar mad-dinja kollha ta’ prodotti ta’ lussu tal-marki tad-ditta Michael Kors u Jimmy Choo, bħalma huma aċċessorji ta’ lussu, xedd is-saqajn u lbies,
— Versace: id-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura, id-distribuzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa, il-bejgħ bl-imnut u l-liċenzjar mad-dinja kollha ta’ prodotti ta’ lussu tal-marki tad-ditta Versace, bħalma huma aċċessorji ta’ lussu, xedd is-saqajn u lbies.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9144 — Michael Kors/Gianni Versace
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).