20.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/40


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9314 — Sogelamir/AddUp/PrintSky)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 209/08)

1.   

Fil-11 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Sogelamir S.A. (“Sogecair”, Franza), li hija proprjetà tas-Sogecamir Group,

—

Addup SAS (“Addp”, Franza), li hija proprjetà tal-Gruppi Michelin u Fives.

Sogeclomir u AddUp jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture (JV) (“PrintsSky”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Sogeclair: ajrunawtika u inġinerija spazjali, inġinerija għad-disinn u l-produzzjoni tal-ispeċifikazzjoni ta’ vetturi ċivili u militari speċjali, u l-forniment u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet fil-qasam ta’ simulaturi ta’ riċerka, studju u taħriġ, kif ukoll workshops u software ta’ simulazzjoni. Sogecimir hija attiva madwar id-dinja, prinċipalment fi Franza, il-Ġermanja, Spanja, ir-Renju Unit, il-Kanada u l-Istati Uniti tal-Amerika;

—   AddUp: il-manifattura ta’ soluzzjonijiet industrijali għall-istampar 3D ta’ metall li jvarjaw mid-disinn u l-manifattura ta’ magni, linji ta’ manifattura u servizzi assoċjati mat-tfassil mill-ġdid u l-manifattura ta’ partijiet tal-metall, fil-ħolqien ta’ prototipi jew serje u servizzi assoċjati. Hija topera madwar id-dinja (prinċipalment fi Franza, fl-Ewropa u fl-Amerika, iżda wkoll fl-Asja u l-Oċeanja) fis-setturi industrijali, tal-karozzi, mediku, ajrunawtiku u spazjali, u ta’ lussu;

—   PrintSky: maħsuba biex tiżviluppa u tikkummerċjalizza soluzzjonijiet tal-istampar 3D tal-metall fis-setturi tal-ajrunawtika, tal-ajruspazju u tad-difiża, li jikkonsistu esklussivament f’soluzzjonijiet ta’ kunċett ta’ provi, fl-Ewropa jew anki madwar id-dinja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9314 — Sogeclair/AddUp/PrintSky

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.