|
20.1.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
184 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru. 52/2006
22 ta' Diċembru 2005
li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2006
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni sena b'sena ta' TACs u kwoti (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jitlob lill-Kunsill jadotta l-miżuri neċessarji biex jiżgura aċċess għall-ibħra u r-riżorsi u l-insegwiment sostenibbli ta' attivitajiet tas-sajd, b'kont meħud ta' pariri xjentifiċi disponibbli u, b'mod partikolari, ir-rapport preparat mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd. |
|
(2) |
Taħt l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, huwa obbligu tal-Kunsill li jistabbilixxi limiti ta' opportunitajiet ta' sajd għal sajd jew grupp ta' sajd u l-allokazzjoni ta' dawn l-opportunitajiet lill-Istati Membri. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva ta' l-opportunitajiet tas-sajd, il-kondizzjonijiet speċifiċi li taħthom jitwettqu l-operazzjonijiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti. |
|
(4) |
Il-prinċipji u ċerti proċeduri għall-ġestjoni tas-sajd jeħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell Komunitarju, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw il-ġestjoni tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. |
|
(5) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistabbilixxi d-definizzjonijiet rilevanti dwar l-allokazzjoni ta' l-opportunitajiet tas-sajd. |
|
(6) |
Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96, il-ħażniet li huma soġġetti għall-bosta miżuri msemmija fih għandhom jiġu identifikati. |
|
(7) |
Opportunitajiet ta' sajd għandhom jiġu użati skond il-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-suġġett, u b'mod partikolari r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 ta' l-20 ta' Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-immarkar u d-dokumentazzjoni ta' bastimenti tas-sajd (3), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta' Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati għar-reġistrar ta' informazzjoni dwar il-qabdiet ta' ħut mill-Istati Membri (4), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd (5), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi disposizzjonijiet dettaljati dwar is-Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti bbażati fuq is-satellita (6), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 tat-22 ta' Settembru 1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi għall-bastimenti tas-sajd (7), u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta' Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta' statistiċi ta' qabdiet nominali mill-Istati Membri li jistadu fit-Tramuntana u l-Lvant ta' l-Atlantiku (8), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, il-belts u s-Sound (9). |
|
(8) |
Biex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni ta' ħażniet ta' ħut, ċerti miżuri supplimentari ta' kontroll u kondizzjonijiet tekniċi għas-sajd għandhom jiġu implimentati fl-2006. |
|
(9) |
Sabiex jiġi żgurat l-għajxien ta' sajjieda tal-Komunità u sabiex jiġi evitat l-ipperikolar tar-riżorsi u kwalunkwe possibbiltà ta' diffikultà minħabba l-iskadenza tar-Regolament (KE) Nru 27/2005, huwa importanti li dawn is-sajd jinfetħu fl-1 ta' Jannar 2006. Minħabba l-urġenza ta' din il-materja, huwa mandatorju li tiġi mogħtija eċċezzjoni għall-perijodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għas-sena 2006 għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut fil-Baħar Baltiku u l-kondizzjonijiet assoċjati li taħthom tali opportunitajiet ta' sajd jistgħu jintużaw.
Artikolu 2
Kamp ta' Applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal bastimenti tas-sajd Komunitarji (bastimenti Komunitarji) u bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta', u reġistrati fi, pajjiżi terzi li joperaw fil-Baħar Baltiku.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament m'għandux japplika għal operazzjonijiet ta' sajd imwettqa biss għall-fini ta' investigazzjonijiet xjentifiċi li huma mwettqa bil-permess u taħt l-awtorità ta' l-Istat Membru konċernat u li tagħhom il-Kummissjoni u l-Istat Membru f'dawk l-ibħra li fihom titwettaq ir-riċerka ġew infurmati minn qabel.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
B'żieda mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) għandhom ikunu kif definiti fir-Regolament (KEE) Nru 3880/91; |
|
(b) |
il-“Baħar Baltiku” tfisser id-Diviżjonijiet ICES IIIb, IIIċ u IIId; |
|
(ċ) |
“qabda totali permessa (TAC)” tfisser il-kwantità li tista' tittieħed minn kull ħażna kull sena; |
|
(d) |
“kwota” tfisser proporzjon tat-TAC allokat lill-Komunità, Stati Membru jew pajjiż terz. |
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TA' SAJD U KONDIZZJONIJIET ASSOĊJATI
Artikolu 4
Limiti ta' qbid u allokazzjonijiet
Il-limiti ta' qbid, l-allokazzjoni ta' tali limiti fost l-Istati Membri, u kondizzjonijiet addizzjonali skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) 847/96 huma mniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Disposizzjonijiet speċjali dwar allokazzjonijiet
1. L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilita fl-Anness I għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
|
(a) |
skambji magħmula skond l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; |
|
(b) |
allokazzjonijiet mill-ġdid magħmula skond l-Artikoli 21(4), 23(1) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93; |
|
(ċ) |
ħatt l-art addizzjonali permess taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
|
(d) |
kwantitajiet miżmuma skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
|
(e) |
tnaqqis magħmul skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
2. Għall-fini tal-kwoti miżmuma li jkunu se jiġu trasferiti għall-2007, l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika, b'deroga minn dak ir-Regolament, għall-ħażniet kollha soġġetti għal TAC analitiku.
Artikolu 16
Kondizzjonijiet għal qabdiet u qabdiet sekondarji
1. Ħut minn ħażniet li għalihom il-limiti ta' qbid huma ffissati għandhom jinżammu abbord jew jiġu żbarkati l-art biss jekk:
|
(a) |
il-qabdiet ikunu ttieħdu minn bastimenti ta' Stat Membru li jkollu kwota u dik il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita; |
|
(b) |
il-qabdiet jiffurmaw parti minn kwota Komunitarja u dik il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita, jew |
|
(ċ) |
speċji oħra apparti aringi u sardin huma mħallta ma' speċji oħra, il-qabdiet ikunu ttieħdu bi xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi jew tagħmir simili li d-daqs tal-malji tagħhom hu anqas minn 32 mm, u l-qabdiet mhumiex imqassma la abbord u lanqas mal-ħatt l-art. |
2. Il-ħatt l-art kollu għandu jgħodd kontra l-kwota rispettiva, ħlief għal qabdiet magħmula taħt il-paragrafu 1(ċ).
3. Fejn il-kwota għall-aringi allokata għal Stat Membru tiġi eżawrita, bastimenti li jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru, reġistrat fil-Komunità, u li joperaw fin-negozju tas-sajd li għalih tapplika l-kwota rilevanti m'għandhomx iħottu l-art qabdiet li mhumiex imqassma u li jkun fihom aringi.
Artikolu 7
Limiti ta' sforz tas-sajd
Limiti ta' sforz tas-sajd huma mniżżla fl-Anness II.
Artikolu 8
Miżuri tranżitorji tekniċi u ta' kontroll
Miżuri tranżitorji tekniċi u ta' kontroll huma mniżżla fl-Anness III.
KAPITOLU III
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 9
Trasmissjoni ta' data
Meta skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 Stati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-kwantitajiet ta' ħażniet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċi tal-ħażniet imniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 22 ta' Diċembru 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
B. BRADSHAW
(1) ĠU L 358, 29.8.1980, p. 59.
(2) ĠU L 115, 29.8.1980, p. 3.
(3) ĠU L 132, 29.8.1980, p. 9.
(4) ĠU L 276, ta' l-10.10.1983 p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1804/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 10).
(5) ĠU L 261, 29.8.1980, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 768/2005 (ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1).
(6) ĠU L 333, 29.8.1980, p. 17.
(7) ĠU L 274, ta' l-25.9.1986, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 3259/94 (ĠU L 339, 29.12.1994, p. 11).
(8) ĠU L 365, 29.8.1980, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 448/2005 (ĠU L 74, 19.3.2005, p. 5).
ANNESS I
Limiti ta' ħatt l-art u kondizzjonijiet assoċjati għal ġestjoni ta' sena b'sena ta' limiti ta' qbid applikabbli għal bastimenti Komunitarji fejn limiti ta' qbid jeżistu skond l-ispeċji u skond iż-żona
It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f'tunnellati ta' piż ħaj, ħlief fejn speċifikat mod ieħor) skond il-ħażna, l-allokazzjoni għall-Istati Membri u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ġestjoni ta' sena b'sena tal-kwoti.
|
|
|||||
|
Finlandja |
75 099 |
|
||||
|
Svezja |
16 501 |
|
||||
|
KE |
91 600 |
|
||||
|
TAC |
91 600 |
TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||
|
|
|||||
|
Danimarka |
6 658 |
|
||||
|
Ġermanja |
26 207 |
|
||||
|
Finlandja |
3 |
|
||||
|
Polonja |
6 181 |
|
||||
|
Svezja |
8 451 |
|
||||
|
KE |
47 500 |
|
||||
|
TAC |
47 500 |
TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||
|
|
|||||
|
Danimarka |
2 548 |
|
||||
|
Ġermanja |
676 |
|
||||
|
Estonja |
13 015 |
|
||||
|
Finlandja |
25 404 |
|
||||
|
Latvja |
3 212 |
|
||||
|
Litwanja |
3 382 |
|
||||
|
Polonja |
28 861 |
|
||||
|
Svezja |
38 744 |
|
||||
|
KE |
115 842 |
|
||||
|
TAC |
128 000 |
TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||
|
|
|||||
|
Estonja |
18 472 |
|
||||
|
Latvja |
21 528 |
|
||||
|
KE |
40 000 |
|
||||
|
TAC |
40 000 |
TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||
|
|
|||||
|
Danimarka |
10 415 |
|
||||
|
Ġermanja |
4 143 |
|
||||
|
Estonja |
1 015 |
|
||||
|
Finlandja |
797 |
|
||||
|
Latvja |
3 873 |
|
||||
|
Litwanja |
2 551 |
|
||||
|
Polonja |
11 993 |
|
||||
|
Svezja |
10 552 |
|
||||
|
KE |
45 339 |
|
||||
|
TAC |
49 220 |
TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||
|
|
|||||
|
Danimarka |
12 395 |
|
||||
|
Ġermanja |
6 061 |
|
||||
|
Estonja |
275 |
|
||||
|
Finlandja |
244 |
|
||||
|
Latvja |
1 026 |
|
||||
|
Litwanja |
665 |
|
||||
|
Polonja |
3 317 |
|
||||
|
Svezja |
4 417 |
|
||||
|
KE |
28 400 |
|
||||
|
TAC |
28 400 |
TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||
|
|
|||||
|
Danimarka |
2 698 |
|
||||
|
Ġermanja |
300 |
|
||||
|
Svezja |
203 |
|
||||
|
Polonja |
565 |
|
||||
|
KE |
3 766 |
|
||||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
TAC Prekawzjonarju. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||
|
|
|||||
|
Danimarka |
93 512 (1) |
|
||||
|
Ġermanja |
10 404 (1) |
|
||||
|
Estonja |
9 504 (1) |
|
||||
|
Finlandja |
116 603 (1) |
|
||||
|
Latvja |
59 478 (1) |
|
||||
|
Litwanja |
6 992 (1) |
|
||||
|
Polonja |
28 368 (1) |
|
||||
|
Svezja |
126 399 (1) |
|
||||
|
KE |
451 260 (1) |
|
||||
|
TAC |
460 000 (1) |
TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||
|
|
|||||
|
Estonja |
1 581 (2) |
|
||||
|
Finlandja |
13 838 (2) |
|
||||
|
KE |
15 419 (2) |
|
||||
|
TAC |
17 000 (2) |
TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||
|
|
|||||
|
Danimarka |
41 512 |
|
||||
|
Ġermanja |
26 299 |
|
||||
|
Estonja |
48 204 |
|
||||
|
Finlandja |
21 730 |
|
||||
|
Latvja |
58 219 |
|
||||
|
Litwanja |
21 060 |
|
||||
|
Polonja |
123 552 |
|
||||
|
Svezja |
80 250 |
|
||||
|
KE |
420 826 |
|
||||
|
TAC |
468 000 |
TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||
(1) Espress bin-numru ta' ħut individwali.
(2) Espress bin-numru ta' ħut individwali.
ANNESS II
LIMITI TA' L-ISFORZ TAS-SAJD
1.
Sajd bit-tkarkir, tartaruni jew tagħmir simili ta' malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 90 mm jew b'għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti ta' malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 90 mm jew b'konzijiet tal-qiegħ għandu jiġi pprojbit:|
(a) |
mill-15 ta' Marzu sa l-14 ta' Mejju fis-sub-diviżjonijiet 22-24, u |
|
(b) |
mill-15 ta' Ġunju sa l-14 ta' Settembru fis-sub-diviżjonijiet 25-27. |
2.
Għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd bit-tkarkir, tartaruni jew tagħmir simili ta' malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 90 mm jew b'għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti ta' malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 90 mm jew b'konzijiet tal-qiegħ għandu jiġi pprojbit:|
(a) |
30 jum tal-kalendarju fis-sub-diviżjonijiet 22-24, barra mill-perijodu mill-15 ta' Marzu sa l-14 ta' Mejju, u |
|
(b) |
27 jum tal-kalendarju fis-sub-diviżjonijiet 25-27, barra mill-perijodu mill-15 ta' Ġunju sa l-14 ta' Settembru. |
3.
Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu deskrizzjoni tas-sistema applikata biex tiġi żgurata l-konformità mal-punt 2.
4.
B'deroga mill-punti 1 u 2, il-bastimenti tal-Komunità b'tul globali ta' inqas minn 12-il metru għandhom jiġu permessi li jżommu abbord u fuq l-art sa' 10 % ta' merluzz f'piż ħaj meta jistadu bl-għeżul, xbieki tat-tħabbil u/jew pariti b'qies tal-malji daqs jew akbar minn 110 mm.
ANNESS III
MIŻURI TRANŻITORJI TEKNIĊI U TA’ KONTROLL
1.
Restrizzjonijiet fuq is-sajd
1.1.
L-attivitajiet kollha tas-sajd fi ħdan iż-żoni magħluqa bit-tgħaqqid b'mod sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-pożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jitkejlu skond is-sistema tal-koordinati WGS84, huma projbiti mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru.Żona 1:
|
— |
55o45'N, 15o30'E |
|
— |
55o45'N, 16o30'E |
|
— |
55o00'N, 16o30'E |
|
— |
55o00'N, 16o00'E |
|
— |
55o15'N, 16o00'E |
|
— |
55o15'N, 15o30'E |
|
— |
55o45'N, 15o30'E |
Żona 2:
|
— |
55o00'N, 19o14'E |
|
— |
54o48'N, 19o20'E |
|
— |
54o45'N, 19o19'E |
|
— |
54o45'N, 18o55'E |
|
— |
55o00'N, 19o14'E |
Żona 3:
|
— |
56o13'N, 18o27'E |
|
— |
56o13'N, 19o31'E |
|
— |
55o59'N, 19o13'E |
|
— |
56o03'N, 19o06'E |
|
— |
56o00'N, 18o51'E |
|
— |
55o47'N, 18o57'E |
|
— |
55o30'N, 18o34'E |
|
— |
56o13'N, 18o27'E |
1.2.
B'deroga mill-punt 1.1, is-sajd bl-għeżul, xbieki tat-tħabbil u pariti b'qies tal-malji daqs jew akbar minn 157 mm jew bil-konzijiet għandu jiġi permess. Meta jsir is-sajd bil-konzijiet m'għandu jinżamm l-ebda merluzz abbord.
2.
Monitoraġġ, spezzjoni u sorveljanza f'konnessjoni ma' l-irkupru ta' ħażniet ta' merluzz fil-Baħar Baltiku
2.1.
Permess speċjali għas-sajd għall-merluzz fil-Baħar Baltiku
2.1.1.
B'deroga mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta' Ġunju 1994 li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw il-permessi speċjali tas-sajd (1), il-bastimenti kollha tal-Komunità b'tul globali daqs jew akbar minn 8 m li jġorru abbord jew jużaw kwalunkwe tagħmir awtorizzat għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-Sound skond ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005.
2.1.2.
Stat Membru jista' joħroġ il-permess speċjali għas-sajd għall-merluzz imsemmi fil-punt 2.1.1 għall-bastimenti tal-Komunità biss li fl-2005 għandhom permess speċjali għas-sajd għall-merluzz fil-Baħar Baltiku skond il-punt 6.2.1 ta' l-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 27/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jiffissa għall-2005 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, f'ilmijiet fejn il-limitazzjonijiet tal-qbid huma meħtieġa (2). Madankollu, Stat Membru jista' joħroġ permess speċjali għas-sajd tal-merluzz għal bastiment Komunitarju, li jtajjar il-bandiera ta' dak l-Istat Membru, li ma jkollux permess speċjali tas-sajd fl-2005 jekk jiżgura li kapaċità ekwivalenti, imkejla f'kilowatts (kW), hi evitata mis-sajd fil-Baħar Baltiku bi kwalunkwe tagħmir imsemmi fil-punt 2.1.1.
2.1.3.
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm lista ta' bastimenti li għandhom permess speċjali għas-sajd għall-Merluzz fil-Baħar Baltiku u jagħmilha disponibbli fuq il-website uffiċjali tiegħu għall-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra li jmissu mal-Baħar Baltiku.
2.1.4.
Il-kaptan ta' bastiment Komunitarju, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu/tagħha, li lilu Stat Membru hareġ permess speċjali għas-sajd għall-merluzz fil-Baħar Baltiku għandu jżomm kopja ta' dan il-permess abbord tal-bastiment tas-sajd.
2.2.
Ġurnali ta' abbordB'deroga mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika ta' sajd komuni (3), il-kaptana ta' bastiment tal-Komunità b'tul globali daqs jew akbar minn 8 m għandhom iżommu ġurnal ta' abbord ta' l-operazzjonijiet tagħhom skond l-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament.
2.3.
Marġini ta' tolleranzaB'deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta' Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni ta' informazzjoni dwar il-qabdiet ta' ħut (4) ta' l-Istati Membri, il-marġini ta' tolleranza permessa, meta jkunu qed jiġu stmati l-kwantitajiet, f'kilogrammi, ta' ħut miżmuma abbord bastimenti tal-Komunità għandom ikunu ta' 8 % tal-figura fil-ġurnal ta' abbord.
Madankollu, għall-qabdiet li jiġu żbarkati mhux issortjati, il-marġini ta' tolleranza permessa meta jkunu qed jiġu stmati l-kwantitajiet għandu jkun ta' 8 % tal-kwantità totali żbarkata.
2.4.
Notifika bil-quddiem
2.4.1.
Il-bastimenti tas-sajd li jistadu fl-ilmijiet tal-Komunità tas-Sub-diviżjoni 22-24 (Żona A) jew fis-Sub-diviżjoni 25-32 (Żona B) għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
jibdew is-sajd fiż-Żona A jew B b'inqas minn 100 kg ta' merluzz abbord; |
|
(b) |
jekk il-bastiment għandu iżjed minn 300 kg ta' merluzz abbord meta jħalli ż-Żona A jew B u b'deroga mill-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-kaptan tal-bastiment għandu jinnotifika l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat tal-bandiera siegħa qabel iħalli ż-Żona b' :
|
|
(ċ) |
meta s-sajd jintemm u l-bastiment għandu iżjed minn 100 kg ta' merluzz abbord dan għandu:
|
|
(d) |
Il-bastimenti msemmija f'(b) m'għandhomx jibdew jiskargaw sakemm ma jiġux awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti. |
2.4.2.
Il-punt 2.4.1 m'għandux japplika għal bastimenti mgħammra b'sistemi ta' monitoraġġ ta' bastimenti skond l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2244/2003. Madankolu, tali bastimenti għandhom jittrasmettu r-rapport dwar il-qabda tagħhom kuljum liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd ta' l-Istat Membru tal-bandiera, kif ipprovdut fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, għal inklużjoni fid-database kompjuterizzata tiegħu.
2.5.
Portijiet magħżula
2.5.1.
Meta bastiment iżomm iżjed minn 750 kg ta' piż ħaj ta' merluzz, dak il-merluzz jista' jiġi żbarkat esklussivament fil-portijiet magħżula.
2.5.2.
Kull Stat Membru jista' jagħżel portijiet fejn kwalunkwe merluzz Baltiku ta' 750 kg żejda jiġi żbarkat.
2.5.3.
Fi żmien 15-il ġurnata mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru li stabbilixxa lista ta' portijiet magħżula għandu jżomm u jagħmel disponibbli fuq il-website uffiċjali tiegħu għall-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra li jmissu mal-Baħar Baltiku lista ta' portijiet magħżula. Il-lista għandha tinkludi d-dettalji ta' kuntatt relevanti għas-sottomissjoni ta' ġurnali ta' abbord u dikjarazzjonijiet ta' żbark meta jiżbarkaw f'dak l-Istat Membru.
2.6.
L-użin tal-merluzz żbarkat l-ewwel.
2.6.1.
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jeħtieġu li kull kwantità ta' merluzz maqbuda fil-Baħar Baltiku u li ġiet żbarkata l-ewwel f'dak l-Istat Membru tintiżen fil-preżenza ta kontrolluri qabel tiġi ttrasportata x'imkien ieħor mill-port ta' l-ewwel żbark.
2.6.2.
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punti ta' referenza ta' spezzjoni speċifiċi. Tali punti ta' referenza għandhom jiġu riveduti perjodikament wara l-analiżi tar-riżultati miksuba. Il-punti ta' referenza ta' spezzjoni għandhom jevolvu b'mod progressiv sakemm il-punti ta' referenza ta' mira definiti fl-Appendiċi 1 jiġu milħuqa.
2.7.
Messaġġi VMS
2.7.1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data li ġejja li jirċievu f’konformità ma’ l-Artikoli 8, 10(1) u 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 2244/2003 tiġi rreġistrata f’forma li tinqara mill-kompjuter:
|
(a) |
kull dħul, u ħruġ mill-port; |
|
(b) |
kull daħla, u ħarġa minn żoni marittimi li għalihom japplikaw regoli speċifiċi ta' aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi. |
2.7.2.
L-Istati Membri għandhom jivverifikaw is-sottomissjoni tal-ġurnali ta' abbord u l-informazzjoni rilevanti mniżżla fil-ġurnal ta' abbord billi jużaw data tal-VMS. Tali kontro-verifiki għandhom jiġu rreġistrati u magħmula disponibbli lill-Kummissjoni fuq talba.
2.8.
Projbizzjoni fuq it-transitu u t-trasbord
2.8.1.
It-transitu fiż-żoni magħluqa għas-sajd għall-merluzz huwa projbit sakemm it-tagħmir tas-sajd abbord ma jkunx marbut sew u stivat f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.
2.8.2.
It-Trasbord tal-merluzz huwa projbit.
2.9.
It-trasport tal-merluzz BaltikuB'deroga mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 il-merluzz Baltiku ta' iżjed minn 50 kg żbarkat għat-trasport minn bastimenti Komunitarji li għandhom tul globali daqs jew akbar minn 8 m għandhom jiġu akkumpanjati minn dikjarazzjoni kif previst fl-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament.
2.10.
Sorveljanza konġunta u skambju ta' l-ispetturi
2.10.1.
L-Istati Membri għandhom jidħlu għal attivitajiet ta' spezzjoni u sorveljanza konġunti u jistabbilixxu proċeduri operazzjonali konġunti għal dak l-għan.
2.10.2.
L-Istati Membri involuti f'attivitajiet ta' spezzjoni u sorveljanza konġunti għandhom jiżguraw li l-ispetturi minn kull wieħed mill-Istati Membri parteċipanti jiġu mistiedna li jieħdu sehem ta' l-inqas f'dawn l-attivitajiet.
2.10.3.
L-ispetturi tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw f'dawn l-attiviatjiet ta' spezzjoni u sorveljanza konġunti.
2.10.4.
Għandha tġi msejħa laqgħa ta' l-awtoritajiet ta' spezzjoni nazzjonali kompetenti mill-Kummissjoni qabel il-31 ta' Jannar 2006 biex jiġi kkordinat il-programm ta' spezzjoni u sorveljanza konġunta għall-2006.
2.11.
Programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll
2.11.1.
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddefinixxu programm nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll għall-Baħar Baltiku b'mod konformi ma' l-Appendiċi 2.
2.11.2.
Qabel il-31 ta' Jannar 2006, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu disponibbli fuq il-website uffiċjali tagħhom lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra li jmissu mal-Baħar Baltiku l-progamm nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll imsemmi fil-punt 2.11.1, flimkien ma' skeda ta' implimentazzjoni.
2.11.3.
Il-Kummissjoni għanda ssejjaħ laqgħa tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akwakultura biex tiġi valutata l-konformità ma' u r-riżultati tal-progammi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll għall-ħażniet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku.
3.
Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u l-merluzz
3.1.
Iż-żamma abbord ta' l-ispeċi ta' ħut li ġejjin li huma maqbuda fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perijodi msemmija hawn taħt għandhom jiġu pprojbiti:|
Speċi |
Żona Ġeografika |
Perijodu |
|
Barbun (Platichthys flesus) |
Sub-diviżjonijiet 26 sa 28, 29 Nofs-in-nhar ta' 59o30'N Sub-diviżjoni 32 |
15 ta' Frar sal-15 ta' Mejju 15 ta' Frar sal-31 ta' Mejju |
|
Merluzz (Psetta maxima) |
Sub-diviżjonijiet 25 sa 26, 28 Nofs-in-nhar ta' 59o30'N |
1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju |
3.2.
B'deroga mill-punt 3.1, meta jkun qed isir sajd bix-xbiek tat-tkarkir, b'tartaruni Daniżi u b'tagħmir simili bid-daqs ta' malji daqs jew akbar minn 105 mm jew b'għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti ta' malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 100 mm, qabdiet sekondarji ta' barbun u merluzz jistgħu jinżammu abbord jew jitħattu f'limitu ta' 10 % tal-piż ħaj tal-qabda sħiħa miżmuma abbord jew imħotta matul il-perijodi ta' projbizzjoni msemmija f'dak il-punt.
(1) ĠU L 171, 29.8.1980, p. 7.
(2) ĠU L 12, 29.8.1980, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1936/2005 (ĠU L 311, 26.11.2005, p. 1.).
(3) ĠU L 261, 29.8.1980, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 768/2005 (ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.).
(4) ĠU L 276, 29.8.1980, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1804/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 10.).
Appendiċi 1 għall-Anness III
Regoli komuni għal programmi ta' kontroll nazzjonali
Objettiv
|
1. |
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi limiti speċifiċi ta' spezzjoni skond l-għanijiet imniżżla fl-Appendiċi. |
Strateġija
|
2. |
Spezzjoni u sorveljanza ta' attivitajiet tas-sajd għandhom jikkonċentraw fuq bastimenti bi probabbiltà li jaqbdu l-merluzz. Spezzjonijiet bl-addoċċ tat-trasport u l-marketing ta' merluzz għandhom jintużaw bħala mekkaniżmu ta' cross-checking komplimentari biex tiġi eżaminata l-effiċjenza ta' l-ispezzjoni u s-sorveljanza. |
Prijoritajiet
|
3. |
Tipi differenti ta' tagħmir għandhom ikunu soġġetti għal livelli differenti ta' spezzjoni, skond il-punt safejn il-flotot huma affettwati b'limiti ta' opportunitajiet ta' sajd. Għal dik ir-raġuni, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi prijoritajiet speċifiċi. |
Punti ta' riferenza mmirati
|
4. |
Mhux aktar tard minn xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iskedi ta' spezzjoni tagħhom bil-għan li jilħqu l-miri mniżżla hawn taħt:
|
Appendiċi 2 għall-Anness III
Kontenut tal-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll
Programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll għandhom jimmiraw, inter alia, biex jispeċifikaw dan li ġej.
1. MEZZ TA' KONTROLL
Riżorsi umani
|
1.1. |
In-numri ta' spetturi bbażati fuq il-kosta u fuq il-baħar u l-perijodi u ż-żoni fejn dawn għandhom jintbagħtu.
Riżorsi tekniċi |
|
1.2. |
In-numri ta' bastimenti ta' spezzjoni u vetturi ta' l-ajru u l-perijodi u ż-żoni fejn dawn għandhom jintbagħtu.
Riżorsi finanzjarji |
|
1.3. |
L-allokazzjoni tal-budget biex jiġu mibgħuta riżorsi umani, bastimenti ta' spezzjoni u vetturi ta' l-ajru. |
2. GĦAŻLA TA' PORTIJIET
|
2.1. |
Fejn rilevanti, lista ta' portijiet magħżula għal ħatt l-art ta' merluzz skond il-punt 2.5.3 ta' l-Anness III. |
3. NOTIFIKA MINN QABEL
|
3.1. |
Deskrizzjoni tas-sistemi implimentati biex tiġi żgurata kompatibbiltà mad-disposizzjonijiet fil-punt 2.4 ta' l-Anness III. |
4. KONTROLL TA' ĦATT L-ART
Deskrizzjoni ta' kwalunkwe faċilità u/jew sistema implimentata biex tiġi żgurata kompatibbiltà mad-disposizzjonijiet fil-punti 2.3, 2.5 u 2.6 ta' l-Anness III:
5. PROĊEDURI TA' SPEZZJONI
|
5.1. |
Il-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll għandhom jispeċifikaw il-proċeduri li jiġu segwita: |
|
(a) |
Meta jkunu qed jiġu mwettqa spezzjonijiet fuq il-baħar u fuq l-art; |
|
(b) |
Biex issir komunikazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti magħżula minn Stati Membri oħra bħala responsabbli għall-programm nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll għal merluzz; |
|
(ċ) |
Għal sorveljanza konġunta u skambju ta' spetturi, inkluż speċifikazzjoni ta' poteri u awtoritajiet ta' spetturi li joperaw f'ibħra ta' Stati Membri oħra. |