|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5759 |
24.9.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11687 — ALFI RE / PLAVI RE / PLANET KOPER)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5759)
1.
Fit-13 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ALFI RE, upravljanje alternativnih investicijskih skladov, d.o.o. (“ALFI RE”, is-Slovenja), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Matjal-Filipič u Bojan Kunovar), f’isimha stess u għan-nom tal-fond speċjali ta’ investiment ALFI RE, |
|
— |
ERSTE d.o.o. – društvo za upravljanje obveznim i dobrovoljnim mirovinskim fondovima (“ERSTE d.o.o.”, il-Kroazja), ikkontrollat minn Erste Group Bank AG (“Erste Group Bank”, l-Awstrija), |
|
— |
Iċ-ċentru kummerċjali Planet Koper, li jinsab fil-belt kostali Slovena ta’ Koper (bl-indirizz f’Ankaranska cesta 2, 6000 Koper) (“Planet Koper”). |
ALFI RE u ERSTE d.o.o. se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Planet Koper.
Il-konċentrazzjoni ssir bix-xiri tal-assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
ALFI RE, tinvesti fi proprjetà immobbli kummerċjali, li fil-biċċa l-kbira tinsab fis-Slovenja u l-Kroazja. Huwa parti mill-Grupp ALFI, grupp reġjonali ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. Min-naħa tiegħu, il-Grupp ALFI huwa parti mill-Grupp Finanzjarju KF, li minbarra l-ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment alternattivi, jikkombina kumpaniji attivi fil-qasam tal-ġbir tad-dejn u r-rapportar tal-kreditu, is-servizzjar ta’ self improduttiv, il-kontabbiltà kif ukoll il-konsultazzjoni u l-valutazzjoni finanzjarja. |
|
— |
Erste d.o.o. tamministra fondi ta’ pensjoni obbligatorji u volontarji, filwaqt li hija parti mill-ERSTE Group, fornitur ta’ servizzi fis-settur bankarju bl-imnut u korporattiv, is-swieq kapitali, is-settur pubbliku u n-negozju interbankarju. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ Planet Koper jinkludu ċentru kummerċjali li jgħaqqad il-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut ma’ ditti lokali u internazzjonali, kif ukoll supermarket, għażliet tal-ikel u ċinema.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11687 — ALFI RE / PLAVI RE / PLANET KOPER
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5759/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)