|
22.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/146 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/459
tal-10 ta’ Settembru 2021
dwar l-għajnuna mill-istat SA.49668 (2019/C) (ex 2017/FC) u SA.53403 (2019/C) (ex 2017/FC) implimentata mid-Danimarka u mill-Iżvezja għal PostNord AB u Post Danmark A/S
(notifikata bid-dokument C(2021) 6568)
(Il-verżjonijiet bid-Daniż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1), il-punt (a), tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet ikkonċernati jressqu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fis-27 ta’ Novembru 2017, Brancheorganisation for den danske vejgodstransport (“ITD”) ippreżentat ilment lill-Kummissjoni dwar diversi miżuri li ngħataw jew li kienu ppjanati li jingħataw mid-Danimarka u mill-Iżvezja lil Post Danmark A/S (“Post Danmark”). Il-Kummissjoni vvalutat diversi minn dawk il-miżuri fid-Deċiżjoni tagħha SA.47707 tat-28 ta’ Mejju 2018 (“id-Deċiżjoni tal-2018”) (2). Fid-Deċiżjoni tal-2018, il-Kummissjoni ħabbret li kienet se tadotta deċiżjoni separata dwar il-miżuri li kien fadal, li huma s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni:
|
|
(2) |
Permezz tal-ittri datati l-20 ta’ Diċembru 2017, it-12, it-13 u t-28 ta’ Marzu 2018, it-3, is-6 u s-26 ta’ April, il-15, is-26, it-28 u t-30 ta’ Mejju, l-1 u t-13 ta’ Ġunju 2018, id-9 ta’ Ottubru 2018, l-10 ta’ Diċembru 2018, is-6 u t-13 ta’ Marzu 2019, l-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi pprovdew b’mod konġunt jew individwali aktar informazzjoni lill-Kummissjoni (3). |
|
(3) |
Permezz tal-ittra datata l-14 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni infurmat lid-Danimarka u lill-Iżvezja li hija kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tal-għajnuna (4) (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”). Il-Kummissjoni talbet lid-Danimarka u lill-Iżvezja jissottomettu l-kummenti tagħhom u jipprovdu l-informazzjoni kollha li tista’ tgħin biex jiġu valutati l-miżuri li fadal, u stiednet ukoll lill-partijiet interessati kollha biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri li fadal. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet l-ewwel kummenti mill-Iżvezja u mid-Danimarka dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ permezz ta’ ittri datati t-12 u s-16 ta’ Lulju 2019 rispettivament. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn seba’ partijiet terzi, inkluża l-ITD, dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ permezz ta’ ittri datati s-17 ta’ Settembru 2019. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti mill-partijiet terzi kollha lill-Iżvezja u lid-Danimarka fit-3 u fl-14 ta’ Ottubru 2019. |
|
(7) |
L-awtoritajiet Żvediżi u Daniżi pprovdew il-kummenti tagħhom dwar il-kummenti minn partijiet terzi permezz ta’ ittra konġunta u ittri separati fit-13 ta’ Diċembru 2019. |
|
(8) |
Matul il-proċedimenti, il-Kummissjoni rċeviet kummenti addizzjonali mill-Iżvezja u mid-Danimarka fl-24 ta’ Marzu 2020 u fid-19 ta’ Mejju 2020 wara talbiet għall-informazzjoni tal-14 ta’ Frar 2020 u tat-22 ta’ April 2020. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti addizzjonali mill-ITD fil-15 ta’ Mejju 2020 u fil-5 ta’ Frar 2021. Din tal-aħħar intbagħtet lill-Iżvezja u lid-Danimarka fid-9 ta’ Frar 2021. Id-Danimarka u l-Iżvezja rreaġixxew permezz ta’ posta elettronika fis-7 ta’ April 2021. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA
2.1. Benefiċjarji
2.1.1. Post Danmark u PostNord AB
|
(10) |
Il-forniment tas-servizzi postali bħala parti integrata tal-gvern Daniż imur lura għall-1711. Iċ-ċirkolazzjoni nazzjonali tal-oġġetti postali ġiet introdotta fl-1865. Sal-1995, is-servizzi postali fid-Danimarka kienu jitmexxew taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi. |
|
(11) |
Bl-Att Nru 88 tat-8 ta’ Frar 1995 (5), id-Danimarka ttrasferiet l-attivitajiet kollha tas-servizz postali lil Post Danmark, li ġiet stabbilita bħala intrapriża pubblika indipendenti. Skont l-Att dwar is-Servizzi Postali (6), Post Danmark kellha monopolju legali fuq l-ittri domestiċi u transfruntiera. |
|
(12) |
Il-Ministru Daniż tat-Trasport stabbilixxa lil Post Danmark bħala kumpanija tal-Istat b’responsabbiltà limitata skont l-Att Nru 409 tas-6 ta’ Ġunju 2002 (7). Skont l-Artikolu 4 ta’ dak l-Att, l-Istat jista’ jbigħ sa 25 % tal-ishma ta’ Post Danmark. Fl-2005, Post Invest S.A. (amministrata minn CVC Capital Partners) akkwistat 22 % tal-ishma f’Post Danmark u 3 % tal-ishma ġew offruti lill-impjegati. Fl-2009, Post Invest S.A. biegħet is-sehem tagħha fil-kumpanija lura (8) lid-Danimarka, eżatt qabel ma l-kumpanija ngħaqdet (9) mal-operatur postali Svediż Posten AB (10). Wara l-fużjoni, inħolqot PostNord AB. |
|
(13) |
L-intenzjoni wara l-fużjoni kienet li tiġi stabbilita impriża aktar robusta u li tiġi ssodisfata pressjoni dejjem akbar fuq il-prodott ewlieni tal-impriża, jiġifieri d-distribuzzjoni tal-ittri. PostNord AB hija koproprjetà tad-Danimarka (40 %) u tal-Iżvezja (60 %) filwaqt li d-drittijiet tal-vot huma kondiviżi 50-50, u hija s-sid 100 % ta’ PostNord Group. L-istruttura tal-impriża hija murija fl-Illustrazzjoni 1. L-impriża kollha, inklużi s-sussidjarji kollha tagħha, tissejjaħ “PostNord”. Illustrazzjoni 1 Struttura korporattiva ta’ PostNord
|
|
(14) |
Post Danmark hija sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ PostNord Group, u ilha topera f’kompetizzjoni sħiħa ma’ operaturi postali oħra mil-liberalizzazzjoni tas-suq postali Daniż fl-2011, b’riżultat tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Id-Danimarka fdat lil Post Danmark bl-obbligu ta’ servizz universali (“USO”) skont l-Att postali Daniż (12), li jinvolvi b’mod partikolari l-kunsinna u d-distribuzzjoni tal-ittri fit-territorju kollu tad-Danimarka. Post Danmark tiffaċċja kompetizzjoni speċjalment fis-suq tal-pakketti u fis-suq għad-distribuzzjoni tal-gazzetti tar-rivisti. |
2.1.2. Is-swieq li fihom joperaw PostNord u Post Danmark
|
(15) |
PostNord hija attiva prinċipalment fis-swieq Żvediżi, Daniżi, Norveġiżi u Finlandiżi għas-servizzi postali, u tipprovdi soluzzjonijiet ta’ kurrier, merkanzija u loġistika fir-reġjun Nordiku u fil-bqija tal-Ewropa. |
|
(16) |
Post Danmark hija attiva fis-swieq tas-servizzi postali Daniżi u toffri varjetà ta’ servizzi postali (kunsinna ta’ ittri, pakketti, kunsinni express, servizzi ta’ kurrier, servizzi ta’ posta elettronika, servizzi tal-merkanzija, tħaddim ta’ network ta’ uffiċċji postali). |
2.2. Sfond tal-miżuri li qed jiġu vvalutati
2.2.1. L-impatt tad-diġitalizzazzjoni fuq Post Danmark
|
(17) |
Ix-xejriet ġenerali tad-diġitalizzazzjoni u ċ-ċirkostanzi speċifiċi fid-Danimarka (13) wasslu għal tnaqqis rapidu fl-għadd ta’ ittri mmaniġġjati minn Post Danmark, pereżempju, il-volum tal-ittri naqas drastikament mill-bidu tas-snin 2000, b’rata ogħla minn dik ta’ pajjiżi komparabbli oħra. Fid-Danimarka, il-volum tal-ittri naqas b’aktar minn 80 % fil-perjodu mill-2006 sal-2019. L-iżvilupp fil-volumi tal-ittri mmaniġġjati minn Post Danmark meta mqabbel ma’ operaturi Ewropej oħra tas-servizzi postali huwa muri fl-Illustrazzjoni 2. Illustrazzjoni 2 Żvilupp fil-volumi tal-posta f’operaturi tas-servizzi postali Ewropej
Linji oħra jirrappreżentaw il-Ġermanja (-27 %), l-Awstrija (-29 %), l-Iżvizzera (-31 %), il-Belġju (-35 %), Franza (-43 %), ir-Renju Unit (-50 %), Spanja (-52 %), l-Italja (-63 %), in-Netherlands (-64 %), l-Iżvezja (-50 %), il-Finlandja (-47 %), in-Norveġja (-53 %, mill-2008), l-Irlanda (-48 %, mill-2010), il-Portugall (-44 %). Sors: Is-siti web u r-rapporti annwali tal-operaturi postali |
|
(18) |
Il-konsegwenza ta’ dik id-diġitalizzazzjoni aċċellerata kienet tnaqqis fid-dħul. Fil-perjodu mill-2009 sal-2019, id-dħul ta’ Post Danmark naqas b’55 %, fil-biċċa l-kbira minħabba dħul aktar baxx mis-suq tal-ittri, u mill-2012 ’il quddiem il-kumpanija ġġenerat defiċits annwali, ara t-Tabella 1: Tabella 1 Id-dħul u l-Qligħ ta’ Post Danmark Qabel l-Imgħax u t-Taxxa (“EBIT”) fl-2009 sal-2019:
|
|
(19) |
Post Danmark ħadet miżuri biex ittejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha u bejn l-2009 u l-2016, 8 000 impjegat FTE telqu mill-kumpanija. Madankollu, dawk il-miżuri ma kinux suffiċjenti u Post Danmark setgħet tevita l-falliment biss bis-saħħa ta’ injezzjoni ta’ kapital ta’ DKK 1 biljun minn PostNord Group fit-23 ta’ Frar 2017 (indirizzata fid-Deċiżjoni tal-2018 (14)). |
|
(20) |
Sabiex Post Danmark terġa’ ssir ekonomikament vijabbli, il-Bord tad-Diretturi ta’ PostNord AB żviluppa mudell ta’ produzzjoni ġdid. Il-mudell ta’ produzzjoni huwa parti minn pjan ta’ trasformazzjoni (15) aktar wiesa’ li jinkludi wkoll ir-riorganizzazzjoni tal-amministrazzjoni (jiġifieri tnaqqis fl-ispejjeż ġenerali, l-ispejjeż tal-IT u l-ispejjeż tal-proprjetà immobbli). Il-mudell ta’ produzzjoni l-ġdid għandu l-għan li jżid l-effiċjenza prinċipalment bit-tliet modi li ġejjin:
|
|
(21) |
Dak il-pjan jinvolvi kostijiet għoljin, b’mod partikolari relatati mat-tkeċċija ta’ aktar minn 4 000 impjegat, inkluż madwar 1 500 minn 3 200 eks impjegat taċ-ċivil. |
2.2.2. Il-Ftehim ta’ Ottubru
|
(22) |
F’dan l-isfond, l-Iżvezja u d-Danimarka ffirmaw ftehim bilaterali fl-20 ta’ Ottubru 2017 (“Il-Ftehim ta’ Ottubru”) li jiddeskrivi diversi miżuri favur PostNord AB u Post Danmark. Il-Ftehim ta’ Ottubru jiddikjara: “Sabiex jiġu affrontati l-isfidi tad-diġitalizzazzjoni fid-Danimarka, il-Kumpanija [(PostNord AB)] żviluppat mudell ta’ produzzjoni ġdid b’kost stmat ta’ madwar SEK 5,0 biljun” (16). F’dak iż-żmien PostNord AB stmat li l-finanzjament estern meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ trasformazzjoni jkun ta’ SEK 3 biljun (madwar EUR 297 miljun) (17). Skont il-Ftehim ta’ Ottubru, dak l-ammont għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ injezzjoni ta’ kapital ta’ SEK 400 miljun (madwar EUR 39,6 miljun) mill-Iżvezja u injezzjoni ta’ kapital ta’ SEK 267 miljun (madwar EUR 26,4 miljun) mid-Danimarka. Dawk iż-żewġ injezzjonijiet ta’ kapital għandhom isiru bħala kontribuzzjoni ta’ kapital lil PostNord AB (18). Barra minn hekk, PostNord Group jagħmel kontribuzzjoni interna lil Post Danmark ta’ madwar SEK 2,3 biljun (madwar EUR 228 miljun). L-Iżvezja u d-Danimarka ħallsu l-injezzjonijiet ta’ kapital rispettivi tagħhom, filwaqt li PostNord Group minn dak iż-żmien injetta kapital għal ammont ta’ DKK 2,339 biljun (madwar EUR 314,6 miljun (19)). L-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group tissemma fil-paragrafu 4 tal-Ftehim ta’ Ottubru mingħajr ma jissemma b’mod espliċitu ammont: “Il-Kumpanija stmat li l-ħtieġa ta’ kapital kienet ta’ SEK 3,0 biljun li minnhom l-Azzjonist Żvediż jaqbel li jinvesti SEK 400 miljun u l-Azzjonist Daniż jaqbel li jinvesti SEK 267 miljun biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-mudell ta’ produzzjoni l-ġdid u l-Kumpanija tipprovdi l-finanzjament addizzjonali. Dawn l-investimenti għandhom isiru bħala kontribuzzjoni ta’ kapital lill-Kumpanija skont termini tas-suq mingħajr ma jinħarġu ishma ġodda.” (enfasi miżjuda) |
|
(23) |
Barra minn hekk, il-Ftehim ta’ Ottubru jiddikjara li l-Istat Daniż għandu jipprovdi SEK 1,533 biljun (madwar EUR 151,6 miljun) lil Post Danmark biex tiffinanzja ċerti kostijiet ta’ legat. Id-Danimarka eventwalment innotifikat dan l-ammont bħala kumpens għall-USO u ġie approvat bħala għajnuna kompatibbli fid-Deċiżjoni tal-2018. |
|
(24) |
Il-Ftehim ta’ Ottubru jenfasizza li l-ftehim bejn id-Danimarka u l-Iżvezja huwa soġġett għall-“kunsens tal-Gvern Daniż, tal-Parlament Daniż, tal-Gvern Żvediż, tal-Parlament Żvediż u, fir-rigward tal-elementi ta’ għajnuna mill-Istat, għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea” (20). |
2.2.3. Il-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens għall-USO
|
(25) |
Fil-11 ta’ Ġunju 2018, PostNord AB u d-Danimarka kkonkludew ftehim dwar il-prinċipji għall-implimentazzjoni tal-kumpens għall-USO (21). Dak il-ftehim fih ukoll klawżola li kienet tobbliga lill-Bord tad-Diretturi ta’ PostNord AB jittrasferixxi l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group lil Post Danmark. Il-Bord tad-Diretturi ddeċieda li jagħmel dan fl-istess jum. |
2.3. Deskrizzjoni tal-miżuri li qed jiġu vvalutati
2.3.1. Il-miżuri li qed jiġu vvalutati
|
(26) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jikkonċerna t-tliet injezzjonijiet ta’ kapital elenkati fil-premessa (1) kif deskritt aktar fid-dettall fit-Taqsimiet 2.3.2, 2.3.3 u 2.3.4. |
2.3.2. Injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group f’Post Danmark
2.3.2.1.
|
(27) |
L-objettiv tal-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group f’Post Danmark, kif iddikjarat mill-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi, huwa li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ trasformazzjoni minn Post Danmark. |
2.3.2.2.
|
(28) |
L-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group f’Post Danmark tammonta għal DKK 2,339 biljun. |
2.3.2.3.
|
(29) |
PostNord Group ħallas l-injezzjoni ta’ kapital f’Post Danmark fi tliet porzjonijiet. L-ewwel nett, fl-4 ta’ April 2018, tħallas porzjon fl-ammont ta’ DKK 150 miljun. It-tieni, fit-18 ta’ Ġunju 2018, tħallas porzjon fl-ammont ta’ DKK 1 450 miljun. Fl-aħħar nett, fl-4 ta’ Frar 2019, tħallas porzjon fl-ammont ta’ DKK 739 miljun. |
2.3.3. Injezzjoni ta’ kapital mid-Danimarka f’PostNord AB
2.3.3.1.
|
(30) |
L-injezzjoni ta’ kapital mid-Danimarka f’PostNord AB tifforma wkoll parti mill-Ftehim ta’ Ottubru, iżda għandha objettiv differenti. Id-Danimarka spjegat li l-objettiv tal-injezzjoni ta’ kapital mid-Danimarka huwa relatat mal-preservazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-grad ta’ investiment ta’ PostNord AB (22). |
2.3.3.2.
|
(31) |
L-injezzjoni ta’ kapital mid-Danimarka f’PostNord AB tammonta għal SEK 267 miljun. |
2.3.3.3.
|
(32) |
Id-Danimarka ħallset l-injezzjoni ta’ kapital tagħha f’PostNord AB fl-10 ta’ Diċembru 2018. |
2.3.4. Injezzjoni ta’ kapital mill-Iżvezja f’PostNord AB
2.3.4.1.
|
(33) |
L-Iżvezja, bħad-Danimarka, spjegat ukoll li l-objettiv tal-injezzjoni ta’ kapital Żvediża huwa l-preservazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-grad ta’ investiment ta’ PostNord AB (23). |
2.3.4.2.
|
(34) |
L-injezzjoni ta’ kapital mill-Iżvezja f’PostNord AB tammonta għal SEK 400 miljun. |
2.3.4.3.
|
(35) |
L-Iżvezja ħallset l-injezzjoni ta’ kapital tagħha f’PostNord AB fl-10 ta’ Diċembru 2018. |
2.4. Ilment tal-ITD
|
(36) |
Fis-27 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet ilment mill-ITD, assoċjazzjoni b’aktar minn 810 membri attivi fis-settur tat-trasport bit-triq u tal-loġistika fid-Danimarka (ara l-premessa (1)). Il-Kummissjoni vvalutat parti mill-ilment fid-Deċiżjoni tal-2018. L-ilment kien jikkonċerna l-miżuri li ġejjin:
|
2.5. Id-Deċiżjoni tal-2018
|
(37) |
Fit-28 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-2018 li fiha kkonkludiet li erba’ miżuri mqajma fl-ilment tal-ITD ma kienu jikkostitwixxu l-ebda għajnuna jew għajnuna eżistenti u li l-kumpens għall-USO ta’ SEK 1,683 biljun kien għajnuna kompatibbli skont il-Qafas tas-Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (SGEI) (24) (finalment tħallas biss ammont ta’ SEK 1,533 biljun). |
|
(38) |
Fid-Deċiżjoni tal-2018, il-Kummissjoni ħabbret li t-tliet injezzjonijiet ta’ kapital li lmentat dwarhom l-ITD, kienu se jiġu vvalutati separatament. |
|
(39) |
Fl-20 ta’ Settembru 2018, l-ITD u Danske Fragtmænd A/S, kumpanija attiva fis-suq Daniż għat-trasport bit-triq ta’ merkanzija u servizzi ta’ distribuzzjoni tal-pakketti, appellaw id-Deċiżjoni tal-2018 għal raġunijiet proċedurali. B’appoġġ għall-azzjoni tagħhom, ir-rikorrenti qajmu motiv wieħed, fejn allegaw li l-Kummissjoni naqset milli tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE, minkejja d-diffikultajiet serji mqajma mill-valutazzjoni tal-kumpens inkwistjoni u tal-miżuri l-oħra kkontestati fl-ilment tal-ITD. Il-Qorti Ġenerali rreġistrat il-kawża taħt T-561/18 (25). |
|
(40) |
Fil-5 ta’ Mejju 2021, il-Qorti Ġenerali kkonfermat il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-kumpens għall-USO għall-perjodu mill-2017 sal-2019 jikkostitwixxi għajnuna kompatibbli skont il-Qafas tal-SGEI. Barra minn hekk, hija kkonfermat il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar tnejn mill-erba’ miżuri l-oħra mqajma fl-ilment, jiġifieri l-garanzija mill-Istat mogħtija fl-2002 mid-Danimarka lil eks impjegati taċ-ċivil għall-obbligazzjonijiet rigward il-pagamenti tas-sensji f’każ ta’ falliment ta’ Post Danmark u l-mod li bih Post Danmark allokat il-kostijiet tagħha fil-perjodu mill-2006 sal-2013. Madankollu, il-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-2018, meta qieset li l-Kummissjoni messha bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-injezzjoni ta’ kapital ta’ DKK 1 biljun mogħtija minn PostNord Group lil Post Danmark fit-23 ta’ Frar 2017 u l-eżenzjoni mill-VAT għall-kumpaniji tal-kummerċ elettroniku meta xtraw servizzi tat-trasport mingħand Post Danmark. |
2.6. Motivi għall-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali
|
(41) |
Fl-14 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali rigward il-miżuri deskritti fit-Taqsima 2.3 minħabba d-dubji tagħha dwar il-konformità mas-suq tat-tliet injezzjonijiet ta’ kapital. |
2.6.1. Injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group f’Post Danmark
|
(42) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni qieset li l-mudell tal-fluss tal-flus skontat (“DCF”) ippreżentat mill-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi kien konformi, minn perspettiva metodoloġika, ma’ prattika aċċettabbli għall-valutazzjoni tal-konformità mas-suq ta’ investiment. Il-valur preżenti nett (“VPN”) tal-flussi tal-flus futuri ta’ kumpanija (aġġustati għad-dejn) huwa mod użat b’mod komuni biex jiġu evalwati d-deċiżjonijiet dwar l-investimenti ta’ ekwità. Il-mudell qies żewġ flussi ta’ flus, jiġifieri wieħed li jirriżulta mill-falliment ta’ Post Danmark (flussi ta’ flus negattivi), li jiġi evitat, u l-ieħor mill-introjtu operatorju futur ta’ Post Danmark (flussi ta’ flus pożittivi). |
|
(43) |
Fir-rigward tal-kalkolu tal-introjtu operatorju futur ta’ Post Danmark, il-Kummissjoni madankollu kellha dubji dwar ir-rati ta’ tkabbir ipotizzati għas-suq tal-ittri u tal-loġistika, fid-dawl tal-fatt li l-bejgħ nett ta’ Post Danmark naqas bi kważi 10 % fl-2017. Fir-rigward tal-kalkolu tal-effetti negattivi tal-falliment ta’ Post Danmark, il-Kummissjoni qieset li d-Danimarka u l-Iżvezja ma kinux issostanzjaw b’mod suffiċjenti l-kwantifikazzjoni tal-effetti negattivi. |
|
(44) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-mudell tad-DCF kien relattivament sensittiv għas-suppożizzjonijiet applikati. B’mod partikolari, l-investiment ma jibqax jgħaddi mit-test tal-Prinċipju tal-Operatur f’Ekonomija tas-Suq (“MEOP”) jekk, pereżempju, il-Kost Medju Ponderat tal-Kapital (“WACC”) kien ta’ […] % u t-tkabbir totali annwali previst tal-bejgħ kien ta’ […] %. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni qieset li kienet meħtieġa aktar ċertezza dwar il-parametri li għandhom jintużaw fil-kalkoli. |
|
(45) |
Fid-dawl tal-informazzjoni stabbilita fil-premessi (42) sa (44), il-Kummissjoni esprimiet ċerti dubji dwar il-konformità mas-suq tal-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group (26). |
2.6.2. Injezzjoni ta’ kapital mid-Danimarka f’PostNord AB
|
(46) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-awtoritajiet Daniżi ma qiesu la l-probabbiltà li PostNord AB titlef il-grad ta’ investiment parallel tagħha fin-nuqqas tal-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja, u lanqas il-probabbiltà li PostNord AB titlef dan il-grad ta’ investiment parallel xorta waħda, anki jekk jingħataw l-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja. |
|
(47) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-awtoritajiet Daniżi ma qiesu la l-maturità tas-self li kellu jiġi rifinanzjat u lanqas il-perjodu li matulu ġie preżunt li l-grad ta’ investiment parallel ta’ PostNord AB kien se jinżamm minħabba l-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja. Madankollu, iż-żewġ elementi jridu jiġu kkunsidrati biex jiġi stmat sewwa l-iffrankar fil-kostijiet ta’ finanzjament attribwibbli lill-injezzjonijiet ta’ kapital, jekk wieħed jassumi li dan l-iffrankar ikun jeżisti. |
|
(48) |
Fid-dawl tal-premessi (46) u (47), il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-konformità mas-suq tal-injezzjoni ta’ kapital tal-awtoritajiet Daniżi (27). |
2.6.3. Injezzjoni ta’ kapital mill-Iżvezja f’PostNord AB
|
(49) |
Il-Kummissjoni qieset li l-argumentazzjoni ppreżentata fil-premessi (46) sa (48) kienet tapplika b’mod ugwali għall-valutazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet Żvediżi dwar l-injezzjoni ta’ kapital Żvediża f’PostNord AB. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-awtoritajiet Żvediżi ma kinux urew li l-iffrankar annwali fuq il-kostijiet tas-self ta’ SEK […] stmat mill-awtoritajiet Żvediżi, kif attribwibbli għall-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja, jipprovdi lill-awtoritajiet Żvediżi redditu f’konformità mas-suq mill-injezzjoni ta’ kapital tagħhom. |
|
(50) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-awtoritajiet Żvediżi kienu rrikonoxxew ukoll li kien hemm diversi inċertezzi inklużi fl-analiżi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Dawk l-inċertezzi huma b’mod partikolari l-fatt li PostNord AB m’għandhiex klassifikazzjoni tal-kreditu pubblika reali u s-suppożizzjoni sottostanti li d-dejn attwali kollu huwa rifinanzjat u li PostNord AB se tkun tista’ takkwista SEK […] b’mod addizzjonali f’dejn mis-suq. Tali inċertezzi mhux kwantifikati dehru diffiċli biex jiġu rikonċiljati ma’ approċċ xieraq ta’ investitur privat. |
|
(51) |
Fid-dawl tal-premessi (49) u (50), il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-konformità mas-suq tal-injezzjoni ta’ kapital tal-awtoritajiet Żvediżi (28). |
3. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
|
(52) |
Fis-17 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn seba’ partijiet interessati: ITD, Dansk Distribution A/S, Dansk Scanning A/S, Danske Fragtmænd A/S, Jørgen Jensen Distibution A/S (“JJD”), UPS Europe SPRL/BVBA u parti interessata waħda li talbet li tibqa’ anonima. Il-partijiet interessati kollha ssottomettew il-kummenti tagħhom separatament. |
3.1. ITD (l-ilmentatur)
|
(53) |
L-ITD għandha l-uffiċċji prinċipali tagħha f’Padborg (id-Danimarka) u għandha uffiċċji f’Copenhagen u fi Brussell. L-ITD hija assoċjazzjoni kummerċjali Daniża u l-membri tagħha li jammontaw għal aktar minn 810 jinkludu kumpaniji professjonali Daniżi attivi fis-swieq nazzjonali u/jew internazzjonali għat-trasport bit-triq ta’ merkanzija u servizzi loġistiċi (29). L-objettivi li ssegwi jinkludu l-iżgurar ta’ qafas politiku u legali sod għall-kompetittività tal-kumpaniji Daniżi tat-trasport bit-triq u tal-loġistika u ż-żamma ta’ livell għoli ta’ professjonaliżmu fis-settur tat-trasport bit-triq billi tipprovdi gwida, għodod u servizzi lill-kumpaniji tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. L-ITD issostni li madwar nofs il-membri tagħha jittrasportaw merkanzija u pakketti ġenerali u għalhekk huma kompetituri diretti ta’ Post Danmark. In-nofs l-ieħor huma kompetituri futuri potenzjali f’diversi segmenti tas-suq. |
3.1.1. It-tliet injezzjonijiet ta’ kapital jikkostitwixxu miżura waħda
|
(54) |
L-ITD hija tal-fehma li t-tliet injezzjonijiet ta’ kapital (ara t-Taqsima 2.3) jikkostitwixxu miżura waħda u mhux, kif sostnut mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha fil-premessa (69), tliet miżuri separati. |
|
(55) |
Skont l-ITD, is-sentenza Il-Greċja et vs Il-Kummissjoni (30) turi li sabiex jiġi ddeterminat jekk l-għajnuna fil-forma ta’ pagamenti differenti tikkostitwix diversi miżuri jew miżura waħda, wieħed għandu jħares lejn “il-kronoloġija, l-għan tagħhom u ċ-ċirkostanzi tal-impriża” (31). Fil-fehma tal-ITD, l-applikazzjoni ta’ dawk il-kriterji għal dan il-każ tista’ twassal biss għall-konklużjoni li t-tliet injezzjonijiet ta’ kapital jikkostitwixxu miżura waħda:
|
|
(56) |
L-ITD targumenta li l-Kummissjoni użat b’mod żbaljat sett differenti ta’ kriterji mill-kriterji rikonoxxuti f’Il-Greċja et vs Il-Kummissjoni, jiġifieri li l-injezzjonijiet ta’ kapital:
|
|
(57) |
B’referenza għall-premessa (71) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-ITD tiċħad l-argument tal-Kummissjoni li l-kawża ta’ BP Chemicals ma hijiex rilevanti għal din il-kawża minħabba li f’BP Chemicals l-istess investitur injetta kapital f’diversi istanzi. L-ITD tqis li BP Chemicals hija rilevanti għal din il-kawża għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, l-ITD targumenta li, BP Chemicals hija kawża oħra li turi li l-Kummissjoni kellha tħares lejn il-kronoloġija, l-għan u ċ-ċirkostanzi (ara l-premessa (55)). Barra minn hekk, l-ITD targumenta li ma hemm l-ebda dikjarazzjoni fis-sentenza BP Chemicals (jew kwalunkwe sentenza oħra) biex tappoġġa l-fehma li huwa importanti jekk investitur wieħed jew aktar jinjettaw kapital. F’dan ir-rigward, l-ITD tinnota li l-kostijiet ta’ investimenti differenti naturalment ivarjaw (irrispettivament minn jekk isirux minn investitur wieħed jew diversi). |
|
(58) |
L-ITD hija wkoll tal-fehma li l-Kummissjoni messha ffukat fuq l-investimenti u l-impriża fil-mira pjuttost milli fuq l-investitur. F’dan ir-rigward, b’referenza għall-formulazzjoni fil-Ftehim ta’ Ottubru, l-ITD tqis li l-injezzjonijiet ta’ kapital kollha kellhom l-istess benefiċjarju, jiġifieri Post Danmark, għall-kuntrarju ta’ dak li argumentat il-Kummissjoni. F’dan ir-rigward, fil-kummenti tagħha tas-17 ta’ Settembru 2019, l-ITD sostniet dan li ġej fir-rigward tal-Ftehim ta’ Ottubru: “Mill-punt 1 tal-Ftehim ta’ Ottubru 2017 jidher li ġie żviluppat “mudell ta’ produzzjoni ġdid b’kostijiet stmati ta’ madwar SEK 5,0 biljun ” u li “fl-implimentazzjoni tal-mudell ta’ produzzjoni l-ġdid, il-Kumpanija [PostNord] se tittrasferixxi [dak] il-kapital lil Post Danmark ”. Mill-punt 4 jidher li “il-ħtieġa għall-kapital [hija stmata] li hija SEK 3,0 biljun li minnhom l-azzjonist Żvediż jaqbel li jinvesti SEK 400 miljun u l-azzjonist Daniż jaqbel li jinvesti SEK 267 miljun biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-mudell ta’ produzzjoni l-ġdid ta’ [Post Danmark]” (enfasi miżjuda mill-ITD (33)). |
|
(59) |
Fir-rigward tar-rekwiżit għal aktar miżuri ta’ implimentazzjoni, li jaffettwaw il-mument tal-għoti tal-injezzjonijiet ta’ kapital differenti, l-ITD tispjega li mill-ġurisprudenza jirriżulta li sabiex ikunu preżenti l-miżuri ta’ implimentazzjoni, jew ir-rekwiżit li l-injezzjonijiet ta’ kapital jistgħu jingħataw biss wara dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni kellu jiġi stabbilit fi ftehim eżistenti minn qabel jew f’att leġiżlattiv eżistenti minn qabel (34) jew jenħtieġ li jkun impossibbli li jingħataw l-injezzjonijiet ta’ kapital mingħajr ma jittieħdu dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni (35). Skont l-ITD, dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ma ġewx issodisfati (36). |
|
(60) |
Barra minn hekk, l-ITD tindika l-ħlas tal-ewwel pagament tal-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord fl-4 ta’ April 2018 li għalih apparentement ma kienet meħtieġa l-ebda miżura ta’ implimentazzjoni u li seħħ qabel id-data li fiha l-Kummissjoni tqis li ngħatat l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord. L-ITD tirreferi wkoll għall-injezzjoni ta’ kapital ta’ DKK 1 biljun, li kienet suġġett tad-Deċiżjoni tal-2018, li setgħet isseħħ mingħajr l-ebda miżura ta’ implimentazzjoni. |
|
(61) |
Barra minn hekk, l-ITD tqis li jekk il-Kummissjoni tiddevja mil-linja ta’ raġunament tagħha fid-deċiżjoni tal-ftuħ (ara l-premessi (69) sa (76) tad-deċiżjoni tal-ftuħ) li l-injezzjonijiet ta’ kapital huma tliet miżuri separati (u għalhekk tikkonkludi li hemm miżura waħda biss), tkun meħtieġa deċiżjoni ta’ ftuħ ġdida. |
3.1.2. It-tliet injezzjonijiet ta’ kapital ingħataw fl-istess data
|
(62) |
L-ITD hija tal-fehma li anki jekk il-Kummissjoni ssostni li t-tliet injezzjonijiet ta’ kapital huma tliet miżuri separati, dawn xorta ngħataw fl-istess data, jiġifieri fl-20 ta’ Ottubru 2017, bil-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Ottubru. |
|
(63) |
B’mod alternattiv, jekk il-Kummissjoni tqis li l-injezzjonijiet ta’ kapital kienu kundizzjonali fuq l-approvazzjoni tal-kumpens għall-USO, it-tliet injezzjonijiet ta’ kapital għandhom jitqiesu bħala mogħtija fit-28 ta’ Mejju 2018 meta l-Kummissjoni approvat il-kumpens għall-USO. |
|
(64) |
F’dan ir-rigward, l-ITD l-ewwel tispjega li l-Ftehim ta’ Ottubru jorbot kemm lid-Danimarka kif ukoll lill-Iżvezja (37), simili għall-Ftehim Intergovernattiv konkluż bejn id-Danimarka u l-Iżvezja dwar l-istabbiliment ta’ konsorzju li jittratta l-kostruzzjoni, il-ġestjoni u l-operazzjonijiet tal-hekk imsejħa Link Fissa ta’ Øresund (38). |
|
(65) |
It-tieni, l-ITD tispjega li ma hija meħtieġa l-ebda miżura ta’ implimentazzjoni biex il-Ftehim ta’ Ottubru jsir effettiv. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord għal Post Danmark u l-injezzjoni ta’ kapital mid-Danimarka għal PostNord ma kinux meħtieġa skont l-ITD, la skont il-Ftehim ta’ Ottubru, jew kwalunkwe att leġiżlattiv ieħor (39), u lanqas ma kien impossibbli li jingħataw l-injezzjonijiet ta’ kapital mingħajr miżuri ta’ implimentazzjoni (40). Għalhekk, l-ITD tqis li d-data tal-għoti tal-11 ta’ Ġunju 2018 kemm għall-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord għal Post Danmark kif ukoll mid-Danimarka għal PostNord ma hijiex korretta. |
|
(66) |
L-ITD tirreferi wkoll għall-pubblikazzjoni fil-15 ta’ Jannar 2021 ta’ rapport imħejji mill-awditur tal-Istat Daniż (“Rigsrevisionen”). Dak ir-rapport jippreżenta l-konklużjonijiet tar-Rigsrevisionen dwar l-adegwatezza tas-superviżjoni tal-prattiki kontabilistiċi ta’ Post Danmark. Graff inkluża f’dak ir-rapport, kif ukoll it-test tar-rapport, juru, skont l-ITD, li t-tliet injezzjonijiet ta’ kapital kollha jikkostitwixxu miżura waħda u ngħataw fl-istess data, jiġifieri fl-20 ta’ Ottubru 2017, il-jum tal-Ftehim ta’ Ottubru. |
3.1.3. L-injezzjonijiet ta’ kapital jikkostitwixxu għajnuna
3.1.3.1.
|
(67) |
Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-għajnuna mwettqa mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-ITD tilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni qieset li t-tliet injezzjonijiet ta’ kapital jinvolvu riżorsi tal-Istat u huma imputabbli lid-Danimarka, lill-Iżvezja jew lit-tnejn, huma selettivi u joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
3.1.3.2.
|
(68) |
Fir-rigward tal-analiżi tad-DCF imħejjija minn PostNord li tistabbilixxi li l-gwadann għal PostNord b’riżultat tal-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord għal Post Danmark jaqbeż it-telf tal-likwidazzjoni ta’ Post Danmark, l-ITD issostni li dik l-analiżi ma hijiex affidabbli minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(69) |
Barra minn hekk, l-ITD issostni li:
|
3.1.3.3.
|
(70) |
L-ITD tqis li hemm aktar elementi li jitfgħu dubji fuq l-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja minn dawk imsemmija mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ:
|
3.2. Dansk Distribution
|
(71) |
Dansk Distribution A/S għandha l-uffiċċji prinċipali tagħha f’Karlslunde (id-Danimarka) u tikkonsenja pakketti, palits u merkanzija ġenerali. Dansk Distribution issostni li hija tikkompeti ma’ Post Danmark fis-settur tal-pakketti u b’mod aktar ġenerali fis-settur tad-distribuzzjoni. Hija għandha interess li tissottometti kummenti minħabba li Dansk Distribution u Post Danmark jipparteċipaw fl-istess offerti għal kuntratti loġistiċi fejn Post Danmark allegatament toffri prezzijiet taħt il-prezz tas-suq. |
|
(72) |
Dansk Distribution issottomettiet l-istess kummenti bħall-ITD. |
3.3. Dansk Scanning
|
(73) |
Dansk Scanning A/S għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’Esbjerg (id-Danimarka) u toħloq arkivji diġitali għall-klijenti tagħha. Hija toffri firxa ta’ servizzi ta’ diġitalizzazzjoni. Dansk Scanning issostni li hija tikkompeti ma’ Post Danmark fis-settur postali diġitalizzat u b’mod partikolari fis-suq għas-servizzi tal-iskennjar. |
|
(74) |
Dansk Scanning issottomettiet l-istess kummenti bħall-ITD. |
3.4. Danske Fragtmænd A/S
|
(75) |
Danske Fragtmænd A/S hija bbażata f’Aarhus (id-Danimarka) u hija sussidjarja ta’ Fragtmænd Holding A/S. Hija tipprovdi servizzi loġistiċi għal klijenti korporattivi fid-Danimarka. Hija tirċievi ordnijiet u sussegwentement taħżen, tiġbor, tippakkja u tqassam prodotti semimanifatturati u manifatturati, spare parts, oġġetti ta’ konvenjenza, oġġetti tal-konsum durabbli. Hija tista’ tikkonsenja fuq bażi ta’ kuljum u tipprovdi konsenja bieb bieb. Barra minn hekk, Danske Fragtmænd hija attiva fis-suq għas-servizzi ta’ magazzinaġġ u tat-teknoloġija tal-informazzjoni. |
|
(76) |
Danske Fragtmænd A/S issottomettiet l-istess kummenti bħall-ITD. |
3.5. Jørgen Jensen Distribution A/S
|
(77) |
JJD għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’Ikast (id-Danimarka) u tipprovdi servizzi tat-trasport tal-merkanzija. Hija tipprovdi firxa ta’ servizzi tat-trasport, inkluża d-distribuzzjoni ta’ pakketti, merkanzija, merkanzija fuq palits, konsenji fuq distanzi twal, li jinkludu oġġetti sensittivi għat-temperatura (bħall-ikel) u oġġetti mhux sensittivi għat-temperatura. Barra minn hekk, JJD hija attiva fis-swieq għas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bi ġbir u konsenja b’avviż qasir ħafna kif ukoll tas-servizzi ta’ kurrier. JJD issostni li hija tikkompeti ma’ Post Danmark fis-settur tat-trasport u tad-distribuzzjoni. Hija tqis li l-injezzjonijiet ta’ kapital, li huma s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni, jaffettwaw direttament l-operazzjonijiet tagħha peress li jagħtu lil Post Danmark il-kapaċità li toffri prezzijiet aktar baxxi mill-prezz tas-suq (15 % sa 30 % aktar baxxi). JJD tispjega li hija esperjenzat dan fil-kuntest ta’ offerti u kompetizzjonijiet ibbażati fuq stediniet mill-klijenti (43). |
|
(78) |
JJD issottomettiet l-istess kummenti bħall-ITD. |
3.6. UPS
|
(79) |
Il-UPS hija fornitur globali ta’ servizzi postali u ta’ spedizzjoni speċjalizzati. Wara l-Istati Uniti tal-Amerka, l-akbar suq tal-UPS huwa l-Ewropa fejn hija taqdi 56 pajjiż u territorju. Mill-1988, il-UPS hija attiva fis-suq Daniż fejn hija toffri servizzi postali u loġistiċi domestiċi u internazzjonali, inkluża konsenja espressa u standard għall-pakketti kif ukoll firxa ta’ servizzi tat-trasport tal-merkanzija bl-ajru, bil-baħar u bit-triq. Il-UPS issostni li hija tikkompeti direttament ma’ Post Danmark fis-settur tal-pakketti mhux universali u tas-servizzi postali u tal-loġistika. |
|
(80) |
Il-kummenti tal-UPS jikkoinċidu fil-biċċa l-kbira ma’ dawk ippreżentati mill-ITD u minn partijiet terzi oħra, iżda hemm kummenti speċifiċi relatati mal-valutazzjoni tal-MEOP. |
3.6.1. Injezzjoni ta’ kapital minn PostNord f’Post Danmark
|
(81) |
L-ewwel nett, il-UPS issostni li r-rata ta’ tkabbir ipotizzata fil-kalkoli tad-DCF tista’ tiġi validata billi titqabbel b’mod xieraq ma’ dik tas-settur postali u tal-loġistika kif irrapportata f’għadd ta’ dokumenti ta’ riċerka u sorsi oħra (44). |
|
(82) |
Il-UPS tissuġġerixxi wkoll li l-kapaċità ta’ PostNord li tbassar b’mod akkurat ir-riżultati mistennija fuq miri speċifiċi bħar-rata tat-tkabbir tad-dħul u l-EBIT tal-kumpanija għandha tiġi ddubitata. Dan tal-aħħar jista’ jiġi vvalutat permezz ta’ “ittestjar retrospettiv” tal-pjan storiku mar-riżultati reali għal dawk il-miri. |
|
(83) |
Barra minn hekk, il-UPS issostni li l-kostijiet addizzjonali tas-self, b’riżultat ta’ tnaqqis fil-grad, għandhom jiġu inklużi fid-DCF, mhux biss fix-xenarju ta’ falliment fin-nuqqas tal-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord, iżda wkoll fix-xenarju fejn isseħħ l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord. Il-UPS tqis li dan ikun konformi mad-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet Daniżi li l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ PostNord tista’ tiddeterjora wkoll bħala konsegwenza tal-injezzjoni ta’ kapital f’Post Danmark. |
3.6.2. L-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja f’PostNord
|
(84) |
Il-UPS issostni li sabiex jiġi ddeterminat jekk l-injezzjonijiet ta’ kapital tad-Danimarka u tal-Iżvezja kinux se jsiru minn investitur privat, kellha titwettaq valutazzjoni aktar dettaljata tal-allegati kostijiet addizzjonali tas-self li jirriżultaw mit-tnaqqis fil-grad tal-kreditu ta’ PostNord. Dik il-valutazzjoni mbagħad kellha tqis il-ħtiġijiet ta’ finanzjament futuri mistennija fil-forma ta’ analiżi tal-fluss tal-flus imbassar u ħarsa ġenerali tad-dejn eżistenti. |
3.7. Anonimi
|
(85) |
Il-parti terza anonima ssostni li hija tikkompeti ma’ Post Danmark fis-settur tad-distribuzzjoni tal-pakketti u tal-merkanzija. |
|
(86) |
Il-parti terza anonima ssottomettiet l-istess kummenti bħall-ITD. |
4. KUMMENTI MID-DANIMARKA U MILL-IŻVEZJA
4.1. Kummenti konġunti mid-Danimarka u mill-Iżvezja dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ
|
(87) |
Fil-kummenti konġunti tagħhom, l-Iżvezja u d-Danimarka jindikaw li huma, bħala sidien separati u indipendenti ta’ PostNord AB, għamlu l-valutazzjonijiet proprji tagħhom tar-raġunament ekonomiku tal-injezzjonijiet ta’ kapital rispettivi tagħhom. Għal din ir-raġuni, il-kummenti tagħhom dwar l-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja huma ppreżentati separatament fit-Taqsimiet 4.2 u 4.3. |
|
(88) |
L-Iżvezja u d-Danimarka, f’anness għall-kummenti konġunti tagħhom, issottomettew il-kummenti ta’ PostNord AB dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ. Skont PostNord AB “il-gvernijiet Daniżi u Żvediżi talbu lil PostNord AB biex tikkummenta dwar il-partijiet tad-deċiżjoni tal-ftuħ u s-sottomissjonijiet ta’ partijiet terzi dwar it-trasferimenti intragrupp.” Billi l-Iżvezja u d-Danimarka ssottomettew il-kummenti ta’ PostNord AB, il-Kummissjoni tittratta dawk il-kummenti bħala kummenti kemm mid-Danimarka kif ukoll mill-Iżvezja. |
4.1.1. L-injezzjonijiet ta’ kapital jikkostitwixxu tliet miżuri separati
|
(89) |
L-ewwel nett, l-Iżvezja u d-Danimarka jinnutaw li mhux biss it-tliet injezzjonijiet ta’ kapital huma miżuri separati, iżda wkoll il-kumpens tal-USO għal Post Danmark matul il-perjodu mill-2017 sal-2019 huwa miżura distinta. Huma jsostnu li dan jirriżulta mill-Ftehim ta’ Ottubru fejn il-pagament tal-kumpens għall-USO mid-Danimarka kien kundizzjoni għall-injezzjoni ta’ kapital Daniża ta’ SEK 267 miljun u l-injezzjoni ta’ kapital Żvediża ta’ SEK 400 miljun. Bl-istess mod, il-kumpens għall-USO kien indispensabbli għall-valutazzjoni ta’ PostNord Group li l-injezzjoni ta’ kapital tiegħu tkun skont it-termini tas-suq. Li tagħmel injezzjoni ta’ kapital (f’konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq) soġġetta għall-pagament ta’ għajnuna kompatibbli mill-Istat favur l-istess impriża huwa, skont id-Danimarka u l-Iżvezja, aċċettat b’mod wiesa’ fil-prattika tal-każ tal-Kummissjoni (45). |
|
(90) |
It-tieni, id-Danimarka u l-Iżvezja jaqblu mal-Kummissjoni li t-tliet injezzjonijiet ta’ kapital jikkostitwixxu tliet miżuri separati. F’dan ir-rigward, huma jsostnu li l-konsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni (jiġifieri l-fatt li l-miżuri huma mogħtija minn investituri differenti b’kostijiet ta’ finanzjament differenti, rekwiżiti ta’ redditu u proċess deċiżjonali differenti, li l-miżuri għandhom benefiċjarji differenti u għanijiet differenti) huma xierqa u appoġġati minn Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (46). F’dik il-kawża, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni kellha tibbaża fuq l-elementi rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ dritt u mhux biss fuq il-kuntest tagħhom u s-suċċessjoni kronoloġika tal-miżuri. |
|
(91) |
Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Iżvezja jenfasizzaw li l-Iżvezja ma kellha l-ebda obbligu li jirriżulta mid-Direttiva 97/67/KE fit-territorju Daniż u għalhekk ma kellha l-ebda inċentiv ieħor ħlief li tieħu deċiżjonijiet ta’ investiment ekonomikament razzjonali relatati mal-finanzjament minn PostNord Group tal-pjan ta’ trasformazzjoni ta’ Post Danmark. Għalhekk l-interess tal-Iżvezja f’Post Danmark huwa purament kummerċjali. |
|
(92) |
Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Iżvezja jispjegaw li l-ġurisprudenza tirrikonoxxi li diversi korpi pubbliċi tal-istess Stat Membru għandhom jitqiesu bħala operaturi ekonomiċi individwali tas-suq (47). Għal din ir-raġuni, huma jqisu li huwa indiskutibbli li żewġ Stati differenti għandhom jitqiesu bħala żewġ operaturi tas-suq separati u individwali. |
|
(93) |
Fil-fehma tad-Danimarka u tal-Iżvezja, mhux biss huma investituri distinti, iżda huma u PostNord Group huma wkoll investituri differenti. Dan jirriżulta b’mod partikolari mill-analiżi tal-profittabilità (jew tal-mitigazzjoni tat-telf) magħmula minn PostNord Group qabel l-investiment tiegħu f’Post Danmark, li hija differenti mill-analiżi tad-Danimarka u tal-Iżvezja. |
|
(94) |
Fir-rigward tal-injezzjonijiet ta’ kapital li għandhom benefiċjarji differenti, id-Danimarka u l-Iżvezja jqisu li r-referenzi tal-partijiet interessati għall-Ftehim ta’ Ottubru, li allegatament jidentifika lil Post Danmark bħala l-uniku benefiċjarju ma humiex sostanzjati peress li l-Ftehim ta’ Ottubru ma kienx maħsub biex jidentifika l-benefiċjarji reali għal skopijiet ta’ għajnuna mill-Istat. Pjuttost, il-Ftehim ta’ Ottubru kien ftehim fil-prinċipju u dan huwa ċar mill-formulazzjoni tiegħu. Id-Danimarka u l-Iżvezja spjegaw li l-injezzjonijiet ta’ kapital rispettivi tagħhom ma jmorrux għand Post Danmark u għalhekk tibbenefika minnhom primarjament PostNord AB. |
|
(95) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja jispjegaw li kwalunkwe benefiċċju indirett possibbli li Post Danmark tista’ tikseb minħabba l-injezzjonijiet ta’ kapital tagħhom huwa indirett wisq biex jikkostitwixxi vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Barra minn hekk, sussidjarji oħra ta’ PostNord Group jirċievu vantaġġ indirett simili. |
|
(96) |
Fir-rigward tal-miżuri li għandhom skopijiet differenti, id-Danimarka u l-Iżvezja l-ewwel jispjegaw li PostNord Group għamel l-injezzjoni ta’ kapital lil Post Danmark bil-għan li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ trasformazzjoni u jżid il-valur tal-azzjonisti (jew inaqqas it-telf potenzjali). It-tieni, bl-injezzjonijiet ta’ kapital rispettivi tagħhom, id-Danimarka u l-Iżvezja kellhom l-għan li jnaqqsu r-riskju li PostNord Group kollu jitqies li ma għandux kwalità tal-grad ta’ investiment u b’hekk jippreservaw jew iżidu l-valur tal-azzjonisti. |
4.1.2. It-tliet injezzjonijiet ta’ kapital ingħataw f’dati differenti
|
(97) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja jqisu li huwa importanti li jiċċaraw il-proċeduri deċiżjonali nazzjonali tagħhom applikabbli għall-injezzjonijiet ta’ kapital rispettivi tagħhom u li jikkoreġu d-deċiżjoni tal-ftuħ fir-rigward ta’ meta fil-fatt ingħataw l-injezzjonijiet ta’ kapital rispettivi tagħhom. |
|
(98) |
Fid-Danimarka, il-kostijiet jew l-infiq kollha li ma jinsabux fil-baġit tal-Istat kif deskritt fl-Att Finanzjarju annwali jeħtieġu bażi ġuridika separata biex ikunu legalment validi. Il-Kumitat Finanzjarju tal-Parlament jista’ jipprovdi tali bażi ġuridika fil-forma ta’ Digriet Ministerjali (Akstykke) wara talba magħmula mill-Ministeru kompetenti (f’dan il-każ il-Ministeru tat-Trasport, il-Bini u l-Akkomodazzjoni). Ladarba jiġi adottat, l-Istat jirriżerva l-fondi għall-objettiv deskritt fid-Digriet Ministerjali u l-Ministeru jista’ sussegwentement jiddisponi mill-fondi permezz tal-kont tat-teżor tiegħu, soġġett għall-kundizzjonijiet tad-Digriet Ministerjali. L-adozzjoni tad-Digriet Ministerjali ma tirriżultax f’obbligu għall-Ministeru li jiddisponi mill-fondi; huwa jistabbilixxi biss il-bażi ġuridika biex isir dan. Jekk il-Ministeru ma jużax il-fondi (pereżempju, minħabba li tranżazzjoni ma tkunx tista’ tiġi finalizzata, ċerti proġetti jiġu ttardjati jew ikkanċellati), il-fondi jiġu rritornati lit-Teżor. Id-Digriet Ministerjali għall-injezzjoni ta’ kapital Daniża huwa d-Digriet Ministerjali tas-17 ta’ Mejju 2018. |
|
(99) |
Fl-Iżvezja, il-gvern jeħtieġ mandat mill-Parlament biex jagħmel bidliet fil-portafoll tal-kumpaniji tiegħu, inklużi injezzjonijiet ta’ kapital. Mandat bħal dan mill-Parlament jippermetti lill-gvern li jaġixxi; madankollu, bħala regola, huwa ma jobbligax lill-gvern li jaġixxi f’ċertu ħin jew b’ċertu mod. Jista’ jkun hemm żmien sinifikanti bejn l-approvazzjoni tal-Parlament li tippermetti lill-gvern li jaġixxi u l-mument meta l-gvern fil-fatt jaġixxi, jekk jaġixxi. Fi tmiem l-2019, il-gvern Żvediż kellu diversi mandati biex jaġixxi, li huwa ma ddeċidiex li jaġixxi dwarhom parzjalment jew kompletament (48). L-injezzjoni ta’ kapital Żvediża għal PostNord AB teħtieġ deċiżjoni tal-gvern u għalhekk mandat mill-Parlament. |
|
(100) |
Fid-dawl tal-premessi (97) sa (99), id-Danimarka u l-Iżvezja jagħmlu distinzjoni bejn id-data li fiha ttieħdu d-deċiżjonijiet ta’ investiment (fi kliem ieħor, kwalunkwe valutazzjoni tal-konformità mas-suq suppost saret qabel din id-data), id-data li fiha ngħataw l-injezzjonijiet ta’ kapital u d-data li fiha dawn saru disponibbli jew tħallsu lill-benefiċjarju. Dawk it-tliet mumenti fiż-żmien huma ppreżentati fl-Illustrazzjoni 3 ippreżentata mid-Danimarka u mill-Iżvezja: Illustrazzjoni 3 Kronoloġija tal-għoti tat-tliet injezzjonijiet ta’ kapital:
|
|
(101) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja jispjegaw li mill-Illustrazzjoni 3 jirriżulta li:
|
4.1.3. L-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group f’Post Danmark ma tinvolvix għajnuna mill-Istat
4.1.3.1.
|
(102) |
L-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi jsostnu li l-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group lil Post Danmark kienet tikkostitwixxi biss trasferiment fi ħdan l-istess impriża (jiġifieri, PostNord Group) u ma tbiddilx il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq (51), peress li Post Danmark kienet diġà preżenti u topera fis-suq. |
|
(103) |
F’dan ir-rigward, id-Danimarka u l-Iżvezja jispjegaw li mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’ENEA jirriżulta li “riżorsi ta’ impriżi pubbliċi jistgħu jitqiesu li huma riżorsi tal-Istat meta dan ikun jista’, bl-eżerċizzju tal-influwenza dominanti tiegħu, jorjenta l-użu tagħhom sabiex jiffinanzja vantaġġi favur impriżi oħra” (enfasi miżjuda mill-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi) (52). |
|
(104) |
Madankollu, f’dan il-każ, l-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi jqisu li la d-Danimarka u lanqas l-Iżvezja ma kienu kapaċi jidderieġu l-użu tar-riżorsi ta’ PostNord Group f’Post Danmark, iżda fuq kollox trasferiment ta’ fondi bejn l-entitajiet differenti f’PostNord (bħall-injezzjoni ta’ kapital tal-Grupp) ma jammontax għal vantaġġ “favur impriżi oħra” (53), iżda jkun sempliċement trasferiment fi ħdan l-istess impriża (PostNord). |
|
(105) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi jispjegaw, billi jirreferu għal darba oħra għal ENEA (54), li l-aġir ta’ PostNord AB ma kienx “dettat minn struzzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi” u għalhekk ma kienx imputabbli lid-Danimarka jew lill-Iżvezja. |
|
(106) |
F’dan il-kuntest, id-Danimarka u l-Iżvezja jsostnu wkoll li mill-ġurisprudenza tal-Unjoni fi Stardust Marine jirriżulta li meta jittieħdu deċiżjonijiet minn impriżi pubbliċi, is-sempliċi fatt li impriża pubblika tkun taħt il-kontroll tal-Istat ma huwiex suffiċjenti biex il-miżuri meħuda minn dik l-impriża jkunu imputabbli lill-Istat. Fil-fatt, irid jintwera li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jitqiesu li kienu involuti fl-adozzjoni tal-miżura, u din l-imputabbiltà lill-Istat tista’ tiġi dedotta minn sett ta’ indikaturi (55). |
|
(107) |
L-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi jispjegaw li t-trasferiment ta’ DKK 150 miljun li sar fl-4 ta’ April 2018 sar sabiex jiġi żgurat li Post Danmark setgħet tkompli topera waqt li kienet qed tistenna l-approvazzjoni mistennija mill-Kummissjoni tal-kumpens għall-USO u l-eżekuzzjoni sussegwenti tal-pjan ta’ trasformazzjoni ta’ PostNord Group, inkluża l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza li d-Danimarka u l-Iżvezja kienu involuti, b’xi mod jew ieħor, fid-deċiżjoni li jsir it-trasferiment ta’ DKK 150 miljun. |
|
(108) |
Fir-rigward tat-trasferimenti li saru f’Ġunju 2018 u fi Frar 2019, dawn il-kontribuzzjonijiet kienu parti mid-deċiżjoni ta’ PostNord AB tal-11 ta’ Ġunju 2018 li tipproċedi bil-pjan ta’ trasformazzjoni (id-data tal-ftehim ta’ implimentazzjoni, ara l-premessa (25)). Barra minn hekk, fir-rigward ta’ dawk iż-żewġ trasferimenti, id-Danimarka u l-Iżvezja jsostnu li ma hemm l-ebda evidenza li xi waħda minnhom kienet involuta fid-deċiżjoni ta’ PostNord AB li tipproċedi bil-pjan ta’ trasformazzjoni (inkluża l-eżekuzzjoni tat-trasferimenti interni tat-18 ta’ Ġunju 2018 u tal-4 ta’ Frar 2019) għajr fil-kapaċità tagħhom bħala azzjonisti ta’ PostNord AB. Għalhekk, id-Danimarka u l-Iżvezja jqisu li l-Kummissjoni hija żbaljata meta ddikjarat fil-premessa (87) tad-deċiżjoni tal-ftuħ li t-trasferiment intern ta’ kapital huwa imputabbli lid-Danimarka u lill-Iżvezja, minħabba li kien parti mill-Ftehim ta’ Ottubru. F’dan ir-rigward, id-Danimarka u l-Iżvezja jsostnu li l-Ftehim ta’ Ottubru jinvolvi biss liż-żewġ sidien (id-Danimarka u l-Iżvezja) u mhux lil PostNord Group. |
|
(109) |
Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Iżvezja jsostnu li r-referenza, fil-paragrafi 1 u 4 tal-Ftehim ta’ Ottubru, għall-intenzjoni ta’ PostNord AB li timplimenta l-mudell ta’ produzzjoni l-ġdid u l-injezzjoni ta’ kapital marbuta minn PostNord Group lil Post Danmark qiegħda sempliċement tistabbilixxi l-kuntest fattwali tal-Ftehim ta’ Ottubru. Hija ma tfissirx li d-deċiżjoni ta’ PostNord AB li teżegwixxi l-pjan ta’ trasformazzjoni kienet imputabbli lid-Danimarka u lill-Iżvezja. Dan ikun appoġġat mill-fatt li:
|
|
(110) |
Skont id-Danimarka u l-Iżvezja, il-fatt li l-għoti ta’ kumpens għall-USO mid-Danimarka kien jiddependi fuq l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ trasformazzjoni (il-paragrafu 9 tal-Ftehim ta’ Ottubru) jenfasizza biss aktar li d-deċiżjoni li jiġi implimentat il-pjan ta’ trasformazzjoni kienet f’idejn PostNord AB, peress li l-kundizzjoni kienet tkun superfluwa kieku PostNord AB kienet diġà obbligata li tagħmel dan. |
4.1.3.2.
|
(111) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja jargumentaw li PostNord Group implimenta l-injezzjoni ta’ kapital tiegħu f’Post Danmark f’konformità mal-MEOP. Id-deċiżjoni ta’ PostNord li tagħmel it-trasferimenti interni ta’ kapital kienet ibbażata fuq metodi li huma konformi mal-prattika tas-suq bħall-analiżi tad-DCF, il-Mudell tal-Ipprezzar tal-Assi Kapitali u d-WACC. |
|
(112) |
B’mod partikolari, kemm id-Danimarka kif ukoll l-Iżvezja jargumentaw li r-rati ta’ tkabbir ta’ Post Danmark għas-suq tal-ittri ([…] % fis-sena), is-suq tal-loġistika ([…] %) u t-tkabbir globali (ikkombinat) (jiġifieri, li huma mistennija li jilħqu […] % fl-2026 u […] % wara l-2026) ipotizzati fil-mudell tad-DCF kienu konservattivi. Dan huwa bbażat fuq l-aspettattivi li n-negozju tal-loġistika se jikber b’rata minima tat-tkabbir sottostanti fil-PDG, u li t-tnaqqis fin-negozju tal-ittri huwa mistenni li jonqos sal-2022 u jistabbilizza fl-2026. Ir-rati ta’ tkabbir ipproġettati kienu bbażati fuq ix-xejriet tagħhom matul dawn l-aħħar ftit snin u qiesu l-inflazzjoni pproġettata u t-tkabbir fil-popolazzjoni. It-tnaqqis fir-ritmu ipotizzat fit-tnaqqis tas-servizzi tal-ittri sal-2022 kien ibbażat fuq il-fatt li partijiet kbar tal-volumi tal-posta Daniżi kienu diġà diġitalizzati (madwar 80 % tal-volumi meta mqabbla mal-2001), u suppożizzjoni li l-parti li jifdal tal-volumi tal-posta tonqos b’rata ħafna aktar bil-mod mill-ewwel parti kbira ħafna (56). |
|
(113) |
Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Iżvezja jargumentaw li f’xenarju fejn Post Danmark tfalli, is-suq jiddubita l-kapaċità u r-rieda ta’ PostNord Group li jappoġġa s-sussidjarji li jifdal. F’xenarju bħal dan, il-klassifikazzjoni tal-kreditu parallela ta’ PostNord AB titnaqqas b’mod sinifikanti mill-ekwivalenti ta’ grad ta’ investiment dgħajjef fiż-żona ta’ […] għal grad spekulattiv fiż-żona ta’ […]. Dan jikkorrispondi għal firxa bejn bond […] u bond […] ta’ […] punti bażi (BPS), jew l-ekwivalenti ta’ […] % fir-rendiment. F’dak ir-rigward, id-Danimarka u l-Iżvezja jqisu s-suppożizzjoni ta’ żieda ta’ […] % fil-kostijiet tas-self f’xenarju ta’ falliment bħala konservattiva. Fl-istess ħin, iż-żieda fil-kostijiet tas-self ġiet ikkalkulata abbażi ta’ SEK […] f’dejn gross, li huwa meqjus bħala l-bilanċ medju tal-obbligazzjonijiet li jġorru l-imgħax meħtieġ bejn l-2018 u l-2026 biex jiġi ffinanzjat il-PostNord Group f’xenarju ta’ falliment ta’ Post Danmark. |
|
(114) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja jsostnu li kieku Post Danmark kellha tfalli, PostNord titlef il-vantaġġ kompetittiv ta’ network Nordiku sħiħ flimkien mas-sinerġiji kkombinati fil-mudell ta’ produzzjoni attwali. Dan jirriżulta f’telf ta’ dħul ta’ […] % tal-operazzjonijiet Nordiċi proprji ta’ PostNord sal-2026 (indiċi bl-inflazzjoni u t-tkabbir tal-pakketti), li jammonta għal SEK […] miljun, filwaqt li l-impatt korrispondenti tal-Qligħ Qabel l-Imgħax, it-Taxxi, id-Deprezzament u l-Amortizzament (“EBITDA”) ikun ta’ […] %. |
|
(115) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja ssottomettew żewġ analiżijiet kwantitattivi dettaljati biex juru l-konformità mas-suq tal-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group. Dawk l-analiżijiet jelaboraw fuq il-kalkoli li PostNord Group għamel qabel l-investiment. Iż-żewġ analiżijiet huma mudelli tad-DCF ibbażati fuq previżjonijiet tal-kostijiet u d-dħul skontati għaż-żmien tal-investiment, sabiex tiġi ddeterminata l-profittabbiltà ġenerali ta’ dak l-investiment. Id-differenza ewlenija bejn iż-żewġ analiżijiet hija t-tip ta’ profitt li jikkunsidraw. |
|
(116) |
L-ewwel analiżi (ippreżentata fit-Tabella 2) tikkalkula l-ewwel nett il-valur tal-intrapriża sabiex jiġi kkalkulat il-valur tal-ekwità. Din tikkonsisti f’mudell tad-DCF rigward il-flussi ta’ flus liberi li jakkumulaw fil-livell ta’ Post Danmark kollha kemm hi, jiġifieri l-profitti disponibbli għad-distribuzzjoni kemm għad-dejn kif ukoll għall-azzjonisti (flussi ta’ flus liberi lill-kumpanija) skontati mid-WACC ta’ Post Danmark. Minbarra dawk il-profitti, l-ewwel analiżi tinkludi t-telf potenzjali li PostNord Group iġarrab fix-xenarju kontrofattwali fejn Post Danmark tfalli. Dak it-telf jinkludi, fost affarijiet oħra, il-kostijiet ogħla tal-imgħax minħabba t-tħassib potenzjali dwar il-kapaċità ta’ PostNord Group li jħallas id-dejn tiegħu, id-dħul minħabba s-sinerġiji bejn Post Danmark u l-attivitajiet l-oħra ta’ PostNord Group u d-dħul li PostNord Group jirċievi mingħand Post Danmark bħala kumpens għall-kostijiet fil-livell tal-grupp (bħal […] u […] kostijiet). Il-valur tal-ekwità jiġi kkalkolat billi jitnaqqas id-dejn nett mill-valur tal-intrapriża. Tabella 2 Post Danmark A/S - Mudell ta’ Evalwazzjoni tad-DCF għall-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group - Valur tal-Intrapriża/Ditta
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(117) |
Skont id-Danimarka u l-Iżvezja, mit-Tabella 2 jirriżulta li, fil-każ tax-xenarju ta’ likwidazzjoni ta’ Post Danmark, it-telf li PostNord Group (li huwa l-uniku azzjonist) isofri (jiġifieri t-telf ta’ ekwità, “G”) li jammonta għal MDKK […] ikun ogħla mill-kost li PostNord Group fil-fatt sofra bl-injezzjoni ta’ kapital (“H”) ta’ MDKK 2 339 sabiex jappoġġa lil Post Danmark. |
|
(118) |
It-tieni analiżi kwantitattiva (ippreżentata fit-Tabella 3) tiffoka direttament fuq il-valur tal-ekwità u tikkonsisti f’applikazzjoni tal-metodu tad-DCF, li huwa bbażat fuq il-profitti li jakkumulaw biss għas-sid ta’ Post Danmark, jiġifieri, għal PostNord Group. Il-metodu tad-DCF għall-ekwità jieħu bħala punt tat-tluq l-istess flussi ta’ flus liberi għad-ditta użati fl-ewwel analiżi u mbagħad inaqqas il-kostijiet tar-rata tal-imgħax fuq id-dejn, ir-rimborż tas-self u d-dħul ta’ flus minn self ġdid fil-livell ta’ Post Danmark li jwasslu għall-flussi ta’ flus liberi għall-ekwità. Dan il-fluss tal-flus liberu huwa skontat bil-kost tal-ekwità tas-sid (PostNord Group). Simili għall-ewwel analiżi, il-kalkolu tal-valur tal-ekwità pprovdut mid-Danimarka jqis l-effetti negattivi fuq PostNord Group fix-xenarju kontrofattwali. Tabella 3 Post Danmark A/S - Mudell ta’ Evalwazzjoni tad-DCF għall-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group - Valur tal-ekwità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(119) |
Skont id-Danimarka u l-Iżvezja, mit-Tabella 3 jirriżulta li fil-każ tax-xenarju ta’ likwidazzjoni ta’ Post Danmark, it-telf li PostNord Group (li huwa l-uniku azzjonist) isofri (jiġifieri t-telf ta’ ekwità, “G”) li jammonta għal MDKK […] ikun ogħla mill-kost li PostNord Group fil-fatt sofra bl-injezzjoni ta’ kapital (“H”) ta’ MDKK 2 339 sabiex jappoġġa lil Post Danmark. |
|
(120) |
Skont id-Danimarka u l-Iżvezja, iż-żewġ analiżijiet ippreżentati fil-premessi (116) u (118) juru l-konformità mas-suq tal-injezzjoni ta’ ekwità ta’ PostNord Group minħabba li l-valur preżenti tat-telf evitat minħabba l-injezzjoni ta’ ekwità huwa ogħla mill-kost ta’ dik l-injezzjoni. |
|
(121) |
L-istess analiżijiet juru wkoll (ippreżentati fit-Tabella 4) li r-rata ta’ redditu interna (“IRR”) ta’ […] % tal-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group lil Post Danmark taqbeż ir-redditu minimu meħtieġ minn operatur f’ekonomija tas-suq, jiġifieri, il-kost tal-ekwità ta’ […] % kif spjegat hawn taħt fil-premessa (148). Tmiem il-perjodu tal-karta bilanċjali
|
|
(122) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja jsostnu li s-suppożizzjonijiet applikati fil-mudelli tad-DCF kienu prudenti u konservattivi peress li, kif muri mill-kampjun tar-rati tad-WACC postali pari, id-WACC ta’ […] % użat fil-mudell tad-DCF huwa […] punti perċentwali […] milli għal entitajiet komparabbli. Barra minn hekk, il-previżjonijiet tal-profittabbiltà huma raġonevoli u ġġustifikati minn studji tas-suq (57), filwaqt li s-suppożizzjonijiet dwar ir-rati ta’ tkabbir tad-dħul u l-profittabbiltà ta’ Post Danmark ġew imqabbla ma’ kampjun ta’ pari ta’ Post Danmark (58). |
4.1.4. L-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja f’PostNord AB ma jinvolvux għajnuna mill-Istat
|
(123) |
Fir-rigward ta’ jekk id-Danimarka u l-Iżvezja, bħala sidien ta’ PostNord AB u investituri fiha, kellhomx ikejlu l-probabbiltà li PostNord AB titlef il-grad ta’ investiment fin-nuqqas ta’ injezzjonijiet ta’ kapital, huma jsostnu li tali rekwiżit huwa spekulattiv ħafna. Barra minn hekk, huma jqisu li sidien komparabbli li jikkunsidraw jekk jinvestux fil-kumpanija tagħhom stess (kif id-Danimarka u l-Iżvezja jsostnu li għamlu) għandhom għarfien dettaljat tal-impriżi proprji tagħhom, iżda mhux neċessarjament ikunu ddeskrivew, ikkalkulaw u ddokumentaw dawk l-effetti kollha b’mod espliċitu u fid-dettall qabel ma jagħmlu investiment speċifiku. Il-ħtieġa ta’ tali dokumentazzjoni taqbeż b’mod sinifikanti d-dokumentazzjoni li l-operaturi normali tas-suq jipproduċu qabel tali investimenti. Impriżi privati f’sitwazzjonijiet simili normalment ikunu ggwidati mill-hekk imsejħa regola tal-ġudizzju tan-negozju, fi kliem ieħor, l-istandard li bih il-maniġment ta’ impriża jista’ jkun responsabbli għad-deċiżjonijiet tiegħu. Il-mistoqsija kruċjali skont din ir-regola hija jekk il-bażi għad-deċiżjoni kinitx raġonevoli, u jekk id-deċiżjoni saritx fl-interess tal-impriża. |
|
(124) |
L-Iżvezja u d-Danimarka jargumentaw li l-bażi għad-deċiżjoni li jiġi injettat kapital f’PostNord AB kienet raġonevoli, suffiċjenti u simili għal dak li investitur privat komparabbli kien ikun jeħtieġ għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(125) |
Fil-fehma tad-Danimarka u tal-Iżvezja, l-analiżi tad-DCF turi li l-investimenti tagħhom għandhom redditu pożittiv fil-forma ta’ ħolqien tal-valur, billi jekk PostNord AB titlef il-grad ta’ investiment, hija ssofri telf fil-valur tal-intrapriża ta’ SEK 1 071 miljun. Dan jaqbeż il-kost totali reali li ġarrbu d-Danimarka u l-Iżvezja li jammonta għal SEK 667 miljun, jiġifieri l-kapital totali injettat minnhom. Huma bbażaw fuq l-effetti tal-investimenti tagħhom fuq il-valur tal-intrapriża ta’ PostNord AB u l-objettiv tagħhom li jipproteġu l-valur tagħhom bħala azzjonisti (jiġifieri, il-valur tal-ekwità ta’ SEK […]), u, fil-fehma tagħhom, l-MEOP ma jirrikjedix li s-sidien għandhom iwettqu valutazzjonijiet ekonomiċi bbażati fuq xenarju kontrofattwali fejn PostNord AB tiġi likwidata. |
|
(126) |
Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Iżvezja jsostnu li, anki jekk ma ssemmietx b’mod espliċitu fl-analiżi ekonomika tas-sidien, huma kellhom għarfien profond tal-ħtiġijiet ta’ rifinanzjament ta’ PostNord. Barra dan, id-Danimarka u l-Iżvezja involvew konsulenti finanzjarji (SEB u Rothschild) li wettqu analiżijiet fil-fond tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ PostNord. F’dawk l-analiżijiet, ġiet ikkunsidrata l-maturità tas-self li għandu jiġi rifinanzjat. Għalhekk, is-suppożizzjoni li PostNord kienet teħtieġ rifinanzjament sinifikanti u għal dik ir-raġuni kellha ħtieġa speċifika li tibqa’ f’territorju ta’ grad ta’ investiment, biex tippermetti l-aċċess għas-suq tal-kreditu u tkun flessibbli fl-għażla tas-sorsi ta’ finanzjament l-aktar xierqa u l-aktar baxxi, ġiet iġġustifikata b’mod xieraq fil-fehma tad-Danimarka u tal-Iżvezja. |
|
(127) |
Fl-aħħar nett, id-Danimarka u l-Iżvezja jsostnu li, għalkemm mhux meħtieġa f’valutazzjoni tal-MEOP, evidenza ex post, bħar-rendiment tal-bonds maħruġa minn PostNord u pari oħra, fl-2018 u fl-2019, turi li l-injezzjonijiet ta’ kapital kienu tabilħaqq konformi mas-suq u li fin-nuqqas tal-injezzjonijiet ta’ kapital, il-kostijiet tal-imgħax jistgħu jiżdiedu b’[…] punti bażi. |
4.2. Il-kummenti tad-Danimarka dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ
|
(128) |
Il-kummenti individwali tad-Danimarka jikkonċernaw biss l-injezzjonijiet ta’ kapital minnha nnifisha u mill-Iżvezja. Id-Danimarka ssostni li l-istima tal-probabbiltà li PostNord AB titlef l-istatus ta’ grad ta’ investiment bl-injezzjoni ta’ kapital tagħha u tal-Iżvezja u mingħajrha ma kinitx espliċita, iżda impliċita fil-valutazzjoni tal-awtoritajiet Daniżi li saret qabel id-deċiżjoni ta’ investiment tagħhom. Skont il-valutazzjoni, kien probabbli (jiġifieri, […] % sa […] % ċert) li PostNord AB titlef il-grad ta’ investiment fin-nuqqas ta’ injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja. |
|
(129) |
L-injezzjoni ta’ kapital tad-Danimarka u tal-Iżvezja ta’ SEK 667 miljun tiżgura li l-proporzjon tad-dejn nett għall-EBITDA jibqa’ taħt […] fis-snin li ġejjin, livell normalment meħtieġ mis-suq finanzjarju għad-dħul fit-territorju ta’ grad ta’ investiment. Barra minn hekk, l-injezzjoni ta’ kapital tas-sidien issaħħaħ fiha nnifisha l-affidabbiltà kreditizja tal-kumpanija billi tindika lis-swieq finanzjarji li s-sidien kienu vvalutaw u emmnu fil-prestazzjoni finanzjarja futura ta’ PostNord AB. |
|
(130) |
Id-Danimarka ssostni li ma tkunx prattika standard tas-suq li tipproċedi b’kalkolu finanzjarju eżatt tax-xenarji kontrofattwali u fattwali ta’ jekk il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ PostNord AB tinżammx strettament minħabba l-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja, peress li fid-dawl tat-trasformazzjoni operattiva ta’ Post Danmark, jista’ jkun mistenni li l-affidabbiltà kreditizja ta’ PostNord AB titjieb gradwalment fi kwalunkwe każ. |
|
(131) |
Madankollu, id-Danimarka tqis ukoll li l-analiżi ta’ Rothschild ipprovdiet eżempju illustrattiv iżda realistiku tat-telf potenzjali ta’ PostNord AB li ma tkunx fi grad ta’ investiment, ibbażat fuq l-obbligazzjonijiet totali li kienu jeżistu fl-2017 (jiġifieri, SEK […]) u bis-suppożizzjoni ta’ maturità ta’ […] snin. Dik l-analiżi turi li PostNord AB kellha tkun f’territorju ta’ grad ta’ investiment biex tiżgura mgħax baxx għar-rifinanzjament tal-obbligazzjonijiet li jimmaturaw fil-futur qrib. L-analiżi għalhekk turi li r-riskju realistiku li PostNord AB titlef il-valur tal-intrapriża minħabba żieda fil-kostijiet tal-investiment kien iwassal lil kwalunkwe investitur privat f’ċirkostanzi simili biex jagħmel l-injezzjoni ta’ kapital mingħajr il-livell ta’ dettall tal-valutazzjoni meħtieġa mill-Kummissjoni. |
|
(132) |
Id-Danimarka targumenta wkoll li l-perjodu fejn il-grad ta’ investiment ta’ PostNord AB jinżamm minħabba l-injezzjonijiet ta’ kapital tad-Danimarka u tal-Iżvezja ma jkunx ċert. Madankollu, peress li l-maġġoranza tal-obbligazzjonijiet ta’ PostNord AB kellhom jiġu rifinanzjati fl-2018 sal-2019, kien kruċjali għal PostNord AB li żżomm il-grad ta’ investiment f’dak il-perjodu. Barra minn hekk, PostNord AB qed topera f’suq li għaddej minn bidla sinifikanti, li jimplika li s-swieq finanzjarji x’aktarx japplikaw kriterji aktar stretti biex jiddistingwu bejn grad ta’ investiment u grad mhux ta’ investiment, u juru anqas flessibbiltà għall-proporzjon tad-dejn nett mal-EBITDA. F’dawk iċ-ċirkostanzi, il-klassifikazzjoni tal-grad ta’ investiment ta’ PostNord AB tibqa’ importanti għal diversi snin, anke wara t-tlestija tat-trasformazzjoni ta’ Post Danmark. |
|
(133) |
Id-Danimarka ssostni li l-proporzjon tad-dejn nett mal-EBITDA huwa wieħed mill-metriċi finanzjarji ewlenin użati mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu biex jiddeterminaw ir-riskju ta’ inadempjenza ta’ emittent, għalhekk, iż-żamma ta’ dak il-proporzjon speċifiku taħt ċertu limitu hija kruċjali għal PostNord AB biex iżżomm il-klassifikazzjoni ta’ grad ta’ investiment. Fl-istess ħin, is-swieq finanzjarji jistgħu jibbażaw biss il-valutazzjonijiet tal-kreditu fuq ir-riżultati futuri mistennija, pereżempju, il-probabbiltà tat-trasformazzjoni b’suċċess ta’ Post Danmark. F’dan il-kuntest, l-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja lil PostNord AB kienu jaffettwaw il-valutazzjoni tar-riskju tas-suq b’mod pożittiv. |
4.3. Il-kummenti tal-Iżvezja dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ
|
(134) |
Il-kummenti individwali tal-Iżvezja jikkonċernaw biss l-injezzjonijiet ta’ kapital minnha nnifisha u mid-Danimarka. L-Iżvezja ssostni li kieku PostNord Group kellu jittrasferixxi l-kapital lil Post Danmark mingħajr il-kumpens għall-USO mid-Danimarka jew l-injezzjonijiet ta’ kapital f’PostNord AB mill-azzjonisti, l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ trasformazzjoni ta’ Post Danmark tikkonsma r-riżorsi finanzjarji ta’ PostNord Group sal-punt fejn il-grupp kollu jkun f’riskju. |
|
(135) |
L-Iżvezja tistma li l-impatt ta’ falliment ta’ Post Danmark fuq il-valur tal-ekwità tal-parteċipazzjoni Żvediża ta’ ishma f’PostNord AB b’mod totali kien inċert iżda stmat li huwa negattiv. |
|
(136) |
L-Iżvezja ssostni li mingħajr l-ebda injezzjoni ta’ kapital u l-ebda kumpens għall-USO għal Post Danmark, PostNord Group jitqies bħala grad mhux ta’ investiment b’riskju finanzjarju sinifikanti, żieda fil-kostijiet tas-self u flessibbiltà finanzjarja limitata. Klassifikazzjoni aktar baxxa tista’ tinvolvi impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet tal-klijenti u tal-fornituri, diffikultajiet biex jinżammu impjegati b’talent kif ukoll effetti oħra ta’ sinjalar mill-ebda appoġġ (ta’ kapital) mis-sid. Għalhekk, l-Iżvezja qieset li kien kruċjali li jiġi żgurat livell ta’ riskju finanzjarju li jikkorrispondi għal klassifikazzjoni tal-kreditu ta’, jew qrib, kwalità ta’ grad ta’ investiment […], li huwa komparabbli mal-pari. |
|
(137) |
L-Iżvezja, abbażi ta’ analiżi tad-DCF, tikkonkludi li, bl-inklużjoni tal-għajnuna Daniża ta’ SEK 1 533 miljun relatata mal-kumpens għall-USO għall-perjodu mill-2017 sal-2019, il-VPN tan-negozju Daniż jiżdied minn SEK […] għal SEK […], li sussegwentement jiżdied fil-valur tal-ekwità tal-azzjonisti. Iż-żieda fil-valur tal-ekwità tal-azzjonist Żvediż ta’ SEK […] taqbeż b’mod ċar l-investiment tiegħu ta’ SEK 400 miljun, li juri li d-deċiżjoni tal-Iżvezja li tinjetta l-kapital f’PostNord AB kienet konformi mal-MEOP. |
4.4. Kummenti mid-Danimarka u mill-Iżvezja dwar il-kummenti ta’ partijiet terzi
4.4.1. It-tliet injezzjonijiet ta’ kapital jikkostitwixxu tliet miżuri separati u mhux miżura waħda
|
(138) |
Għar-raġunijiet spjegati fit-Taqsima 4.1.1, id-Danimarka u l-Iżvezja ma jaqblux mal-ITD u partijiet terzi oħra li t-tliet injezzjonijiet ta’ kapital għandhom jitqiesu bħala miżura waħda. Id-Danimarka u l-Iżvezja jinnutaw ukoll, b’referenza għall-premessa (75) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, li l-kumpens għall-USO għall-2017 sal-2019 huwa miżura distinta. |
|
(139) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja b’mod partikolari jqisu li l-affermazzjoni tal-ITD li sabiex titwieġeb il-mistoqsija dwar jekk diversi miżuri għandhomx jiġu analizzati separatament, wieħed għandu jħares lejn iċ-“ċirkostanzi tal-benefiċjarju, u mhux iċ-ċirkostanzi tal-investituri”, ma tistax tiġi aċċettata. Id-Danimarka u l-Iżvezja jqisu li l-konformità mal-MEOP għandha tiddependi fuq ir-razzjonalità ekonomika li tidher mill-perspettiva ta’ kull investitur (59). |
|
(140) |
Fir-rigward tal-għan tat-tliet injezzjonijiet ta’ kapital u l-argument mill-ITD li l-allegata diskrepanza fil-finanzjament bejn il-kostijiet stmati tal-mudell ta’ produzzjoni l-ġdid (jiġifieri SEK 5 biljun skont il-Ftehim ta’ Ottubru) u l-injezzjoni ta’ PostNord Group ta’ DKK 2,339 biljun tindika li l-injezzjonijiet ta’ kapital mill-Iżvezja u mid-Danimarka huma fil-fatt maħsuba wkoll għall-pjan ta’ trasformazzjoni (60), id-Danimarka u l-Iżvezja jinnotaw li l-kostijiet stmati tal-mudell ta’ produzzjoni l-ġdid, kif imsemmi fil-Ftehim ta’ Ottubru, ma jikkorrispondux għall-ħtieġa tal-kapital, peress li l-kostijiet stmati jinkludu t-telf operatorju previst imġarrab minn Post Danmark innifisha, u b’hekk il-ħtieġa għall-kapital tkun anqas. |
|
(141) |
Dwar l-affermazzjoni tal-ITD li l-benefiċjarju finali tat-tliet injezzjonijiet ta’ kapital kollha huwa Post Danmark (ara l-premessa (58)), id-Danimarka u l-Iżvezja jinnotaw li l-Ftehim ta’ Ottubru ma huwiex maħsub biex jidentifika l-benefiċjarju reali għall-finijiet ta’ għajnuna mill-Istat. Huwa pjuttost ftehim dwar il-prinċipji, li ġie implimentat b’impenji legalment vinkolanti vis-á-vis PostNord AB sussegwentement. |
4.4.2. It-tliet injezzjonijiet ta’ kapital ma ngħatawx fid-data tal-Ftehim ta’ Ottubru
|
(142) |
Għar-raġunijiet spjegati fit-Taqsima 4.1.2, id-Danimarka u l-Iżvezja ma jaqblux ukoll mal-pożizzjoni tal-ITD li t-tliet injezzjonijiet ta’ kapital ingħataw fid-data tal-Ftehim ta’ Ottubru. Id-Danimarka u l-Iżvezja jirreferu għall-kundizzjonijiet elenkati fis-sentenzi Magdeburger Mühlenwerke u BSCA (61) meta jispjegaw li miżura tista’ titqies biss bħala mogħtija b’att legalment vinkolanti li permezz tiegħu l-awtorità nazzjonali kompetenti timpenja ruħha li tagħti l-miżura lill-benefiċjarju, permezz ta’ wegħda inkondizzjonata u legalment vinkolanti, jew meta kwalunkwe kundizzjoni għall-kisba tal-għajnuna tkun ġiet issodisfata u meta l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun jista’ jiġi identifikat. |
|
(143) |
Fil-fehma tad-Danimarka u tal-Iżvezja, il-Ftehim ta’ Ottubru ma jissodisfa l-ebda waħda minn dawn it-tliet kundizzjonijiet għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(144) |
Barra minn hekk, l-Istati jqisu l-affermazzjoni tal-ITD li l-miżuri ta’ implimentazzjoni, sabiex jiġu kkaratterizzati bħala tali għall-finijiet ta’ għajnuna mill-Istat, għandhom jiġu stabbiliti ex ante u li jkun impossibbli li l-għajnuna tingħata mingħajr ma jittieħdu l-miżuri ta’ implimentazzjoni (ara l-premessa (59)) bħala irrilevanti. F’dan ir-rigward, l-Istati għandhom dubji dwar ir-rilevanza tal-ġurisprudenza msemmija mill-ITD. L-ewwel nett, is-sentenza Arriva Italia et kienet għadha ma ngħatatx fil-mument meta l-ITD issottomettiet il-kummenti tagħha. Fi kwalunkwe każ, skont l-Istati, il-kawża Arriva Italia et ma tikkonċernax jekk setgħux jiġu imposti miżuri ta’ implimentazzjoni, jew meta dawn il-miżuri setgħu jiġu imposti, iżda pjuttost jekk il-liġi nazzjonali li tat id-dritt li tingħata l-għajnuna kinitx tinkludi miżuri ta’ implimentazzjoni u jekk dawn ġewx issodisfati (65). It-tieni, is-sentenzi l-oħra msemmija mill-ITD (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 35) jikkonċernaw jekk il-miżuri nazzjonali kinux jikkostitwixxu skemi ta’ għajnuna u jekk il-konverżjoni ta’ kumpanija f’forma legali partikolari kinitx tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna jew għajnuna individwali. Skont l-Istati, jidher ċar li din il-ġurisprudenza ma hijiex rilevanti għall-affermazzjoni tal-ITD. |
|
(145) |
Fil-fehma tad-Danimarka u tal-Iżvezja, il-linja sussidjarja ta’ raġunament tal-ITD li t-tliet injezzjonijiet ta’ kapital ingħataw fit-28 ta’ Mejju 2018 ma hijiex issostanzjata, kif spjegat fil-premessi (100) u (101). |
|
(146) |
Fir-rigward tar-referenza tal-ITD għar-rapport tar-Rigsrevisionen (il-premessa (66)), id-Danimarka u l-Iżvezja jinnotaw dan li ġej:
|
4.4.3. Il-kalkoli tad-DCF għall-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group f’Post Danmark huma sodi
|
(147) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja jikkontestaw l-affermazzjoni tal-ITD li d-WACC użat għall-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group għal Post Danmark kellu jkun ogħla sabiex jirrifletti l-probabbiltà li l-USO ma jiġix fdat lil Post Danmark. Huma jispjegaw li l-inkarigu għall-USO dejjem kien f’idejn Post Danmark, u PostNord Group ma kien ikollu l-ebda raġuni biex jistenna li l-Istat Daniż kellu xi intenzjoni li jibdel din is-sitwazzjoni, b’mod partikolari billi s-servizz universali huwa obbligu intensiv fil-kostijiet u attività li tagħmel it-telf. |
|
(148) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja jikkontestaw ukoll l-affermazzjoni tal-ITD li d-WACC kellu jkun ogħla mid-WACC tal-pari ta’ PostNord Group biex jirrifletti r-riskji relatati mat-twettiq tal-pjan ta’ trasformazzjoni, minħabba li r-riskju kummerċjali rilevanti kien kopert fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju sottostanti, u ġew applikati primjums addizzjonali għar-riskju tal-kumpanija (għad-diġitalizzazzjoni u d-daqs), kif muri fit-Tabella 5: Tabella 5 Post Danmark A/S – kalkolu tad-WACC
|
||||||||||||||||||||
|
(149) |
Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Iżvezja jsostnu li l-prestazzjoni ta’ Post Danmark kienet titjieb meta mqabbla mal-miri stabbiliti fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-2018 sal-2020 kif iddikjarat fir-rapport annwali ta’ PostNord AB għall-2018 fil-paġna 25. Fl-opinjoni kemm tad-Danimarka kif ukoll tal-Iżvezja, dan jappoġġa l-konklużjoni li s-suppożizzjonijiet tal-kalkolu tad-DCF kienu prudenti u konservattivi. Dan jikkonfuta wkoll l-affermazzjoni tal-ITD li x-xejra fir-riżultati operattivi ta’ Post Danmark mill-2017 kienet esklussivament u dejjem aktar negattiva. Għall-kuntrarju, kien hemm xejra ’l fuq fl-EBIT qabel elementi li jaffettwaw il-komparabbiltà. Kif iddikjarat fir-rapport annwali ta’ PostNord AB tal-2018, it-tnaqqis fit-telf huwa dovut għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ trasformazzjoni. |
|
(150) |
Għall-kuntrarju tal-argumenti tal-ITD, id-Danimarka u l-Iżvezja jqisu li l-injezzjonijiet ta’ kapital tagħhom f’PostNord AB ma kellhomx jiġu inklużi fid-DCF għall-injezzjoni ta’ kapital tal-grupp. Madankollu, id-Danimarka u l-Iżvezja jargumentaw li anki jekk l-injezzjonijiet ta’ kapital kienu inklużi fil-kalkolu tal-VPN tal-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group fit-Tabella 1 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, u b’hekk iżidu l-injezzjoni ta’ kapital (A) b’SEK 667 miljun (DKK 460 miljun), il-valur totali nett tal-injezzjoni ta’ kapital (G) jibqa’ pożittiv, jiġifieri madwar DKK […] (DKK […] – DKK 460 miljun). |
|
(151) |
Għall-kuntrarju tal-argumenti tal-ITD, id-Danimarka u l-Iżvezja jqisu wkoll li l-effett ta’ darba relatat mal-krediti tal-proprjetà immobbli fid-Danimarka (DKK […]) kellu jiġi inkluż fid-DCF għall-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group, minħabba li l-inklużjoni ta’ dan l-effett kienet ibbażata fuq klawżoli ta’ inadempjenza indiretta fil-faċilità ta’ kreditu ta’ PostNord Group. Fi kwalunkwe każ, skont l-Istati, l-inklużjoni tal-effett ta’ darba tal-proprjetà immobbli fid-DCF ma għandha l-ebda impatt sostantiv fuq ir-riżultat, u anki kieku l-effett ta’ darba tal-proprjetà immobbli kien ġie eskluż, il-valur totali bl-injezzjoni ta’ kapital mhux inkluża kien jibqa’ pożittiv. |
|
(152) |
Bi tweġiba għall-argument tal-ITD li l-kumpens għall-USO jinvolvi għajnuna mill-Istat u għalhekk għandu jiġi eskluż mill-analiżi tad-DCF, iż-żewġ Stati jsostnu li l-kumpens għall-USO ġie newtralizzat fid-DCF mill-kostijiet korrispondenti marbuta mal-USO li jagħti t-telf. |
|
(153) |
Fl-aħħar nett, bi tweġiba għall-argument tal-ITD li l-mudell tad-DCF kien imfassal minn PostNord innifisha, l-Istati jargumentaw li impriżi pubbliċi bħal PostNord ovvjament għandhom persuni kompetenti interni li huma perfettament kapaċi jwettqu analiżi tal-investiment, li tissodisfa l-MEOP, pjuttost milli jassenjawha lil espert indipendenti. |
5. VALUTAZZJONI
5.1. Kwalifika tal-injezzjonijiet ta’ kapital bħala miżura waħda jew tliet miżuri separati
|
(154) |
L-ITD (kif ukoll partijiet terzi oħra) isostnu li l-injezzjonijiet kollha ta’ kapital għandhom jitqiesu bħala miżura waħda (ara t-Taqsima 3.1.1). Id-Danimarka u l-Iżvezja, għall-kuntrarju, isostnu li l-injezzjonijiet ta’ kapital għandhom jitqiesu bħala tliet miżuri separati (ara t-Taqsima 4.1.1). Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni qieset li t-tliet injezzjonijiet ta’ kapital huma tliet miżuri separati li kull waħda minnhom teħtieġ il-valutazzjoni xierqa proprja tagħha (ara l-premessa (69) tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
|
(155) |
Wara li eżaminat il-kummenti kollha li rċeviet fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni ssostni l-fehma tagħha fid-deċiżjoni tal-ftuħ li t-tliet injezzjonijiet ta’ kapital huma tliet miżuri separati li kull waħda minnhom teħtieġ il-valutazzjoni distinta proprja tagħha. |
5.1.1. Investituri differenti
|
(156) |
PostNord Group, id-Danimarka u l-Iżvezja ma humiex l-istess investitur. Il-loġika u l-proċess deċiżjonali għat-twettiq tal-injezzjonijiet ta’ kapital huma differenti għal kull wieħed mill-investituri kkonċernati (kif muri mir-raġunament differenti ppreżentat mid-Danimarka u mill-Iżvezja fit-Taqsimiet 4.2 u 4.3). Il-konformità mas-suq ta’ dawk il-miżuri ma tistax tiġi vvalutata bħala miżura waħda peress li l-Iżvezja, id-Danimarka u PostNord Group kollha għandhom il-kost ta’ finanzjament distint proprju tagħhom u kull wieħed minnhom jirrikjedi r-redditu proprju tiegħu fuq l-investiment. Dan ifisser, pereżempju, li operazzjoni tista’ tkun ekonomikament ġustifikata għall-Iżvezja jew għad-Danimarka, iżda mhux għall-Istat Membru l-ieħor. |
|
(157) |
Il-proċessi deċiżjonali taż-żewġ Stati huma kompletament distinti (ara l-premessa (98) u (99)) u jinvolvu atturi kompletament differenti. Fir-rigward tal-injezzjonijiet ta’ kapital rispettivi tad-Danimarka u tal-Iżvezja, fir-rigward tal-kapaċità tagħhom bħala azzjonisti ta’ PostNord AB, l-Iżvezja u d-Danimarka jinsabu wkoll f’sitwazzjonijiet finanzjarji differenti minn xulxin, peress li għandhom kostijiet finanzjarji u rekwiżiti differenti għar-redditu fuq l-investimenti u għandhom ukoll kostijiet tas-self differenti. Fl-istess ħin, l-Iżvezja u d-Danimarka jinsabu f’sitwazzjonijiet differenti minn PostNord Group. PostNord Group għandu wkoll il-proċess deċiżjonali intern proprju tiegħu u diġà kien beda bit-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ trasformazzjoni fil-ħarifa tal-2016, li eventwalment wassal għall-injezzjoni ta’ kapital tiegħu. Anki jekk PostNord Group jeħtieġ li jqis il-pożizzjoni tal-azzjonisti tiegħu fir-rigward tal-injezzjoni ta’ kapital proprju tiegħu lil Post Danmark, ma huwiex possibbli li l-proċess deċiżjonali tiegħu jiġi allinjat mal-proċessi deċiżjonali indipendenti tad-Danimarka u tal-Iżvezja. Il-konformità mas-suq tal-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group jeħtieġ għalhekk li tiġi vvalutata fid-dawl tal-konsegwenzi ta’ dak l-investiment għal PostNord Group. |
5.1.2. Benefiċjarji differenti
|
(158) |
Kuntrarju għal dak li jargumentaw l-ITD u l-partijiet terzi l-oħra, it-tliet injezzjonijiet ta’ kapital ma għandhomx l-istess benefiċjarji. L-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group tħallset lil Post Danmark, filwaqt li l-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja tħallsu lil PostNord AB. |
|
(159) |
L-ITD u partijiet terzi oħra jikkontestaw dan il-fatt (ara l-premessa (58)) abbażi tat-termini tal-Ftehim ta’ Ottubru. L-ewwel nett, il-mod li bih l-ITD ippreżentat il-kwotazzjoni tal-Ftehim ta’ Ottubru (“il-Kumpanija [PostNord] se tittrasferixxi [dak] il-kapital lil Post Danmark”) joħloq l-immaġni falza li fl-aħħar PostNord AB se tittrasferixxi kapital fl-ammont ta’ SEK 5 biljun lil Post Danmark. Il-kelma “dak” ġiet miżjuda mill-ITD u, skont il-Kummissjoni, tibdel it-tifsira. Il-kwotazzjoni sħiħa taqra kif ġej: “Sabiex tindirizza l-isfidi tad-diġitalizzazzjoni fid-Danimarka, il-Kumpanija żviluppat mudell ta’ produzzjoni ġdid b’kost stmat ta’ madwar SEK 5,0 biljun, inkluż tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati fin-negozju Daniż b’madwar 4,000 bejn l-2017 u l-2020 (“il-mudell ta’ produzzjoni l-ġdid”). Bħala element fl-implimentazzjoni tal-mudell ta’ produzzjoni l-ġdid, il-Kumpanija se tittrasferixxi kapital lil Post Danmark kif deskritt fil-proposta tal-bord tad-diretturi tal-Kumpanija tad-29 ta’ Settembru 2017.” (68) |
|
(160) |
Minn din il-kwotazzjoni jirriżulta li ma hija qiegħda ssir l-ebda rabta bejn injezzjoni ta’ kapital ta’ SEK 5 biljun u l-allegat fatt li din kollha se tiġi trasferita lil Post Danmark. Huwa sempliċement iddikjarat li bħala element fl-implimentazzjoni tal-mudell ta’ produzzjoni l-ġdid, il-Kumpanija tittrasferixxi kapital lil Post Danmark. Dan ma jipprekludix il-fatt li bħala element ieħor tal-mudell ta’ produzzjoni l-ġdid, separatament, jiġi trasferit kapital lil PostNord AB. Dan huwa preċiżament dak li ġara, kif jirriżulta mill-paragrafu 4 tal-Ftehim ta’ Ottubru: Il-Kumpanija stmat li l-ħtieġa ta’ kapital kienet ta’ SEK 3,0 biljun li minnhom l-Azzjonist Żvediż jaqbel li jinvesti SEK 400 miljun u l-Azzjonist Daniż jaqbel li jinvesti SEK 267 miljun biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-mudell ta’ produzzjoni l-ġdid u l-Kumpanija tipprovdi l-finanzjament addizzjonali. Dawn l-investimenti għandhom isiru bħala kontribuzzjoni ta’ kapital lill-Kumpanija[ (69)] skont termini tas-suq mingħajr ma jinħarġu ishma ġodda (70). (enfasi miżjuda) |
|
(161) |
It-tieni, kemm id-Digriet Daniż imsemmi fil-premessa (101)(a) kif ukoll id-deċiżjoni tal-Parlament Żvediż imsemmija fil-premessa (101)(b) jitkellmu dwar trasferiment ta’ kapital lil PostNord AB. Id-Digriet Daniż jiddikjara […] (71). Id-deċiżjoni parlamentari Żvediża tiddikjara: “l-abbozz ta’ liġi huwa propost lir-Riksdag biex jawtorizza lill-Gvern biex jiddeċiedi dwar injezzjonijiet ta’ kapital lil PostNord AB ta’ massimu ta’ SEK 400 miljun” (72). |
|
(162) |
Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni formali tagħha, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda element li jikkontradixxi l-informazzjoni ppreżentata mid-Danimarka u mill-Iżvezja (il-premessa (94)). |
|
(163) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Ftehim ta’ Ottubru kien ftehim, fil-prinċipju (ara l-premessa (143)(a)), li fil-fatt ħalla marġni sinifikanti lill-Istati u lil PostNord AB fl-implimentazzjoni proprja ta’ miżuri konkreti. Pereżempju, l-ammont li finalment ingħata lil Post Danmark permezz tal-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group ma jikkorrispondix mal-ammonti previsti fil-Ftehim ta’ Ottubru. It-termini tal-Ftehim ta’ Ottubru għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala prova deċiżiva tal-benefiċjarji tal-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja. |
|
(164) |
Il-Kummissjoni tqis li l-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja jibbenefikaw minnhom PostNord AB u s-sussidjarji kollha tagħha, tibbenefika minnhom indirettament ukoll Post Danmark billi tipproteġi lil PostNord AB. B’kuntrast ma’ dan, l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group tibbenefika minnha direttament Post Danmark, li tista’ tagħmel użu mill-kapital riċevut biex tiffinanzja l-pjan ta’ trasformazzjoni. |
5.1.3. Għan differenti
|
(165) |
ma huwiex ikkontestat li l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group għandha l-għan espliċitu li tippermetti lil Post Danmark timplimenta l-pjan ta’ trasformazzjoni tagħha. |
|
(166) |
L-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja jitħallsu lil PostNord AB, u jibbenefika minnhom il-Grupp kollu. Id-Danimarka u l-Iżvezja spjegaw li l-għan tal-injezzjonijiet ta’ kapital rispettivi tagħhom huwa l-preservazzjoni tal-klassifikazzjoni parallela tal-grad ta’ investiment ta’ PostNord AB (ara l-premessi (30) u (33)). Peress li PostNord AB ma għandhiex klassifikazzjoni tal-kreditu uffiċjali, l-objettiv essenzjalment huwa li jiġi żgurat livell ta’ riskju finanzjarju li jikkorrispondi għal klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ kwalità tal-grad ta’ investiment, jew qrib tagħha […] (ara l-premessi (30) u (33)). Il-Kummissjoni tqis li, bħala tali, il-preservazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ PostNord AB, li tiffinanzja lilha nnifisha fis-suq, hija objettiv ekonomiku komprensibbli u razzjonali għall-azzjonisti tagħha. |
5.1.4. Ir-rekwiżit li jkun hemm miżuri ta’ implimentazzjoni
|
(167) |
Il-Kummissjoni tqis li l-Ftehim ta’ Ottubru ma huwiex l-att li bih ingħatat kwalunkwe waħda mit-tliet injezzjonijiet ta’ kapital. Fil-fatt, mit-termini tal-Ftehim ta’ Ottubru jirriżulta li dan kien ftehim fil-prinċipju, u l-għoti tat-tliet injezzjonijiet ta’ kapital kollha kien jeħtieġ miżuri ta’ implimentazzjoni sussegwenti, kif spjegat mid-Danimarka u mill-Iżvezja (ara l-premessa (143)(b)). |
5.1.5. Risposta għall-argumenti tal-partijiet terzi
|
(168) |
L-ITD targumenta li l-Kummissjoni messha eżaminat sett differenti ta’ kriterji biex tistabbilixxi jekk it-tliet injezzjonijiet ta’ kapital jikkostitwux fil-fatt miżura waħda. |
|
(169) |
Madankollu, abbażi ta’ ġurisprudenza stabbilita (73) u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (74), il-Kummissjoni għandha tibbaża fuq l-elementi rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ dritt fil-valutazzjoni tagħha, u mhux fuq sett ta’ kriterji determinati b’mod limitattiv, u f’dan il-każ, il-Kummissjoni qieset l-elementi rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ dritt. Madankollu, anki meta tħares lejn il-kriterji ppreżentati mill-ITD, il-Kummissjoni tasal għall-istess konklużjoni, jiġifieri li t-tliet miżuri kapitali huma miżuri separati. |
|
(170) |
L-ewwel nett, l-affermazzjoni tal-ITD li l-kronoloġija għat-tliet miżuri kapitali kollha hija identika peress li t-tlieta li huma kienu fil-fehma tagħhom mogħtija fid-data tal-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Ottubru, jiġifieri fl-20 ta’ Ottubru 2017. Din l-affermazzjoni hija marbuta ħafna mad-data tal-għoti tal-miżura. Kif spjegat fit-Taqsima 5.2, il-Kummissjoni tqis li l-injezzjonijiet ta’ kapital ingħataw f’dati differenti. Għal din ir-raġuni, il-kronoloġija tal-injezzjonijiet ta’ kapital hija differenti. |
|
(171) |
It-tieni, fir-rigward tal-għan tat-tliet injezzjonijiet ta’ kapital, il-Kummissjoni ssostni l-konklużjoni tagħha li l-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group u dawk mill-Istati għandhom għan differenti. Il-Kummissjoni tqis li d-diskrepanza fil-finanzjament li tosserva l-ITD (ara l-premessa (55)(b)) ma tistax tkun prova li l-injezzjonijiet ta’ kapital tad-Danimarka u tal-Iżvezja kellhom ukoll l-għan li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ trasformazzjoni u għalhekk, flimkien mal-injezzjoni ta’ Post Nord Group, kienu jikkostitwixxu miżura waħda, aktar u aktar peress li xorta jkun għad hemm diskrepanza fil-finanzjament anki jekk jitqiesu dawk il-miżuri. Barra minn hekk, l-Istati spjegaw li d-diskrepanza fil-finanzjament tikkorrispondi fil-fatt għat-telf operatorju stmat imġarrab minn Post Danmark (ara l-premessa (140)). |
|
(172) |
It-tielet, meta jitqies li l-injezzjonijiet ta’ kapital għandhom benefiċjarji differenti u/jew investituri differenti, jirriżulta li anki l-kuntest li fih saru dawk l-injezzjonijiet ta’ kapital huwa differenti u li ċ-ċirkostanzi tal-benefiċjarji huma daqstant ieħor differenti. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li ċ-ċirkostanzi tal-injezzjonijiet ta’ kapital ma humiex l-istess. |
|
(173) |
Il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-ġurisprudenza kkwotata mill-ITD fl-ilment oriġinali tagħha u fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ ma jappoġġawx l-argument tagħha li t-tliet injezzjonijiet ta’ kapital jikkostitwixxu miżura waħda. |
|
(174) |
L-ewwel nett, kif diġà ġie enfasizzat fil-premessa (169), f’Il-Greċja et vs Il-Kummissjoni (75), il-Qorti Ġenerali kkonstatat fil-punt 178 li għandhom jitqiesu l-elementi kollha ta’ fatt u ta’ dritt li huma rilevanti għal dik il-kawża. Dan imur lil hinn milli jitqiesu biss il-kronoloġija, l-għan u ċ-ċirkostanzi. |
|
(175) |
It-tieni, fir-rigward ta’ Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni et (76) (ara l-premessa (33) tad-deċiżjoni tal-ftuħ) u BP Chemicals vs Il-Kummissjoni (77), il-Kummissjoni tinnota li l-fatti ta’ dawk il-kawżi huma differenti minn dawk tal-kawża preżenti, peress li f’din il-kawża hemm konċedenti differenti, li kull wieħed minnhom jeħtieġ il-valutazzjoni proprja tiegħu. Il-pertinenza ta’ din id-differenza hija murija mis-sentenza BP Chemicals (li għaliha tirreferi Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni et), fejn il-Qorti Ġenerali sabet li l-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-miżuri humiex separabbli “f’każ bħal dan, li jikkonċerna tliet injezzjonijiet ta’ kapital magħmula mill-istess investitur […]” (78) (enfasi miżjuda). Dan juri li l-identità tal-investitur(i) hija wieħed mill-elementi li għandhom jitqiesu meta jiġi valutat jekk l-injezzjonijiet ta’ kapital ikunux miżura waħda jew diversi, bl-użu wkoll ta’ elementi rilevanti oħra. |
|
(176) |
It-tielet, ta’ min jinnota li għalkemm Bouyges u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni tirreferi għall-kronoloġija, l-għan u ċ-ċirkostanzi tal-impriża meta jiġi valutat jekk interventi konsekuttivi jikkostitwux għajnuna mill-Istat, dan ma jeskludix li jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll kriterji oħra. Fil-fatt, il-Qorti ddikjarat “dak [jiġifieri li diversi interventi konsekuttivi jitqiesu bħala intervent uniku] jista’ jkun partikolarment il-każ meta interventi konsekuttivi jippreżentaw, fir-rigward b’mod partikolari tal-kronoloġija tagħhom, tal-għan tagħhom u tas-sitwazzjoni tal-impriża fil-mument ta’ dawn l-interventi, rabtiet tant stretti bejniethom li huwa impossibbli li jiġu disassoċjati” (79) (enfasi miżjuda). |
|
(177) |
Ir-raba’, fil-kummenti tagħha, l-ITD tirreferi għal Arriva Italia et u ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li miżura ta’ implimentazzjoni kienet neċessarjament meħtieġa minn liġi nazzjonali eżistenti li tipprevedi l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat. Fil-mument tas-sottomissjoni tal-kummenti tal-ITD (u tal-partijiet terzi l-oħra), il-Qorti tal-Ġustizzja kienet għadha ma tatx is-sentenza tagħha f’dik il-kawża. Għalhekk, l-ITD wisq probabbli bbażat l-argumenti tagħha fuq l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali. Fi kwalunkwe każ, fis-sentenza tagħha tad-19 ta’ Diċembru 2019, il-Qorti kkonkludiet li f’dak il-każ speċifiku, seta’ jiġi konkluż li l-għajnuna kienet ingħatat; madankollu, kienet il-qorti nazzjonali li riedet tivverifika jekk il-bażi ġuridika inkwistjoni kinitx diġà tat id-dritt għall-allokazzjoni lill-fondi (80). Il-Kummissjoni ma tikkontestax l-approċċ tal-Qorti, għall-kuntrarju, minħabba li f’dan il-każ kienu fil-fatt meħtieġa miżuri ta’ implimentazzjoni, peress li l-Ftehim ta’ Ottubru ma tax dritt għall-allokazzjoni tal-fondi u għalhekk l-injezzjonijiet ta’ kapital ma jistgħux jitqiesu bħala mogħtija fid-data ta’ dan il-ftehim. |
|
(178) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward ta’ Ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International vs Il-Kummissjoni Ewropea (81), b’differenza miċ-ċirkustanzi ta’ dak il-każ, f’dan il-każ, il-benefiċjarji ġew identifikati (jiġifieri, Post Danmark u PostNord AB). Filwaqt li l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji ma kinitx ostaklu għall-għoti tal-għajnuna f’dan il-każ, kien hemm ostakli oħra, bħall-proċeduri nazzjonali tat-teħid tad-deċiżjonijiet sabiex l-għoti tal-injezzjonijiet ta’ kapital isir legalment vinkolanti. Kienu japplikaw konsiderazzjonijiet simili meta l-Kummissjoni rreferiet għal BSCA vs Il-Kummissjoni fil-premessa (81) tad-deċiżjoni tal-ftuħ. F’BSCA vs Il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali tiddikjara “il-kriterju biex jiġi ddeterminat il-mument meta ngħatat l-għajnuna huwa dak tal-att legalment vinkolanti li permezz tiegħu l-awtorità nazzjonali kompetenti timpenja ruħha li tagħti l-għajnuna lill-benefiċjarju tagħha […] b’wegħda inkundizzjonata u legalment vinkolanti” (82). Tali wegħda inkundizzjonata u legalment vinkolanti saret biss fil-mument tal-għoti tal-injezzjonijiet ta’ kapital differenti u tali kundizzjoni ma ntlaħqitx fid-data tal-Ftehim ta’ Ottubru. |
|
(179) |
Barra minn hekk, l-ITD tidher li tieħu interpretazzjoni dejqa ta’ BSCA vs Il-Kummissjoni meta tispjega li meta l-ammont tal-għajnuna u l-benefiċjarju jkunu magħrufa, miżura tista’ titqies bħala mogħtija (ara l-premessa (59)). Il-Qorti f’BSCA vs Il-Kummissjoni pjuttost tuża n-nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-benefiċjarju bħala argument addizzjonali li l-miżura inkwistjoni f’dik il-kawża ma ngħatatx. Fil-paragrafu 74, huwa ddikjarat: “Minn din id-deċiżjoni jirriżulta għalhekk b’mod ċar li l-Gvern tal-Wallonie ma ħax l-impenn fir-rigward tar-rikorrenti li jagħtiha għajnuna, iżda, għall-kuntrarju, li l-Ministru kompetenti ntrabat biss li jippreżenta lill-imsemmi gvern il-miżuri ta’ eżekuzzjoni tal-programm ta’ investiment. Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma hijiex identifikata bħala benefiċjarja potenzjali ta’ għajnuna.” (enfasi miżjuda). |
|
(180) |
Barra minn hekk, fil-paragrafu 77 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara: “ Minn dan isegwi, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, li d-deċiżjonijiet tal-20 ta’ Lulju u tat-8 ta’ Novembru 2000 ma kienx fihom impenji legalment vinkolanti u preċiżi min-naħa tal-Gvern tal-Wallonie lejn ir-rikorrenti. Għalhekk bħalma tirrikonoxxi r-rikorrenti stess fir-replika tagħha, dawn id-deċiżjonijiet kienu jikkostitwixxu impenn tal-Gvern tal-Wallonie fir-rigward tal-objettivi politiċi tiegħu u kienu l-frott ta’ kunsens ministerjali fi ħdan dan il-gvern. Min-naħa l-oħra, is-sempliċi qari tal-Ftehim tal-2002 jenfasizza l-fatt li huwa biss f’dan id-dokument li d-dettalji li jikkonċernaw l-infrastrutturi u s-servizzi ġew stabbiliti fil-forma ta’ obbligi ġuridiċi. Fil-fatt, dan il-Ftehim tal-2002 huwa kkaratterizzat minn programm ta’ investiment kif ukoll minn spejjeż li ntrabat bihom ir-Reġjun tal-Wallonie-Sowaer[ (83)] u mit-tariffa ta’ konċessjoni li r-rikorrenti aċċettat li tħallas bħala korrispettiv.” (enfasi miżjuda) Għalhekk, il-Ftehim ta’ Ottubru huwa simili għad-deċiżjonijiet tal-20 ta’ Lulju u tat-8 ta’ Novembru 2000 li kien fihom l-objettivi politiċi msemmija fil-paragrafu 77 ta’ BSCA vs Il-Kummissjoni (u mhux mal-Ftehim tal-2002 imsemmi fl-istess paragrafu), peress li jirrifletti wkoll l-objettivi politiċi u huwa r-riżultat ta’ kunsens bejn id-Danimarka u l-Iżvezja, u ma huwiex l-att li bih l-injezzjonijiet ta’ kapital jistgħu jitqiesu bħala mogħtija. |
5.1.6. Konklużjoni
|
(181) |
Abbażi tar-raġunament ipprovdut fil-premessi (156) sa (180), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-injezzjonijiet ta’ kapital jikkostitwixxu tliet miżuri separati, li għalhekk huma vvalutati separatament fit-Taqsima 5.2. |
5.2. Id-data tal-għoti tal-injezzjonijiet ta’ kapital
5.2.1. Id-data tal-għoti tal-injezzjoni ta’ kapital tal-Grupp
5.2.1.1.
|
(182) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja jaqblu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group ingħatat fil-11 ta’ Ġunju 2018 (il-premessa 101)). L-ITD issostni li l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group ingħatat fl-20 ta’ Ottubru 2017 (il-premessa (62)). |
|
(183) |
Meta l-għoti ta’ miżura jkun jiddependi fuq l-issodisfar ta’ ċerti kundizzjonijiet, din ma tistax titqies bħala mogħtija sakemm u qabel ma dawk il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati (84). Fil-Ftehim ta’ Ottubru, huwa ddikjarat li: “L-azzjonisti jaqblu ma’ dan li ġej soġġett għal […] fir-rigward tal-elementi ta’ għajnuna mill-Istat, l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea” . Il-kummenti minn partijiet terzi ma setgħux ibiddlu l-konklużjoni tal-Kummissjoni li din hija kundizzjoni ċara li jeħtieġ li tiġi ssodisfata qabel ma l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group tista’ titqies bħala mogħtija. Għalhekk, l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group tistal-aktar kmieni titqies li ngħatat fit-28 ta’ Mejju 2018, il-jum li fih ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-2018. |
|
(184) |
Skont il-Ftehim ta’ Ottubru, kieku l-Kummissjoni ma kinitx approvat il-kumpens għall-USO bid-Deċiżjoni tagħha tal-2018, it-tliet injezzjonijiet ta’ kapital sempliċement ma kinux ikunu jistgħu jseħħu. Iż-żmien tal-pagament tal-injezzjonijiet ta’ kapital huwa koerenti ma’ dik il-kundizzjoni. |
|
(185) |
Barra minn hekk, l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group kienet fi kwalunkwe każ parti mill-ftehim ta’ implimentazzjoni konkluż bejn id-Danimarka u PostNord AB (ara l-premessa (25) u (100)). Huwa biss abbażi ta’ dak il-ftehim li l-Bord tad-Diretturi ta’ PostNord AB ħa d-deċiżjoni ta’ investiment u għalhekk l-obbligu ta’ PostNord Group li jinjetta kapital f’Post Danmark sar “inkundizzjonat u legalment vinkolanti”, il-kriterju applikat mill-Qrati (85). |
|
(186) |
Fid-dawl tal-premessi (183) sa (185), il-Kummissjoni tqis li l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group ingħatat fil-11 ta’ Ġunju 2018. |
|
(187) |
Barra minn hekk, fir-rigward tat-trasferiment relattivament insinifikanti u parzjali f’April 2018 (86) (ara l-premessa (107)), dan huwa konformi ma’ dak li jsostni l-Ftehim ta’ Ottubru fil-paragrafu 6: “Waqt li tistenna [l-approvazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-elementi ta’ għajnuna mill-Istat tal-Ftehim], [PostNord] tista’ tipprovdi l-finanzjament meħtieġ għal Post Danmark A/S sabiex il-kumpanija tmexxi l-operat ta’ kuljum.”. Trasferiment limitat ħafna bħal dan, li għandu l-għan li jiżgura kontinwità fuq perjodu qasir, fl-istennija ta’ aktar miżuri strutturali bħall-kumpens għall-USO għall-2017 sal-2019, ma jistax jitqabbel mal-injezzjoni ta’ kapital totali ta’ DKK 2,339 biljun ta’ PostNord Group lil Post Danmark. |
|
(188) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-Ftehim ta’ Ottubru huwa differenti mill-Ftehim Intergovernattiv konkluż bejn id-Danimarka u l-Iżvezja dwar l-istabbiliment ta’ konsorzju li jittratta l-kostruzzjoni, il-ġestjoni u l-operazzjonijiet tal-hekk imsejħa Link Fissa ta’ Øresund (ara l-premessa (64)). Għall-kuntrarju tal-Ftehim Intergovernattiv, fil-Ftehim ta’ Ottubru, id-Danimarka u l-Iżvezja ma jiggarantixxu xejn b’mod konġunt jew jimpenjaw ruħhom li jipprovdu appoġġ finanzjarju. |
|
(189) |
Dan huwa muri mill-premessa (32) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-Link Fissa ta’ Øresund (ara n-nota 38f’qiegħ il-paġna), li tirreferi għall-Artikolu 12 tal-Ftehim Intergovernattiv li jiddikjara dan li ġej:
|
5.2.2. Id-data tal-għoti tal-injezzjoni ta’ kapital Daniża
|
(190) |
Għall-kuntrarju tal-konklużjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-injezzjoni ta’ kapital Daniża ngħatat fil-11 ta’ Ġunju 2018 (ara l-premessa (108) tad-deċiżjoni tal-ftuħ), id-Danimarka tqis li l-injezzjoni ta’ kapital tagħha ngħatat biss fl-10 ta’ Diċembru 2018, l-istess data bħal dik li fiha tħallset. L-ITD tqis li l-injezzjoni ta’ kapital ingħatat fid-data tal-Ftehim ta’ Ottubru, jiġifieri fl-20 ta’ Ottubru 2017. |
|
(191) |
Il-Kummissjoni ssostni li b’mod simili għall-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group, kienu meħtieġa aktar miżuri sussegwenti għall-Ftehim ta’ Ottubru biex id-Danimarka twettaq l-injezzjoni ta’ kapital tagħha. L-ewwel, kien meħtieġ id-Digriet Ministerjali tas-17 ta’ Mejju 2018 li jikkostitwixxi l-approvazzjoni tal-Kumitat Finanzjarju tal-Parlament Daniż. Il-Ministeru Daniż tat-Trasport, il-Bini u l-Akkomodazzjoni kien jeħtieġ din l-approvazzjoni tal-Parlament Daniż sabiex jipproċedi bl-injezzjoni ta’ kapital. |
|
(192) |
It-tieni, il-Kummissjoni tosserva li mill-kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ mill-Istati jirriżulta li d-Digriet Ministerjali ma kienx vinkolanti u l-gvern Daniż seta’ fi kwalunkwe mument jiddeċiedi li ma jaġixxix fuq id-Digriet Ministerjali, peress li dan ma imponiex obbligu fuq id-Danimarka biex tagħti l-għajnuna. |
|
(193) |
Billi l-Ftehim ta’ Ottubru jiddikjara b’mod ċar li l-kunsens tal-Gvern Daniż huwa meħtieġ bl-istess mod għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Ottubru (ara l-premessa (24)) u meta jitqies li d-Digriet Ministerjali ma jikkostitwix tali kunsens u lanqas ma jipprovdi obbligu għall-Gvern f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-injezzjoni ta’ kapital Daniża tista’ titqies biss bħala mogħtija fil-mument li tħallset, fl-10 ta’ Diċembru 2018. |
|
(194) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkoreġi l-konklużjoni tagħha kif espressa fid-deċiżjoni tal-ftuħ fir-rigward tad-data li fiha ngħatat l-injezzjoni ta’ kapital Daniża. Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-modifika tad-data tal-għoti tal-għajnuna mill-11 ta’ Ġunju 2018 għall-10 ta’ Diċembru 2018 ma għandha l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tal-konformità mas-suq fit-Taqsima 5.3.2 ta’ din id-Deċiżjoni. |
5.2.3. Id-data tal-għoti tal-injezzjoni ta’ kapital Żvediża
|
(195) |
Għall-kuntrarju tal-konklużjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-injezzjoni ta’ kapital Żvediża ngħatat fit-28 ta’ Mejju 2018 (ara l-premessa (118) tad-deċiżjoni tal-ftuħ), l-Iżvezja tqis li l-injezzjoni ta’ kapital tagħha ngħatat biss fid-29 ta’ Novembru 2018. L-ITD tqis li l-injezzjoni ta’ kapital Żvediża ngħatat fid-data tal-Ftehim ta’ Ottubru, jiġifieri fl-20 ta’ Ottubru 2017. |
|
(196) |
B’mod simili għall-injezzjoni ta’ kapital Daniża, kienu meħtieġa miżuri ta’ implimentazzjoni wara l-Ftehim ta’ Ottubru biex tiġi implimentata l-injezzjoni ta’ kapital Żvediża. Il-miżura ta’ implimentazzjoni għall-injezzjoni ta’ kapital Żvediża hija l-mandat mill-Parlament Żvediż mogħti fit-12 ta’ Diċembru 2017 (il-premessa (100) u (101)). Kif spjegat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (ara l-premessa (117) tad-deċiżjoni tal-ftuħ), dak il-mandat kien kundizzjonali fuq l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-kumpens għall-USO, li seħħet fit-28 ta’ Mejju 2018. |
|
(197) |
Mill-kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ mill-Istati jirriżulta li l-mandat, filwaqt li jippermetti lill-gvern li jaġixxi, ma jobbligax lill-gvern li jagħmel dan. F’dan ir-rigward, l-Iżvezja pprovdiet eżempji ta’ sitwazzjonijiet oħra fejn ingħataw mandati mill-Parlament, iżda li warajhom il-gvern (għadu) ma aġixxiex (ara l-premessa (99)). |
|
(198) |
Abbażi tal-premessi (195) sa (197), il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa biss ladarba l-gvern jiddeċiedi li jaġixxi, li jagħmel deċiżjoni legalment vinkolanti li biha t-trasferiment ta’ fondi awtorizzat fil-mandat jista’ jitqies bħala mogħti. Din id-deċiżjoni ttieħdet fid-29 ta’ Novembru 2018 (ara l-premessa (101)). |
|
(199) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkoreġi l-konklużjoni tagħha kif espressa fid-deċiżjoni tal-ftuħ fir-rigward tad-data li fiha ngħatat l-injezzjoni ta’ kapital Żvediża. Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-modifika tad-data tal-għoti tal-għajnuna mit-28 ta’ Mejju 2018 għad-29 ta’ Novembru 2018 ma għandha l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tal-konformità mas-suq fit-Taqsima 5.3.3 ta’ din id-Deċiżjoni. |
5.3. L-eżistenza tal-għajnuna
|
(200) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) il-miżura tingħata mill-Istati Membri permezz ta’ riżorsi tal-Istat; (ii) hija tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lil ċerti impriżi jew lill-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti; (iii) il-vantaġġ joħloq distorsjoni jew jhedded li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni; u (iv) il-miżura taffettwa l-kummerċ intra-UE. |
5.3.1. Injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group f’Post Danmark
5.3.1.1.
|
(201) |
Skont ġurisprudenza stabbilita, il-Kummissjoni l-ewwel trid tistabbilixxi jekk il-benefiċjarju huwiex impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-kunċett ta’ impriża jkopri kwalunkwe entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod kif tiġi ffinanzjata. Kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ oġġetti u servizzi f’suq partikolari hija attività ekonomika (87). |
|
(202) |
L-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi jirrikonoxxu li Post Danmark twettaq attivitajiet ta’ natura ekonomika. Post Danmark toffri servizzi postali bi ħlas fis-suq postali Daniż u f’kompetizzjoni ma’ fornituri oħra. Għalhekk, il-forniment ta’ servizzi postali f’dak is-suq jikkostitwixxi attività ekonomika. Għal dawn ir-raġunijiet, fir-rigward tal-attivitajiet iffinanzjati mill-injezzjoni ta’ kapital, Post Danmark tikkwalifika bħala impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.3.1.2.
|
(203) |
Sabiex jiġi vvalutat jekk miżura mogħtija permezz ta’ impriżi pubbliċi tkunx imputabbli lill-Istat, huwa neċessarju li jiġi ddeterminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi jistgħux jitqiesu bħala involuti, b’xi mod jew ieħor, fl-adozzjoni tal-miżura (88). |
|
(204) |
Barra minn hekk, ir-riżorsi tal-Istat jinkludu r-riżorsi kollha tas-settur pubbliku (89), inklużi r-riżorsi tal-impriżi pubbliċi (90). Huwa irrilevanti jekk istituzzjoni fis-settur pubbliku tkunx awtonoma jew le (91). |
|
(205) |
Il-Kummissjoni żżomm il-valutazzjoni tagħha fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group hija imputabbli lid-Danimarka u lill-Iżvezja. Filwaqt li l-Ftehim ta’ Ottubru ma jistax jitqies bħala att ta’ għoti, huwa ftehim bilaterali bejn żewġ Stati li fih jaqblu fil-prinċipju mal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ trasformazzjoni għal Post Danmark. L-injezzjoni ta’ kapital tal-Grupp hija parti mill-Ftehim ta’ Ottubru kif jirriżulta mill-paragrafu 4 tiegħu (ara l-premessa (22)). |
|
(206) |
Peress li l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group ġiet maqbula fil-prinċipju miż-żewġ Stati permezz tal-Ftehim ta’ Ottubru, u li tali ftehim qatt ma ġie ddubitat miż-żewġ Stati, il-Kummissjoni tqis li l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group hija konsegwenza ta’ dak il-ftehim u għalhekk hija imputabbli lill-Istati Daniżi u Żvediżi. Barra minn hekk, din il-konklużjoni hija msaħħa mill-ftehim ta’ implimentazzjoni (ara l-premessa (25)), li fih id-Danimarka u PostNord AB jaqblu b’mod espliċitu dwar l-għoti tal-injezzjoni ta’ kapital tal-Grupp. Barra dan, peress li PostNord Group huwa impriża pubblika u r-riżorsi tal-Istat jinkludu r-riżorsi ta’ impriżi pubbliċi, il-miżura hija mogħtija permezz ta’ riżorsi tal-Istat. |
5.3.1.3.
|
(207) |
Sabiex taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, miżura tal-Istat trid tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti. Għalhekk, huma biss dawk il-miżuri li jagħtu vantaġġ b’mod selettiv lil ċerti impriżi, li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ għajnuna. |
|
(208) |
L-injezzjoni ta’ kapital imwettqa minn PostNord Group hija miżura individwali mmirata speċifikament lejn Post Danmark. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-miżura hija selettiva. |
5.3.1.4.
|
(209) |
Vantaġġ għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri, fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat (92). Huwa biss l-effett tal-miżura fuq l-impriża li huwa rilevanti, mhux il-kawża jew l-objettiv tal-intervent mill-Istat (93). Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża titjieb bħala riżultat ta’ intervent mill-Istat, b’termini li jvarjaw mill-kundizzjonijiet normali tas-suq, ikun hemm vantaġġ. |
|
(210) |
It-tranżazzjonijiet ekonomiċi mwettqa minn korpi pubbliċi ma jagħtux vantaġġ, u għalhekk ma jikkostitwux għajnuna, jekk dawn jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet normali tas-suq (94). Għal dak il-għan, l-imġiba tal-korpi pubbliċi għandha titqabbel ma’ dik ta’ operaturi ekonomiċi privati simili f’kundizzjonijiet normali tas-suq. Jekk intervent mill-Istat ikunx konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq għandu jiġi eżaminat fuq bażi ex ante, wara li titqies l-informazzjoni disponibbli fiż-żmien meta ġie deċiż l-intervent (95). |
|
(211) |
Il-Kummissjoni tqis li ż-żewġ mudelli tad-DCF ippreżentati mill-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi huma konformi, minn perspettiva metodoloġika, ma’ prattika aċċettabbli għall-valutazzjoni tal-konformità mas-suq ta’ investiment. Il-VPN tal-flussi tal-flus futuri ta’ kumpanija (aġġustati għad-dejn) huwa mod użat b’mod komuni biex jiġu evalwati d-deċiżjonijiet dwar l-investimenti ta’ ekwità. Il-mudelli pprovduti jqisu żewġ flussi ta’ flus, wieħed li jirriżulta mill-falliment ta’ Post Danmark (flussi ta’ flus negattivi, li jiġu evitati), u l-ieħor mill-introjtu operatorju futur ta’ Post Danmark (flussi ta’ flus pożittivi). |
|
(212) |
Fir-rigward tad-dubji espressi fid-deċiżjoni tal-ftuħ, abbażi tal-informazzjoni ulterjuri miksuba, il-Kummissjoni tqis li l-previżjonijiet tal-profittabbiltà użati fil-mudelli tad-DCF huma raġonevoli u ġġustifikati minn studji tas-suq (ara l-premessa (122)). B’mod partikolari, is-suppożizzjonijiet dwar ir-rati ta’ tkabbir tad-dħul u l-profittabbiltà ta’ Post Danmark ġew imqabbla ma’ kampjun ta’ pari ta’ Post Danmark (ara l-premessa (122)). Dak il-kampjun kien jinkludi għadd ta’ kumpaniji elenkati fis-setturi tas-servizzi postali u tal-loġistika. Għal kull waħda mill-kumpaniji pari ta’ Post Danmark, ġew irkuprati l-previżjonijiet tal-analisti tas-suq tad-dħul u l-profitti. B’mod ġenerali, dak l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva wera li, meta mqabbel mal-previżjonijiet tal-analisti tas-suq, il-previżjonijiet li fuqhom kien ibbażat il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Post Danmark dehru konservattivi. |
|
(213) |
Skont il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, il-profittabbiltà ta’ Post Danmark fis-snin inizjali wara l-injezzjoni ta’ PostNord Group tkun negattiva. Dan huwa wieħed mill-argumenti li qajmet l-ITD dwar l-allegat vantaġġ ekonomiku mogħti lil Post Danmark. Filwaqt li l-kostijiet sostanzjali tar-ristrutturar imġarrba fis-snin immedjatament wara l-injezzjoni ta’ Post Nord Group iwasslu għal telf, il-profittabbiltà mistennija wara l-bidla ta’ Post Danmark tkun suffiċjenti, minn perspettiva ex ante, biex jitqies li l-injezzjoni ta’ PostNord Group hija konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(214) |
L-analiżi tal-profittabbiltà, bl-użu tal-approċċ tal-fluss liberu tal-flus għall-ekwità, uriet li l-profittabbiltà mistennija ex ante tal-injezzjoni ta’ PostNord Group xorta tkun suffiċjenti f’termini tas-suq, anki jekk it-telf li jseħħ f’każ li Post Danmark tfalli jiġi eskluż mill-kalkoli. Dik l-analiżi żvelat li, bħala azzjonist ta’ Post Danmark, PostNord Group kien jistenna redditu ogħla mill-kost tal-injezzjoni ta’ ekwità. |
|
(215) |
Barra minn hekk, il-profittabbiltà mistennija ex ante tal-injezzjoni ta’ Post Nord Group kienet derivata mid-determinazzjoni u l-ġustifikazzjoni akkurati tad-WACC u l-kost tal-ekwità, li ntużaw biex jiġu skontati l-flussi ta’ flus liberi lill-kumpanija u lill-azzjonisti, rispettivament. B’kuntrast għal dak li argumentat l-ITD, dawk ir-rati ta’ skont kienu jirriflettu adegwatament il-livell ta’ riskju tal-flussi tal-flus ta’ Post Danmark. Id-WACC qies b’mod partikolari l-primjums tar-riskju rilevanti (ara l-premessa (148)). |
|
(216) |
Fir-rigward tal-argument tal-ITD li r-rapport tal-analiżi tad-DCF twettaq minn PostNord innifisha u mhux minn espert indipendenti, il-Kummissjoni tinnota li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma jirrikjedux li r-rapporti ta’ valutazzjoni għandhom jitwettqu minn espert li jkun indipendenti mill-entitajiet benefiċjarji. Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jirrikjedu biss li l-analiżi tal-konformità mas-suq innifisha għandha tiġi stabbilita abbażi ta’ metodoloġija ta’ valutazzjoni standard aċċettata b’mod ġenerali, ibbażata fuq data oġġettiva, verifikabbli u affidabbli disponibbli (96), li għandha tkun suffiċjentement dettaljata u għandha tirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika fiż-żmien meta ġiet deċiża t-tranżazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-livell ta’ riskju u l-aspettattivi futuri (97). |
|
(217) |
Fir-rigward tal-argument tal-ITD li r-rapport ta’ analiżi tad-DCF kellu jqis it-tliet injezzjonijiet ta’ kapital kollha, il-Kummissjoni tinnota li l-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group għal Post Danmark hija miżura separata li għandha għan differenti mill-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja f’PostNord AB. Għalhekk, l-analiżi tad-DCF korrettament tqis biss l-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group għal Post Danmark. |
|
(218) |
Fir-rigward tal-argument tal-ITD li l-analiżi tad-DCF qieset kostijiet ineliġibbli relatati mad-dejn u s-self ipotekarju fuq proprjetà immobbli li Post Danmark ma tkunx tista’ tħallas lura f’każ ta’ likwidazzjoni, l-Iżvezja u d-Danimarka infurmaw lill-Kummissjoni li l-klawżoli ta’ inadempjenza indiretta fil-faċilità ta’ kreditu ta’ Post Nord Group huma tali li f’każ li Post Danmark tfalli, PostNord Group huwa legalment marbut li jħallas lura dak is-self. Għalhekk, l-analiżi tad-DCF korrettement tqis dawk il-kostijiet. Billi jaġixxi bħala […] fil-kuntest ta’ ftehim dwar faċilità ta’ kreditu, PostNord Group ma jaġixxix bħala awtorità pubblika iżda bħala operatur f’ekonomija tas-suq li jissodisfa l-obbligi tiegħu fil-kuntest ta’ ftehim ta’ dejn kummerċjali. Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li l-kostijiet ta’ Post Danmark relatati mad-dejn u s-self ipotekarju ta’ proprjetà immobbli li jseħħu f’każ ta’ falliment huma eliġibbli għall-analiżi tad-DCF. |
|
(219) |
Fir-rigward tal-argument tal-ITD li l-analiżi tad-DCF qieset kostijiet ineliġibbli relatati mal-kostijiet indiretti tal-falliment, jiġifieri l-allegati kostijiet ogħla tas-self ta’ PostNord Group u t-telf ta’ PostNord Group “li ma jkunx jista’ joffri soluzzjonijiet loġistiċi Nordiċi komprensivi” kif ukoll it-“telf ta’ sinerġiji u skala għall-operazzjonijiet Nordiċi tiegħu”, il-Kummissjoni tinnota li dawk il-kostijiet huma tabilħaqq kostijiet indiretti li għandhom jitħallsu minn PostNord Group, peress li kwalunkwe operatur tas-suq prudenti jagħmel dan, fil-każ ta’ falliment ta’ Post Danmark. Għalhekk, dawk il-kostijiet huma eliġibbli għall-analiżi tad-DCF. |
|
(220) |
Fir-rigward tal-argument tal-ITD li l-analiżi tad-DCF tinkludi flussi ta’ flus ineliġibbli, bħall-kumpens għall-USO, il-Kummissjoni tinnota li peress li l-kumpens għall-USO huwa meqjus bħala għajnuna kompatibbli, huwa eliġibbli għall-analiżi tad-DCF. Fil-fatt, investitur prudenti jqis l-għajnuna kompatibbli fil-valutazzjoni tiegħu tar-rilevanza ta’ investiment. |
|
(221) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-ITD li anki kieku l-kostijiet diretti u indiretti tax-xenarju ta’ falliment ta’ Post Danmark kellhom jiġu inklużi fl-analiżi tad-DCF, parti biss minn dawk il-kostijiet u mhux l-ammont kollu kellhom jiġu inklużi, peress li l-falliment ta’ Post Danmark mhux neċessarjament jiġi evitat bl-għoti tal-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group, il-Kummissjoni tinnota għall-kuntrarju li l-kalkoli ppreżentati mid-Danimarka u mill-Iżvezja wrew li l-injezzjoni ta’ kapital tal-grupp tipprevjeni l-falliment ta’ Post Danmark, li fil-fatt ġie evitat ukoll. |
|
(222) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-ITD li d-dħul fid-DCF huwa għoli wisq u ma jqisx ir-riskju li l-inkarigu tal-USO ma jiġix estiż lil hinn mill-2019, il-Kummissjoni tinnota li tali riskju huwa sempliċement ipotetiku. L-USO minn dejjem kien f’idejn Post Danmark u PostNord Group ma kellu l-ebda raġuni biex jistenna bidla f’dan ir-rigward. F’dan ir-rigward, jista’ jiġi nnotat li l-USO ġeneralment jiġi pprovdut mill-operatur postali nazzjonali storiku fil-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri tal-Unjoni. |
|
(223) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-ITD li fid-dawl tat-tnaqqis ta’ 10 % fil-bejgħ nett ta’ Post Danmark fl-2017, l-istimi fid-DCF tar-rati ta’ tkabbir fis-suq tal-ittri u tal-loġistika huma ottimisti żżejjed u għalhekk dubjużi, il-Kummissjoni terġa’ ssostni l-valutazzjoni tagħha fil-premessa (212) u tqis li l-previżjonijiet tal-analisti tas-suq li fuqhom huwa bbażat il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ Post Danmark jistgħu jitqiesu bħala konservattivi. |
|
(224) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-ITD li d-WACC fid-DCF huwa baxx wisq, peress li qies il-pari ta’ PostNord Group, pjuttost milli l-pari ta’ Post Danmark, huwa ma kkunsidrax ir-riskju ta’ falliment minħabba l-pjan ambizzjuż ta’ Post Danmark u ma qiesx is-sensittività għolja tal-mudell għas-suppożizzjonijiet arbitrarji rigward tal-kundizzjonijiet futuri tas-suq, il-Kummissjoni terġa’ ssostni l-valutazzjoni tagħha fil-premessa (215) u tinnota li l-analiżi tad-DCF qieset il-parametri referenzjarji tal-pari ta’ Post Danmark filwaqt li l-primjums supplimentari kienu jirriflettu b’mod xieraq ir-riskji rilevanti għall-kalkolu tad-WACC. |
|
(225) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-ITD li t-tnaqqis probabbli fil-grad ta’ PostNord Group ikkunsidrat mill-Istati jikkonferma li l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group ma tkunx finanzjarjament soda u ma tissodisfax it-test tal-investitur tas-suq privat, il-Kummissjoni terġa’ ssostni l-valutazzjoni fil-premessi (211) sa (215) dwar il-konformità mas-suq tal-injezzjoni ta’ kapital tal-Grupp u fuq dik il-bażi tqis li t-tnaqqis fil-grad ta’ PostNord Group minħabba l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group lil Post Danmark, ma jidhirx partikolarment probabbli (ara l-premessa (240)). Minkejja dan, aġġustament temporanju ħafna tal-klassifikazzjoni parallela ta’ PostNord AB mhux neċessarjament ikun kontradittorju ma’ investiment sod. |
|
(226) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-UPS li r-realiżmu tar-rata ta’ tkabbir ipotizzata fil-kalkoli tad-DCF jista’ jiġi vvalidat billi titqabbel ir-rata ta’ tkabbir tas-segment globali (ara l-premessa (81)) kif irrappurtat f’għadd ta’ dokumenti ta’ riċerka u sorsi oħra flimkien mal-kapaċità ta’ PostNord li tbassar b’mod akkurat ir-riżultati mistennija fuq miri speċifiċi, il-Kummissjoni terġa’ ssostni l-kummenti tagħha fil-premessa (212) li r-rati ta’ tkabbir ipotizzati fl-analiżi tad-DCF dehru konservattivi u żżid li l-kapaċità ta’ PostNord Group li jbassar b’mod preċiż ir-riżultati mistennija fuq mira speċifika ma tistax tiġi kkunsidrata f’valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni. |
|
(227) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-UPS li l-kostijiet addizzjonali tas-self għandhom jiġu inklużi fl-analiżi tad-DCF, mhux biss fix-xenarju ta’ falliment ta’ Post Danmark fin-nuqqas tal-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group, iżda wkoll fix-xenarju tal-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group f’konformità mad-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet Daniżi li l-klassifikazzjoni tal-kreditu parallela ta’ PostNord AB tista’ tiddeterjora wkoll bħala konsegwenza tal-injezzjoni ta’ kapital f’Post Danmark, il-Kummissjoni tinnota li peress li l-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group lil Post Danmark hija profittabbli b’mod suffiċjenti fuq perjodu ta’ żmien medju, tnaqqis fil-grad ta’ PostNord Group ma jidhirx partikolarment probabbli, u għalhekk, ma għandu jiżdied l-ebda kost addizzjonali ta’ self fix-xenarju tal-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group. |
|
(228) |
Bħala konklużjoni, abbażi taż-żewġ analiżijiet kwantitattivi tal-profitabbiltà li ppreżentaw id-Danimarka u l-Iżvezja, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group hija konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, peress li dawk l-analiżijiet urew li investitur privat fil-pożizzjoni ta’ PostNord Group kien ukoll jinjetta kapital f’Post Danmark. |
5.3.1.5.
|
(229) |
Sabiex tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, miżura trid toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(230) |
Miżura mogħtija minn Stat titqies li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni meta tkun tista’ ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju meta mqabbel ma’ impriżi oħra li jikkompeti magħhom (98). Għalhekk tiġi preżunta distorsjoni tal-kompetizzjoni malli Stat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f’settur liberalizzat fejn ikun hemm, jew jista’ jkun hemm, kompetizzjoni. |
|
(231) |
Fir-rigward tal-effett tal-miżura fuq il-kummerċ, ma huwiex neċessarju li jiġi stabbilit li l-għajnuna għandha effett reali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri (99). B’mod partikolari, il-Qrati tal-Unjoni ddeċidew li “fejn l-għajnuna finanzjarja mill-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħrajn li qed jikkompetu fil-kummerċ intra-[Unjoni], dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu li ġew affettwati mill-għajnuna.” (100). |
|
(232) |
Post Danmark tipprovdi servizzi postali fit-territorju Daniż kif ukoll barra mill-pajjiż. Is-suq tas-servizzi postali Daniż ġie liberalizzat mill-1 ta’ Jannar 2011. Skont l-awtoritajiet Daniżi, fl-2016 Post Danmark kellha sehem mis-suq ta’ madwar […] % fid-distribuzzjoni tal-ittri, […] % fid-distribuzzjoni ta’ pakketti minn negozju għal negozju u minn negozju għall-konsumatur, u […] % fid-distribuzzjoni tal-gazzetti u tar-rivisti. |
|
(233) |
Hemm diversi impriżi li jipprovdu servizzi postali fit-territorju tad-Danimarka. Dawk l-impriżi huma f’kompetizzjoni diretta ma’ Post Danmark, u ħafna minnhom, bħall-UPS u l-GLS, huma attivi wkoll fi Stati Membri oħra. |
|
(234) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group f’Post Danmark tista’ taffettwa l-kummerċ u toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
5.3.1.6.
|
(235) |
Peress li l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group instabet li kienet konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, billi l-analiżijiet rilevanti wrew li investitur privat fil-pożizzjoni ta’ PostNord Group kien jinjetta ekwità simili f’Post Danmark, ma hemm l-ebda vantaġġ ekonomiku għal Post Danmark u għalhekk wieħed mill-kriterji tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE ma huwiex issodisfat. |
|
(236) |
Peress li dawk il-kriterji huma kumulattivi, il-Kummissjoni ssib li l-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group f’Post Danmark ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.3.2. Injezzjoni ta’ kapital mid-Danimarka f’PostNord AB
5.3.2.1.
|
(237) |
L-awtoritajiet Daniżi jirrikonoxxu li PostNord Group iwettaq attivitajiet ta’ natura ekonomika. PostNord Group huwa l-uniku sid ta’ Post Danmark, li toffri servizzi postali bi ħlas fis-suq postali Daniż u f’kompetizzjoni ma’ fornituri oħra, li hija attività ekonomika. Barra minn hekk, sussidjarji oħra tal-grupp jipprovdu wkoll servizzi f’diversi swieq tas-servizzi postali u tal-loġistika. Għal dawn ir-raġunijiet, fir-rigward tal-attivitajiet iffinanzjati mill-injezzjoni ta’ kapital tad-Danimarka f’PostNord Group, Post Nord Group jikkwalifika bħala impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.3.2.2.
|
(238) |
Peress li l-awtoritajiet Daniżi jagħtu dik il-miżura direttament, hija b’definizzjoni imputabbli lill-Istat. Barra minn hekk, kif innotat fil-premessa (204), ir-riżorsi tal-Istat jinkludu r-riżorsi kollha tas-settur pubbliku. Billi l-awtoritajiet Daniżi jagħtu l-injezzjoni ta’ kapital mill-baġit nazzjonali tagħhom, il-Kummissjoni tqis li din il-kundizzjoni hija ssodisfata wkoll. |
5.3.2.3.
|
(239) |
L-injezzjoni ta’ kapital hija miżura individwali favur PostNord AB. Għal dik ir-raġuni, hija selettiva. |
5.3.2.4.
|
(240) |
Kif ġie nnotat ukoll mill-ITD, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Daniżi (jew Żvediżi) għadhom ma wrewx b’mod konvinċenti li l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ PostNord AB tiddeterjora fin-nuqqas tal-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja. Bħala kumpanija mhux elenkata, PostNord AB ma għandhiex formalment klassifikazzjoni tal-kreditu, u istituzzjoni finanzjarja tista’ tkun mistennija li tqis aktar fatturi mill-proporzjon tad-dejn nett/EBITDA ta’ PostNord AB biex tiddetermina l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ PostNord AB. Is-suppożizzjoni li istituzzjoni finanzjarja neċessarjament kienet timponi kundizzjonijiet ta’ finanzjament ferm aktar stretti biss minħabba li dak il-proporzjon jiżdied temporanjament f’territorju mhux mixtieq fin-nuqqas tal-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja ma ġietx issostanzjata b’mod suffiċjenti, li huwa aktar u aktar meħtieġ meta jitqies li l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group f’Post Danmark hija konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq (ara l-premessa (228)) u għalhekk, profittabbli fuq perjodu ta’ żmien medju. |
|
(241) |
Barra minn hekk, filwaqt li l-analiżi ppreżentata minn Rothschild, turi li l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ PostNord AB tiddeterjora f’territorju ta’ grad mhux ta’ investiment biss għall-2019 sal-2020, il-mudell tad-DCF użat biex jikkwantifika dan l-impatt fuq il-valur tal-intrapriża inkorpora WACC ogħla ta’ […] % b’mod perpetwu kif ikkonfermat mill-Istat Daniż fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni. Tali approċċ iwassal għal impatt tal-injezzjoni ta’ kapital fuq il-valur tal-intrapriża (“C”) akbar minn SEK 1 biljun u, għalhekk, akbar ukoll mill-injezzjoni ta’ kapital tal-Istat (“D”) ta’ SEK 667 miljun, kif muri fit-Tabella 6. Xenarju A: Valur tal-intrapriża bl-injezzjonijiet mill-Istat - WACC = WACC aktar baxx (qabel it-tnaqqis fil-grad ta’ PostNord AB)
Xenarju B: Valur tal-intrapriża mingħajr l-injezzjonijiet mill-Istat - WACC = WACC Ogħla
|
|
(242) |
Madankollu, il-Kummissjoni tqis li, jekk wieħed jassumi li se jkun hemm deterjorament temporanju fil-klassifikazzjoni tal-kreditu parallela ta’ PostNord AB, tal-anqas għall-kalkolu tal-valur terminali (101), li jibda fis-sena 2027, għandu jintuża d-WACC normali ta’ […] % (qabel l-injezzjoni ta’ kapital ta’ PostNord Group) u mhux wieħed degradat biex jirrifletti l-karattru temporanju ta’ kwalunkwe deterjorament fil-klassifikazzjoni tal-kreditu parallela ta’ PostNord AB. L-użu tad-WACC normali ta’ […] % għall-valur terminali fil-kalkolu ppreżentat mill-Istati jwassal għall-konklużjoni li l-investiment ma huwiex konformi mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għall-kuntrarju tal-konklużjoni tal-Istati, li ntlaħqet abbażi ta’ WACC degradat b’mod permanenti ta’ […] %. |
|
(243) |
Il-kalkolu aġġustat (bl-użu tad-WACC normali), ibbażat fuq il-fluss tal-flus liberu tal-analiżi tad-DCF tad-Danimarka u tal-Iżvezja (ippreżentata fit-Tabella 7) juri li l-injezzjonijiet ta’ kapital tad-Danimarka u tal-Iżvezja (“D”) ta’ SEK 667 miljun iżidu l-valur tal-intrapriża ta’ PostNord AB (“C”) b’SEK 62 miljun biss, li huwa anqas mill-ammont ta’ dawk l-injezzjonijiet ta’ kapital. Xenarju A: Valur tal-intrapriża bl-injezzjonijiet mill-Istat - WACC = WACC aktar baxx (qabel it-tnaqqis fil-grad ta’ PostNord AB)
Xenarju B: Valur tal-intrapriża mingħajr l-injezzjonijiet mill-Istat - WACC = WACC ogħla (wara t-tnaqqis fil-grad ta’ PostNord AB) biss fl-2018-2026 u WACC Aktar Baxx għal dejjem
|
|
(244) |
Dak il-kalkolu aġġustat juri li għall-kuntrarju ta’ dak li qed jiġi argumentat mill-Istati, iż-żieda fil-valur tal-intrapriża attribwibbli għall-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja ma taqbiżx SEK 62 miljun u għalhekk ferm anqas mill-investiment ta’ SEK 667 miljun. Il-gwadann fil-kost tal-finanzjament huwa ferm aktar baxx milli mistenni mill-Istati minħabba li d-deterjorament tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament, jekk iseħħ, ikollu biss effetti temporanji. |
|
(245) |
Fir-rigward tal-argument imqajjem mill-Istati li l-oneru tal-provi meħtieġ mill-Kummissjoni huwa allegatament eċċessiv, għandu jiġi nnotat li skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-prattika tal-Kummissjoni, l-oneru tal-provi dejjem jaqa’ fuq l-Istat Membru. Skont il-ġurisprudenza rilevanti tal-Unjoni, jekk Stat Membru jargumenta li aġixxa bħala operatur f’ekonomija tas-suq, huwa jrid, fejn ikun hemm dubju, jipprovdi evidenza li turi li d-deċiżjoni li titwettaq it-tranżazzjoni ttieħdet abbażi ta’ evalwazzjonijiet ekonomiċi komparabbli ma’ dawk li, f’ċirkostanzi simili, operatur razzjonali f’ekonomija tas-suq (b’karatteristiċi simili għal dawk tal-korp pubbliku kkonċernat) kien iwettaq biex jiddetermina l-profittabbiltà jew il-vantaġġi ekonomiċi tat-tranżazzjoni (102). |
|
(246) |
Il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Daniżi naqsu milli juru li huwa kredibbli li PostNord AB kienet titlef il-klassifikazzjoni tal-grad ta’ investiment parallel fin-nuqqas tal-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja u kienet iżżommha bl-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Daniżi naqsu wkoll milli juru li l-konsegwenzi finanzjarji ta’ dak it-telf tal-grad ta’ investiment, jekk wieħed jassumi li dan iseħħ, jaqbżu l-ammont tal-injezzjoni ta’ kapital tagħhom. Operatur razzjonali f’ekonomija tas-suq ma kienx iwettaq l-injezzjoni ta’ kapital fin-nuqqas ta’ tali analiżi li turi li l-operazzjoni hija profittabbli jew li hemm vantaġġi ekonomiċi ta’ din l-operazzjoni. |
|
(247) |
Il-Kummissjoni għalhekk ma tistax tqis li l-injezzjoni ta’ kapital mid-Danimarka kienet konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq u għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-injezzjoni ta’ kapital tat vantaġġ lil PostNord AB. |
5.3.2.5.
|
(248) |
Sal-punt li l-miżura tagħti benefiċċju lil PostNord AB, hija tista’ wkoll toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkollha effett fuq il-kummerċ, peress li PostNord AB hija preżenti f’diversi swieq kompetittivi fuq livell internazzjonali permezz ta’ Post Danmark u s-sussidjarji l-oħra tagħha bħal PostNord Sverige. PostNord Sverige hija attiva fis-suq postali Żvediż, li ilu liberalizzat mill-1993. Barra minn hekk, hija tipprovdi servizzi loġistiċi f’diversi swieq fir-reġjun Nordiku u fil-bqija tal-Ewropa (ara l-premessa (15)). |
5.3.2.6.
|
(249) |
Fid-dawl tal-premessi (240) sa (248), il-Kummissjoni tqis li l-injezzjoni ta’ kapital mid-Danimarka f’PostNord AB tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.3.3. Injezzjoni ta’ kapital mill-Iżvezja f’PostNord AB
5.3.3.1.
|
(250) |
L-awtoritajiet Żvediżi jirrikonoxxu li PostNord Group iwettaq attivitajiet ta’ natura ekonomika. PostNord Group huwa l-uniku sid ta’ Post Danmark, li toffri servizzi postali bi ħlas fis-suq postali Daniż u f’kompetizzjoni ma’ fornituri oħra, li hija attività ekonomika. Barra minn hekk, sussidjarji oħra tal-grupp jipprovdu servizzi f’diversi swieq tas-servizzi postali u tal-loġistika. Għal dawn ir-raġunijiet, fir-rigward tal-attivitajiet iffinanzjati mill-injezzjoni ta’ kapital tal-Iżvezja f’PostNord AB, PostNord AB tikkwalifika bħala impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.3.3.2.
|
(251) |
Peress li l-awtoritajiet Żvediżi jagħtu dik il-miżura direttament, hija b’definizzjoni imputabbli lill-Istat. Barra minn hekk, kif innotat fil-premessa (204), ir-riżorsi tal-Istat jinkludu r-riżorsi kollha tas-settur pubbliku. Billi l-awtoritajiet Żvediżi jagħtu l-injezzjoni ta’ kapital mill-baġit nazzjonali tagħhom, il-Kummissjoni tqis li din il-kundizzjoni hija ssodisfata wkoll. |
5.3.3.3.
|
(252) |
L-injezzjoni ta’ kapital hija miżura individwali favur PostNord AB. Għal dik ir-raġuni, hija selettiva. |
5.3.3.4.
|
(253) |
Għall-istess raġunijiet bħal dawk stabbiliti fil-premessi (240) sa (247) u f’konformità mal-kummenti tal-ITD, id-Danimarka u l-Iżvezja naqsu milli jissostanzjaw jew milli jikkwantifikaw ir-riskju li PostNord AB titlef il-grad ta’ investiment parallel tagħha fin-nuqqas tal-injezzjoni ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja qabel u wara d-deċiżjoni tal-ftuħ. Il-probabbiltà li jintilef il-grad ta’ investiment ma hijiex prima facie ovvja u l-istima tal-konsegwenzi ta’ dan it-telf hija problematika kemm minn perspettiva teoretika (jiġifieri degradazzjoni permanenti tal-kost tad-dejn) kif ukoll minn perspettiva kwantitattiva (kalkolu tal-valur tal-intrapriża). |
5.3.3.5.
|
(254) |
Sal-punt li l-miżura tagħti benefiċċju lil PostNord AB billi tippreserva l-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-grad ta’ investiment, hija tista’ wkoll toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkollha effett fuq il-kummerċ, peress li PostNord AB hija preżenti f’diversi swieq kompetittivi fuq livell internazzjonali permezz ta’ Post Danmark u s-sussidjarji l-oħra tagħha bħal PostNord Sverige. PostNord Sverige hija attiva fis-suq postali Żvediż, li ilu liberalizzat mill-1993. Barra minn hekk, hija tipprovdi servizzi loġistiċi f’diversi swieq fir-reġjun Nordiku u fil-bqija tal-Ewropa (ara l-premessa (15)). |
5.3.3.6.
|
(255) |
Fid-dawl tal-premessi (250) sa (254), il-Kummissjoni tqis li l-injezzjoni ta’ kapital mill-Iżvezja f’PostNord AB tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.4. Kompatibbiltà
|
(256) |
Fir-rigward tal-miżuri vvalutati f’din id-deċiżjoni li nstab li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, huwa neċessarju li jiġi vvalutat jekk dawk il-miżuri jistgħux jitqiesu bħala kompatibbli mas-suq intern. |
|
(257) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa f’idejn l-Istat Membru li jinvoka raġunijiet possibbli ta’ kompatibbiltà, u li juri li l-kundizzjonijiet għal tali kompatibbiltà huma ssodisfati (103). |
|
(258) |
Madankollu, l-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi ma invokaw l-ebda argument li juri l-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mas-suq intern. |
|
(259) |
Fid-dawl tal-premessi (256) sa (258), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-injezzjoni ta’ kapital mid-Danimarka f’PostNord AB u l-injezzjoni ta’ kapital mill-Iżvezja f’PostNord AB jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern. |
6. IRKUPRU TAL-INJEZZJONIJIET TA’ KAPITAL MID-DANIMARKA U MILL-IŻVEZJA
|
(260) |
Skont it-Trattat u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qrati tal-Unjoni, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jibdel jew jabolixxi l-għajnuna meta hija tkun sabet li din hija inkompatibbli mas-suq intern (104). Il-Qrati tal-Unjoni sostnew ukoll b’mod konsistenti li l-obbligu fuq Stat Membru li jabolixxi l-għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa maħsub biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel (105). |
|
(261) |
F’dan il-kuntest, il-Qrati tal-Unjoni stabbilew li dan l-objettiv jintlaħaq ladarba l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta’ għajnuna illegali, u b’hekk jirrinunzja l-vantaġġ li huwa kien igawdi fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq intern, u titreġġa’ lura s-sitwazzjoni li kien hemm qabel tħallset l-għajnuna (106). |
|
(262) |
F’konformità mal-ġurisprudenza, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jiddikjara li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju.” |
|
(263) |
Għalhekk, minħabba li l-injezzjonijiet ta’ kapital mid-Danimarka u mill-Iżvezja ġew implimentati bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat u għandhom jitqiesu bħala għajnuna illegali u inkompatibbli, dawk l-investimenti kapitali għandhom jiġu rkuprati sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq intern qabel l-għoti tagħhom. |
|
(264) |
L-ammonti ta’ rkupru nominali li jikkorrispondu għaż-żewġ injezzjonijiet ta’ kapital mogħtija mill-Iżvezja u mid-Danimarka lil PostNord AB rispettivament huma SEK 400 miljun, li għandhom jiġu rkuprati mill-Iżvezja, u SEK 267 miljun, li għandhom jiġu rkuprati mid-Danimarka. |
|
(265) |
L-ammonti ta’ rkupru għandhom ikopru l-perjodu mid-data meta l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ PostNord AB sal-irkupru effettiv. L-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jkollu l-imgħax sal-irkupru effettiv. |
7. KONKLUŻJONI
|
(266) |
Il-Kummissjoni ssib li l-injezzjoni ta’ kapital minn PostNord Group f’Post Danmark ma tikkostitwix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(267) |
Il-Kummissjoni ssib li l-injezzjoni ta’ kapital mid-Danimarka f’PostNord AB u l-injezzjoni ta’ kapital mill-Iżvezja f’PostNord AB jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u li d-Danimarka u l-Iżvezja implimentawhom b’mod illegali bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Il-Kummissjoni ssib ukoll li dawk l-injezzjonijiet ta’ kapital huma inkompatibbli mas-suq intern. Għalhekk, id-Danimarka u l-Iżvezja jenħtieġ li jirkupraw l-għajnuna illegali u inkompatibbli mingħand PostNord AB, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ injezzjoni ta’ kapital mill-Iżvezja ta’ SEK 400 miljun f’PostNord AB implimentata illegalment mill-Iżvezja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE hija inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 2
L-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ injezzjoni ta’ kapital mid-Danimarka ta’ SEK 267 miljun f’PostNord AB implimentata illegalment mid-Danimarka bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE hija inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 3
L-injezzjoni ta’ kapital f’Post Danmark minn PostNord Group AB ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.
Artikolu 4
(1) L-Iżvezja għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 1 mill-benefiċjarju ta’ dik l-għajnuna.
(2) Id-Danimarka għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 2 mill-benefiċjarju ta’ dik l-għajnuna.
(3) Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom iġarrbu mgħax mid-data li fiha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru effettiv tagħhom.
Artikolu 5
(1) L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikoli 1 u 2 għandu jkun immedjat u effettiv.
(2) L-Iżvezja u d-Danimarka għandhom jiżguraw li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien 4 xhur wara d-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
(1) Fi żmien xahrejn wara d-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-Iżvezja u d-Danimarka għandhom jissottomettu l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
(a) |
l-ammont totali (il-kapital u l-imgħax tal-irkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju; |
|
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà jkunu ttieħdu u ta’ dawk li jkunu ppjanati li jittieħdu sabiex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna. |
(2) L-Iżvezja u d-Danimarka għandhom iżommu lill-Kummissjoni informata bil-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda biex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm ikun tlesta l-irkupru tal-għajnuna f’konformità mal-Artikolu 4. Fuq talba mill-Kummissjoni, huma għandhom jissottomettu immedjatament informazzjoni dwar il-miżuri nazzjonali li jkunu diġà ttieħdu u dwar dawk li jkunu previsti li jittieħdu, sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni, inkluża informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u l-imgħax ta’ rkupru diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarju.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Iżvezja u lir-Renju tad-Danimarka.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.47707(2018/N) tat-28 ta’ Mejju 2018 – Kumpens mill-Istat mogħti lil PostNord għall-forniment tas-servizz postali universali – Id-Danimarka.
(3) Ara Għajnuna mill-Istat — Id-Danimarka u l-Iżvezja — Għajnuna mill-Istat SA.49668 (2017/FC) u SA.53403(2017/FC) — Għajnuna allegata lil Post Danmark — Stedina biex jintbagħtu l-kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, (ĠU C 268, 9.8.2019, p. 4), il-premessi (3) sa (11).
(4) Għajnuna mill-Istat — Id-Danimarka u l-Iżvezja — Għajnuna mill-Istat SA.49668 (2017/FC) u SA.53403(2017/FC) — Għajnuna allegata lil Post Danmark — Stedina biex jintbagħtu l-kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, (ĠU C 268, 9.8.2019, p. 4).
(5) Lov om Post Danmark, Nru 88 tat-8 ta’ Frar 1995, https://www.retsinformation.dk/eli/lta/1995/88
(6) Lov om postvirksomhed, Nru 89 tat-8 ta’ Frar 1995, https://www.retsinformation.dk/eli/lta/1995/89
(7) Lov om Post Danmark A/S, Nru 409 tas-6 ta’ Ġunju 2002, https://www.retsinformation.dk/eli/lta/2002/409
(8) Ara: https://www.cvc.com/media/press-releases/2009/02-02-2009-123603833
(9) Il-bażi ġuridika għall-fużjoni fid-Danimarka ġiet ipprovduta minn: Lov om ændring af lov om Post Danmark A/S, LOV nr 542 tas-17 ta’ Ġunju 2008, disponibbli minn: https://www.retsinformation.dk/Forms/R0710.aspx?id=120348
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ April 2009, il-Kawża Nru COMP/M.5152 – Posten AB/Post Danmark A/S. In-notifika tas-26/02/2009 skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, disponibbli minn: https://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=2_M_5152
(11) Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).
(12) Ara Postloven, LOV nr 1536 tal-21 ta’ Diċembru 2010, disponibbli minn: https://www.retsinformation.dk/Forms/R0710.aspx?id=135208. Il-liġi ġiet emendata diversi drabi.
(13) Pereżempju, mill-2013 ’il quddiem, l-awtoritajiet pubbliċi fid-Danimarka kienu obbligati jużaw il-komunikazzjoni elettronika fl-iskambji maċ-ċittadini u mal-impriżi, skont il-Lov om Offentlig Digital Post, LOV nr 528 tal-11 ta’ Ġunju 2012, disponibbli minn: https://www.retsinformation.dk/Forms/R0710.aspx?id=142234
(14) Il-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-2018, meta qieset li l-Kummissjoni messha fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ ċerti miżuri, inkluża l-injezzjoni ta’ kapital tat-23 ta’ Frar 2017, ara l-premessi (39) u (40).
(15) McKinsey ivverifikat il-vijabbiltà tal-mudell ta’ trasformazzjoni f’rapport.
(16) Il-paragrafu 1 tal-Ftehim ta’ Ottubru.
(17) Rata tal-kambju: SEK 1 = EUR 0.09889, meħuda fil-11 ta’ Mejju 2021 minn https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/procedures-guidelines-tenders/information-contractors-and-beneficiaries/exchange-rate-inforeuro_mt
(18) Il-paragrafu 4 tal-Ftehim ta’ Ottubru.
(19) Rata tal-kambju: DKK 1 = EUR 0,13448, meħuda fil-11 ta’ Mejju 2021 minn https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/procedures-guidelines-tenders/information-contractors-and-beneficiaries/exchange-rate-inforeuro_mt
(20) Il-Preambolu tal-Ftehim ta’ Ottubru.
(21) Dan huwa l-istess ftehim li jirranġa l-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rapportar, inkluż mekkaniżmu ta’ kontroll ex post għall-fini tal-verifika li Post Danmark ma ġietx ikkumpensata żżejjed (ara l-premessa 128(iii) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.47707(2018/N) tat-28 ta’ Mejju 2018 – Kumpens mill-Istat mogħti lil PostNord għall-forniment tas-servizz postali universali – id-Danimarka).
(22) Id-Digriet imsemmi fil-premessa (101)(a) isostni li l-injezzjoni ta’ kapital għandha tiżgura li PostNord AB tkompli bl-objettiv li żżomm status ta’ grad ta’ investiment u għalhekk tista’ tidħol fi ftehimiet fuq termini kummerċjalment sodi mal-banek u l-kredituri […].
(23) Id-Deċiżjoni tal-Parlament Żvediż imsemmija fil-premessa (101)(b) issostni li biex tinżamm il-fiduċja tal-klijenti, tal-fornituri u tal-finanzjaturi fil-kumpanija u b’hekk jiġi ssalvagwardjat in-negozju tal-grupp kollu kemm hu, jeħtieġ li jiġu pprovduti fondi lill-kumpanija mill-aktar fis possibbli [För att möjliggöra en nödvändig omställning av verksamheten i Postnord, samt för att upprätthålla förtroendet för bolaget hos kunder, leverantörer och finansiärer, och därigenom trygga verksamheten inom hela koncernen, behöver medel tillföras bolaget så snart som möjligt.]
(24) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (2011) (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).
(25) Il-Kawża T-561/18, ITD u Danske Fragtmænd vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2021:240.
(26) Il-premessi (90) sa (94) tad-deċiżjoni tal-ftuħ
(27) Il-premessi (110) sa (112) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(28) Il-premessi (120) sa (122) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(29) Eżempji ta’ membri kbar huma DSV Road, Frode Laursen u Danske Fragtmænd.
(30) Il-Kawżi magħquda T-415/05, T-416/05 u T-423/05, Il-Greċja et vs Il-Kummissjoni, EU:T:2010:386.
(31) L-ITD tirreferi għall-Kawżi magħquda T-415/05, T-416/05 u T-423/05, Il-Greċja et vs Il-Kummissjoni, EU:T:2010:386, il-punt 177; il-Kawża T-11/95, BP Chemicals vs il-Kummissjoni, EU:T:1998:199, il-punt 176 u l-Kawża T-11/95, BP Chemicals vs il-Kummissjoni, EU:T:1998:199, il-punti 170-171..
(32) F’dan ir-rigward, l-ITD tinnota li fil-fatt hemm biss żewġ investituri (id-Danimarka u l-Iżvezja) peress li l-azzjonijiet ta’ PostNord tqiesu bħala imputabbli lid-Danimarka u lill-Iżvezja, li jfisser li PostNord ma hijiex l-investitur, iżda l-Istati.
(33) Il-partijiet fil-parentesi huma wkoll parti mill-kummenti tal-ITD u ma ġewx miżjuda mill-Kummissjoni.
(34) Il-Kawża C-385/18, Arriva Italia Srl et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, ECLI:EU:C:2019:1121. Ta’ min jinnota li din is-sentenza kienet għadha ma ġietx adottata meta l-ITD issottomettiet il-kummenti tagħha.
(35) Il-kawżi li x’aktarx tirreferi għalihom l-ITD huma l-Kawża T-131/16, Ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International vs Il-Kummissjoni Ewropea, ECLI:EU:T:2019:91; il-Kawża T-479/11 u T-157/12, Franza vs Il-Kummissjoni, EU:T:2016:320. Fil-kummenti tagħhom, ir-referenzi kienu limitati għal “ Ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International vs Il-Kummissjoni Ewropea ” u “Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża u IFP Énergies nouvelles [mill-Qorti Ġenerali]” .
(36) L-ITD tipprovdi bħala eżempju l-Kawża T-818/14, Brussels South Charleroi Airport (BSCA) vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2018:33, il-punt 72 u s-segwenti. F’dan il-każ hemm ftehim qafas li ma identifikax lill-benefiċjarju u ma kienx kapaċi jiskatta l-għoti tal-għajnuna peress li kien limitat biex jagħti struzzjonijiet lill-Ministru rilevanti biex jissottometti miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għoti tal-għajnuna. Għall-kuntrarju ta’ dan il-każ, l-ITD issostni li fil-każ preżenti, kemm l-ammont tal-għajnuna kif ukoll il-benefiċjarju tal-għajnuna huma identifikati fil-Ftehim ta’ Ottubru.
(37) Il-Kawża T-818/14, Brussels South Charleroi Airport (BSCA) vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2018:33, il-punt 72 u l-ġurisprudenza kkwotata: “il-kriterju biex jiġi ddeterminat il-mument meta ngħatat l-għajnuna huwa dak tal-att legalment vinkolanti li permezz tiegħu l-awtorità nazzjonali kompetenti timpenja ruħha li tagħti l-għajnuna lill-benefiċjarju tagħha […] b’wegħda inkundizzjonata u legalment vinkolanti […]. Dan il-kriterju jimplika neċessarjament li, fid-data tal-għoti tal-għajnuna, il-benefiċjarju tagħha jista’ jiġi identifikat”
(38) L-ITD tirreferi għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.36558 (2014/NN) u SA.38371 (2014/NN) – Id-Danimarka u SA.36662 (2014/NN) – l-Iżvezja tal-15 ta’ Ottubru 2014 – Għajnuna mogħtija lil Øresundsbro Konsortiet, mingħajr ma speċifikat il-paragrafi rilevanti.
(39) Il-Kawża C-385/18, Arriva Italia Srl et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, ECLI:EU:C:2019:1121.
(40) Il-Kawża T-131/16, Ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International vs Il-Kummissjoni Ewropea, ECLI:EU:T:2019:91.
(41) Il-Premessa (49) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(42) In-nota 17 f’qiegħ il-paġna tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(43) JJD ipprovdiet eżempju mill-bidu tal-2018 fejn hija ġiet mistiedna minn wieħed mill-klijenti eżistenti tagħha biex tissottometti offerta għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport relatati mad-distribuzzjoni ta’ merkanzija internazzjonali fuq palits. Post Danmark ġiet mistiedna wkoll tissottometti offerta u l-prezz ta’ din l-offerta rriżulta li kien 18 % aktar baxx. Skont JJD, il-prezz offrut minn Post Danmark lanqas biss ikun suffiċjenti biex Post Danmark tirkupra l-ispejjeż tagħha għall-fjuwil, il-persunal u l-amministrazzjoni.
(44) Jiġifieri l-International Post Corporation, https://www.ipc.be/sector-data/postal-sector/market-watch u PostNL, https://www.postnl.nl/en/about-postnl/about-us/market-and-regulation/research-on-the-european-postal-market/; Transport Intelligence, http://www.gscintell.com/Dashboard; Apex Insight, https://apex-insight.com/express-logistics-service/.
(45) Eż. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar Għajnuna mill-Istat Nru C 20/2009 (ex N 763/2002) tat-13 ta’ Lulju 2009, Il-Belġju – La Poste, il-premessi (204) u (205).
(46) Il-Kawżi magħquda T-415/05, T-416/05 u T-423/05, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, EU:T:2010:386, il-punt 178, ECLI:EU:T:2010:386.
(47) T-152/99, HAMSA vs Il-Kummissjoni, EU:T:2002:188; T-284/15, AlzChem vs Il-Kummissjoni, EU:T:2018:950.
(48) Pereżempju, l-abbozz ta’ liġi li jippermetti lill-Gvern iċedi s-sjieda tiegħu ta’ Bilprovningen AB (kumpanija li twettaq spezzjonijiet u reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u trejlers fl-Iżvezja) ġie adottat mill-Parlament lura fis-17 ta’ Diċembru 2009 (prop. 2009/10:54, bet. 2009/10:NU10, rskr 2009/10:162).
(49) Utbetalning av kapitaltillskott till PostNord AB (rskr 2017/18:114)
(50) L-abbozz ta’ liġi adottat mill-Parlament Żvediż fit-12 ta’ Diċembru 2017, prop. 2017/18:39, bet 2017/18:FiU28, rskr. 2017/18:114
(51) Il-Kawżi magħquda C-341/06 P u C-342/06 P, Chronopost u La Poste vs UFEX et (Ufex II), EU:C:2008:375, il-punti 129-131.
(52) Il-Kawża C-329/15, ENEA S.A. vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki, ECLI:EU:C:2017:671, il-punt 31.
(53) Il-Kawża C-329/15, ENEA S.A. vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki, ECLI:EU:C:2017:671, il-punt 31.
(54) Ibid, il-punt 34.
(55) Il-Kawża C-482/99, Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Stardust Marine), ECLI:EU:C:2002:294, il-punt 52 u 55. Ara wkoll il-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Saumandsgaard Øe, il-Kawża C-329/15, ENEA S.A. w Poznaniu vs Prezes Urzędu Regulacji, ECLI:EU:C:2017:233, il-punti 99 u 100.
(56) Is-suppożizzjonijiet kienu bbażati fuq informazzjoni mir-rapport tal-Pajjiż tad-Danimarka tal-2017 dwar il-Kummerċ elettroniku maħruġ mill-Fondazzjoni tal-Kummerċ elettroniku u r-rapport dwar il-kummerċ elettroniku tal-2017 maħruġ mill-Kamra tal-Kummerċ Daniża.
(57) Ir-rapport tal-Kamra tal-Kummerċ Daniża dwar il-kummerċ elettroniku fl-2017, ir-rapport tal-Pajjiż tad-Danimarka tal-2017 dwar il-Kummerċ elettroniku mill-Fondazzjoni tal-Kummerċ elettroniku, il-Pitney Bowes Parcel Shipping Index, https://www.pitneybowes.com/us/shipping-index.html, l-istħarriġ dwar il-Kummerċ elettroniku “eBaromentern 2018”, https://dhandel.se/kunskapsbanken/e-barometern-arsrapport-2018/, IPC, ir-Rapport dwar l-Industrija Postali Globali, Novembru 2019.
(58) Il-pari ta’ Post Danmark li ġew ikkunsidrati: CTT-Correios De Portugal, S.A.; Deutsche Post AG; Bpost SA/NV; Österreichische Post AG; PostNL N.V.; Royal Mail plc; DX (Group) plc; FedEx Corporation; Kuehne + Nagel International AG; United Parcel Service, Inc; DSV Panalpina A/S; XPO Logistics, Inc.
(59) F’dan ir-rigward, id-Danimarka u l-Iżvezja jirreferu, pereżempju, għal: Il-Kawża T-152/99, HAMSA vs Il-Kummissjoni, EU:T:2002:188 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2018/261/UE tat-22 ta’ Jannar 2014 dwar il-miżuri SA.32014 (2011/C), SA.32015 (2011/C), SA.32016 (2011/C) implimentati mir-Reġjun ta’ Sardenja favur Saremar (ĠU L 49, 22.2.2018, p. 22) il-premessa 243.
(60) Ara l-premessa (55)(b).
(61) C-129/12, Magdeburger Mühlenwerke GmbH vs Finanzamt Magdeburg, EU:C:2013:200, il-punti 40 u 41; T-818/14, Brussels South Charleroi Airport (BSCA) vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2018:33, il-punt 72, u r-referenzi fiha).
(62) Qabel il-parti operattiva fil-Ftehim ta’ Ottubru, huwa ddikjarat “ QED JIĠI MAQBUL FIL-PRINĊIPJU DAN LI ĠEJ:”
(63) Il-Ftehim dwar il-prinċipji għall-implimentazzjoni tal-ammont ta’ kumpens ta’ SEK 1,533 biljun imsemmi fil-Ftehim tal-20 ta’ Ottubru 2017 bejn l-Istat Żvediż u dak Daniż bejn ir-Renju tad-Danimarka u PostNord AB, iffirmat fil-11 ta’ Ġunju 2018.
(64) T-425/04 RENV u T-444/04 RENV, France u Orange vs Il-Kummissjoni, EU:T:2015:450, il-punt 237, kif ikkonfermat minn C-486/15 P, Il-Kummissjoni vs Franza u Orange, EU:C:2016:912.
(65) Il-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tanchev, il-Kawża C-385/18, Arriva Italia Srl et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, ECLI:EU:C:2019:647, il-punt 36-44.
(66) Ir-rapport annwali ta’ Post Danmark għall-2019, il-paġna 14.
(67) Ir-rapport annwali ta’ PostNord AB għall-2018, il-paġna 4 u 47.
(68) Il-paragrafu 1 tal-Ftehim ta’ Ottubru.
(69) Mill-preambolu tal-Ftehim ta’ Ottubru jirriżulta li b’“Kumpanija” f’dan il-ftehim wieħed jifhem PostNord AB.
(70) Il-paragrafu 4 tal-Ftehim ta’ Ottubru.
(71) […].
(72) “I propositionen föreslås riksdagen bemyndiga regeringen att besluta om kapitaltillskott till PostNord AB på högst 400 miljoner kronor”
(73) Il-Kawżi magħquda T-415/05, T-416/05 u T-423/05, Il-Greċja et vs Il-Kummissjoni, EU:T:2010:386, il-punt 178.
(74) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(75) Il-Kawżi magħquda T-415/05, T-416/05 u T-423/05, Il-Greċja et vs Il-Kummissjoni, EU:T:2010:386.
(76) Il-Kawżi magħquda C-399/10 P u C-401/10 P, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni et, EU:C:2013:175.
(77) Il-Kawża T-11/95, BP Chemicals vs Il-Kummissjoni, EU:T:1998:199.
(78) Il-Kawża T-11/95, BP Chemicals vs Il-Kummissjoni, EU:T:1998:199, il-punt 170.
(79) Il-Kawżi magħquda C-399/10 P u C-401/10 P, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni et, EU:C:2013:175, il-punt 104.
(80) Il-Kawża C-385/18, Arriva Italia Srl et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, ECLI:EU:C:2019:1121, il-punt 41.
(81) Il-Kawża T-131/16, Ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International vs Il-Kummissjoni Ewropea, ECLI:EU:T:2019:91, il-punt 119. Is-sentenza bħalissa qed tiġi appellata (C-337/19 P, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju u Magnetrol International). L-Avukat Ġenerali kkonkluda li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddikjarat li għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji kienu meħtieġa miżuri ta’ implimentazzjoni, ara l-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott, il-Kawża C-337/19 P, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International, il-punt 113.
(82) Il-Kawża T-818/14, Brussels South Charleroi Airport (BSCA) vs Il-Kummissjoni Ewropea, ECLI:EU:T:2018:33, il-punt 72.
(83) Société Wallonne des Aéroports Sa.
(84) Ara pereżempju C-129/12, Magdeburger Mühlenwerke, EU:C:2013:200, il-punti 40 u 41.
(85) Il-Kawża T-818/14, BSCA vs Il-Kummissjoni, EU:T:2018:33, il-punt 72 u l-ġurisprudenza kkwotata.
(86) Fl-4 ta’ April 2018, PostNord Group ittrasferixxa kapital għal ammont ta’ DKK 150 miljun f’Post Danmark, 6.4 % tal-valur tal-injezzjoni ta’ kapital tal-Grupp.
(87) Il-Kawża 118/85, Il-Kummissjoni vs L-Italja, ECLI:EU:C:1987:283 u l-Kawża C-35/96 Il-Kummissjoni vs L-Italja, ECLI:EU:C:1998:303.
(88) Il-Kawża C-482/99, Franza vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2002:294, il-punt 52.
(89) Il-Kawża T-358/94, Air France vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:1996:194, il-punt 56.
(90) Il-Kawża C-482/99, Franza vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2002:294, il-punt 38. Ara wkoll il-Kawża C-278/00, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2004:239, il-punti 53 u 54, u l-Kawżi Magħquda C-328/99 u C-399/00, L-Italja u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2003:252, il-punti 33 u 34.
(91) Il-Kawża T-358/94, Air France vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:1996:194, il-punti 58-62.
(92) Il-Kawża C-39/94, Syndicat français de l’Express international (SFEI) et. vs La Poste et,EU:C:1996:285, il-punt 60 u l-Kawża C-342/96, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, EU:C:1999:210, il-punt 41.
(93) Il-Kawża C-173/73, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, EU:C:1974:71, il-punt 13.
(94) Il-Kawża C-39/94, SFEI et, ECLI:EU:C:1996:285, il-punti 60-61.
(95) Il-Kawża C-124/10 P, Il-Kummissjoni vs EDF, ECLI:EU:C:2012:318, il-punti 83-85 u 105; il-Kawża C-482/99, Franza vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2002:294, il-punti 71-72; il-Kawża T-16/96, Cityflyer Express vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:1998:78, il-punt 76.
(96) Il-Kawża T-274/01, Valmont Nederland BV vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2004:266, il-punt 71.
(97) Il-Kawża T-366/00, Scott vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2007:99, il-punt 158.
(98) Il-Kawża 730/79 Philip Morris Holland BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:C:1980:209, il-punt 11; u l-Kawżi magħquda T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa 607/97, T-1/98, T-3/98 sa T-6/98 u T-23/98 Alzetta Mauro et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:T:2000:151, il-punt 80.
(99) Il-Kawża C-518/13, Eventech Ltd vs The Parking Adjudicator (Eventech), EU:C:2015:9, il-punt 65 u l-Kawżi magħquda C 197/11 u C 203/11, Eric Libert et vs Gouvernement flamand u All Projects & Developments NV et vs Vlaamse Regering (Libert et), EU:C:2013:288, il-punt 76.
(100) Il-Kawża C 518/13, Eventech Ltd vs The Parking Adjudicator (Eventech), EU:C:2015:9, il-punt 66; il-Kawżi magħquda C 197/11 u C 203/11, Eric Libert et vs Gouvernement flamand u All Projects & Developments NV et vs Vlaamse Regering (Libert et), EU:C:2013:288, il-punt 77; u l-Kawża T-288/97, Regione Friuli Venezia Giulia vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, EU:T:2001:115, il-punt 41.
(101) Il-valur terminali huwa l-valur ta’ assi, negozju, jew proġett lil hinn mill-perjodu previst meta jkunu jistgħu jiġu stmati l-flussi tal-flus futuri. Il-valur terminali jassumi li negozju se jikber b’rata ta’ tkabbir stabbilita għal dejjem wara l-perjodu previst.
(102) Il-Kawża C-124/10 P, Il-Kummissjoni vs EDF, ECLI:EU:C:2012:318, il-punti 82 sa 85. Ara wkoll il-Kawżi magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P Land Burgenland vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2013:682, il-punt 61. Il-livell ta’ sofistikazzjoni ta’ tali valutazzjoni ex ante jista’ jvarja skont il-kumplessità tat-tranżazzjoni kkonċernata u l-valur tal-assi, l-oġġetti jew is-servizzi involuti. Normalment, tali valutazzjonijiet ex ante għandhom jitwettqu bl-appoġġ ta’ esperti bil-ħiliet u l-esperjenza xierqa. Tali evalwazzjonijiet għandhom dejjem ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u ma għandhomx jiġu affettwati minn konsiderazzjonijiet ta’ politika. L-evalwazzjonijiet imwettqa minn esperti indipendenti jistgħu jipprovdu korroborazzjoni addizzjonali għall-kredibbiltà tal-valutazzjoni.
(103) Il-Kawża C-364/90, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:C:1993:157, il-punt 20.
(104) Il-Kawża C-70/72, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, ECLI:EU:C:1973:87, il-punt 13.
(105) Il-Kawża C-142/87, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1990:125, il-punt 66.
(106) Il-Kawża C-75/97, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1999:311, il-punti 64 u 65.
(107) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(108) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).