<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑159/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0159</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:121">EU:C:2016:121</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET BOT — KAWŻA C‑159/15</P><P>LESAR</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bot</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20160225">25 ta’ Frar 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑159/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Franz Lesar</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Beim Vorstand der Telekom Austria AG eingerichtetes Personalamt</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva, l-Awstrija)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2000/78/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1) u (2)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(2)</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tad-drittijiet ta’ pensjoni tal-ex uffiċjali</KEYWORD><KEYWORD>Perijodi ta’ taħriġ jew ta’ impjieg b’kuntratt li għalihom kellhom jitħallsu kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni għall-pensjoni obbligatorja</KEYWORD><KEYWORD>Teħid inkunsiderazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni ta’ tali perijodi mwettqa qabel ma tintlaħaq l-età ta’ 18-il sena</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(1) u (2)(a), kif ukoll 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn F. Lesar u Beim Vorstand der Telekom Austria AG eingerichtetes Personalamt (dipartiment tal-persunal tad-direttorat ta’ Telekom Austria AG, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Servizz tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), fir-rigward tar-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jieħu inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni, il-perijodi ta’ taħriġ u ta’ xogħol preċedenti għad-dħul fis-servizz ta’ F. Lesar li dan wettaq qabel ma laħaq l-età ta’ 18-il sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet, ser nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja teżamina l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2000/78 iktar milli fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva. Fi tmiem l-analiżi tiegħi jien ser nasal għall-konklużjoni li l-Artikoli 2(1) u (2)(a) kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ taħriġ u ta’ xogħol imwettqa minn uffiċjal qabel l-età ta’ 18-il sena għall-iskopijiet tal-għoti ta’ dritt għal pensjoni u tal-kalkolu tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar tiegħu, sa fejn dik il-leġiżlazzjoni hija intiża li tiggarantixxi l-iffissar uniformi, fi ħdan l-iskema ta’ irtirar tal-uffiċjali, tal-età ta’ sħubija f’dik l-iskema kif ukoll tal-età ta’ eliġibbiltà għall-benefiċċji tal-irtirar li jingħataw fil-kuntest ta’ dik l-iskema.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2000/78</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tagħha, l-iskop tad-Direttiva 2000/78 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>huwa li tniżżel parametru ġenerali biex tikkumbatti diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u x-xogħol, bi skop li timplimenta fl-Istati Membri il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, ‘il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament’ għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġguni msemmija fl-Artikolu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli milli kienet tiġi trattata oħra f’sitwazzjoni simili, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Minkejja l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li trattament differenti fuq bażi ta’ età m’għandhux jikkostitwixxi diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, hu objettivament u raġonevolment iġġustifikat b’għan leġittimu, inkluża politika leġittima ta’ l-impjieg, tas-suq tax-xogħol u ta’ objettivi ta’ taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanjiet jkunu approprjati u neċessarji.</P><P>Dan it-trattament differenti jista’ b’mod partikolari jinkludi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet speċjali għall-aċċess għall-impjieg u t-taħriġ professjonali, l-impjieg u x-xogħol, inkluzi l-kundizzjonijiet ta’ sensji u pagi, għaż-żgħażagħ, ħaddiema ta’ età, u persuni li jkollhom responsabbilitajiet li jieħdu ħsieb persuni oħra sabiex jippromwovu l-integrazzjoni professjonali tagħhom jew jiżguraw il-protezzjoni tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-iffissar ta’ kondizzjonijiet minimi ta’ età, esperjenza professjonali jew anzjanità f’servizz għall-aċċess ta’ mpjieg jew għal ċerti vantaġġi marbuta ma’ l-impjieg;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-Artikolu 2(2) l-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi l-iffissar fir-rigward ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali professjonali, ta’ età għall-parteċipazzjoni jew intitolament għall-benefiċċji ta’ l-irtirar jew ta’ l-invalidità, inkluża wkoll l-iffissar għal dawn l-iskemi ta’ etajiet differenti għal ħaddiema jew għal gruppi jew kategoriji differenti ta’ ħaddiema jew ta’ kriterji ta’ età fil-kalkoli ta’ l-attwarji fil-qafas ta’ dawn l-iskemi ma jikkostitwix diskriminazzjoni minħabba l-età, sakemm dan ma jirriżultax f’diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikoli 53 u 54 tal-Bundesgesetz über die Pensionsansprüche der Bundesbeamten, ihrer Hinterbliebenen und Angehörigen (Pensionsgesetz 1965), [liġi federali dwar id-drittijiet għal pensjoni tal-uffiċjali Federali, is-superstiti tagħhom u l-membri tal-familja tagħhom (liġi dwar il-pensjonijiet tal-1965)], tat-<DATE ISO="19651118">18 ta’ Novembru 1965</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>BGBl. 340/1965, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>PG 1965<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></NOTE>, kienu, fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ fiż-żmien tal-fatti tal-kawża prinċipali, ifformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Perijodi qabel id-dħul fis-servizz li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-punti ta’ rtirar</P></TI></TITLE><ARTICLE IDENTIFIER="053"><TI.ART>Artikolu 53</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="053.001"><NO.PARAG>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-perijodi li jistgħu jiġu assimilati huma dawk li huma elenkati fil-paragrafi 2 sa 4 sa fejn dawn huma preċedenti għad-data li minnha jibda jiddekorri ż-żmien ta’ servizz federali li jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-irtirar. Dawn il-perijodi huma inklużi permezz ta’ imputazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="053.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Huma inklużi l-perijodi li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>iż-żmien imwettaq f’relazzjoni ta’ servizz, ta’ taħriġ jew relazzjoni ta’ xogħol oħra ma’ persuna li timpjega rregolata mid-dritt pubbliku nazzjonali,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>it-tul ta’ ċiklu ta’ studji komplet imwettaq fi [...] kulleġġ ta’ tagħlim tekniku jew professjonali, fi stabbiliment ta’ edukazzjoni teknika jew professjonali, f’akkademja jew fi stabbiliment ta’ tagħlim affiljat bil-kundizzjoni li ma jkunx inqabeż it-tul minimu ta’ attività skolastika,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>k)</NO.P><TXT>iż-żmien imwettaq fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ taħriġ professjonali sa fejn dan it-taħriġ jikkostitwixxi rekwiżit għar-reklutaġġ ta’ uffiċjal jew meta dan isir ma’ persuna li timpjega rregolata mid-dritt pubbliku nazzjonali,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>l)</NO.P><TXT>il-perijodu ta’ impjieg li joħloq obbligu għal ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni għall-pensjoni skont id-dispożizzjonijiet [tal-liġi ġenerali dwar is-sigurtà soċjali (Allgemeines Sozialversicherungsgesetz), tad-<DATE ISO="19550909">9 ta’ Settembru 1955</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>BGBl. 189/1955, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ASVG<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></NOTE>], applikabbli fil-<DATE ISO="20041231">31 ta’ Diċembru 2004</DATE>,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></ALINEA></PARAG></ARTICLE></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Esklużjoni tat-teħid inkunsiderazzjoni u rinunzja</P></TI></TITLE><ARTICLE IDENTIFIER="054"><TI.ART>Artikolu 54</TI.ART><STI.ART>[...]</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="054.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni l-perijodi sussegwenti li jistgħu jiġu assimilati:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-perijodi li l-uffiċjal ikun wettaq qabel ma jilħaq l-età ta’ 18-il sena; din ir-restrizzjoni ma tapplikax għall-perijodi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 53(2)(a), (d), (k) u (l) meta jkun irid jitħallas ammont li jgħidulu ta’ trasferiment għal dawk il-perijodi skont ir-regoli tad-dritt tas-sigurtà soċjali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="054.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>It-tieni istanza tal-paragrafu 2(a) tapplika biss għall-uffiċjali li għalihom ma japplikax l-Artikolu 88(1) [...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></ARTICLE></GR.SEQ></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 88(1) tal-PG 1965, fil-verżjoni tagħha li kienet fis-seħħ fiż-żmien tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkontempla l-uffiċjali li daħlu jaħdmu ma’ awtorità lokali Awstrijaka qabel l-1 ta Mejju 1995 li, bejn id-data tad-dħul tagħhom fis-servizz u d-data li fiha jispiċċaw, jibqgħu fis-servizz mingħajr interruzzjoni ma’ awtorità lokali Awstrijaka.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u t-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>F. Lesar twieled fit-<DATE ISO="19490603">3 ta’ Ġunju 1949</DATE>. Bejn l-età ta’ 14-il sena u l-età ta’ 18‑il sena (mid-<DATE ISO="19630909">9 ta’ Settembru 1963</DATE> sat-<DATE ISO="19670308">8 ta’ Marzu 1967</DATE>), huwa ħadem b’kuntratt ta’ taħriġ mal-(Post- und Telegraphenverwaltung des Bundes (Amministrazzjoni tal-posta u telegrafi tal-Istat Federali). Mid-<DATE ISO="19670309">9 ta’ Marzu 1967</DATE>, huwa ġie ngaġġat minn din bħala membru tal-persunal bil-kuntratt. Minbarra x-xogħol tiegħu, huwa reġa’ beda jistudja bejn l-<DATE ISO="19670914">14 ta’ Settembru 1967</DATE> sas-<DATE ISO="19720217">17 ta’ Frar 1972</DATE>, fil-liċeo federali għall-istudenti li jeżerċitaw attività professjonali. Fl-<DATE ISO="19720701">1 ta’ Lulju 1972</DATE>, huwa ġie ngaġġat mill-Bund (iktar 'il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Istat Federali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) fil-kwalità ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt b’impjieg fis-servizz pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Qabel ma ġie aċċettat bħala uffiċjal, F. Lesar ħallas il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni lill-Pensionsversicherungsanstalt der Angestellten (uffiċċju tal-pensjonijiet tal-impjegati, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>organu assiguratur<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) matul il-perijodu kollu tal-kuntratt ta’ taħriġ u ta’ xogħol tiegħu, u dan kemm qabel u kif ukoll wara li laħaq l-età ta’ 18-il sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-Post- und Telegraphendirektion für Steiermark (direttorat tal-amministrazzjoni tal-posta u telegrafi ta’ Steiermark), tat-<DATE ISO="19730823">23 ta’ Awwissu 1973</DATE>, ħames snin u ħmistax-il jum li għaddew bejn id-data li fiha laħaq l-età ta’ 18-il sena u d-data li fiha beda l-karriera tiegħu fis-servizz pubbliku ġew rikonoxxuti lilu mingħajr ebda kundizzjoni bħala perijodi preċedenti għad-dħul fis-servizz li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-iskopijiet tal-kalkolu tad-drittijiet għal pensjoni. Dawn il-perijodi jinqasmu skont kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>mit-<DATE ISO="19670603">3 ta’ Ġunju 1967</DATE> sat-<DATE ISO="19670913">13 ta’ Settembru 1967</DATE>, attività bħala membru tal-persunal bil-kuntratt;</P></ITEM><ITEM><P>mill-<DATE ISO="19670914">14 ta’ Settembru 1967</DATE> sas-<DATE ISO="19720217">17 ta’ Frar 1972</DATE>, studji fil-liċeo federali għall-istudenti li jeżerċitaw attività professjonali; u</P></ITEM><ITEM><P>mill-<DATE ISO="19720301">1 ta’ Marzu 1972</DATE> sat-<DATE ISO="19720630">30 ta’ Ġunju 1972</DATE>, attività bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="19740522">22 ta’ Mejju 1974</DATE>, l-organu assiguratur iddeċieda li jagħti u jħallas lill-Istat Federali ammont magħruf bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ta’ trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> għall-perijodi ta’ attività bħala membru tal-persunal bil-kuntratt assimilati li F. Lesar kien wettaq wara li laħaq l-età ta’ 18-il sena. Dan l-ammont ta’ trasferiment kien ta’ <FT TYPE="NUMBER">4785</FT> xelini Awstrijaċi (ATS).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjonijiet tat-<DATE ISO="19740328">28 ta’ Marzu 1974</DATE> u tat-<DATE ISO="19740522">22 ta’ Mejju 1974</DATE>, is-somma ta’ ATS <FT TYPE="DECIMAL">33160.05</FT> ġiet mogħtija lil F. Lesar bħala rimborż, b’mod partikolari, tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni li huwa kien ħallas għall-perijodi tiegħu taħt il-kuntratt ta’ taħriġ u taħt ir-relazzjoni tiegħu ta’ xogħol bħala membru tal-persunal bil-kuntratt imwettqa qabel ma kien laħaq l-età ta’ 18-il sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>F. Lesar ġie aċċettat għall-benefiċċju tal-irtirar l-għada tal-<DATE ISO="20040831">31 ta’ Awwissu 2004</DATE>. F’dan il-kuntest, id-dipartiment tal-persunal stabbilixxa l-ammont tal-pensjoni tiegħu billi ħa inkunsiderazzjoni l-perijodi preċedenti rikonoxxuti permezz tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="19730823">23 ta’ Awwissu 1973</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Awwissu 2011, F. Lesar talab li jiġu rrikonoxxuti l-perijodi ta’ taħriġ u l-perijodi ta’ impjieg li huwa kien wettaq qabel laħaq l-età ta’ 18-il sena, bħala perijodi addizzjonali li jistgħu jiġu assimilati. Id-dipartiment tal-persunal ċaħad din it-talba permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120823">23 ta’ Awwissu 2012</DATE>. Għalhekk, F. Lesar ippreżenta rikors kontra dik id-deċiżjoni quddiem il-Verfassungsgerichtshof (qorti kostituzzjonali). Dik il-qorti, madankollu, iddikjarat ruħha li ma għandhiex ġurisdizzjoni biex teżamina dak ir-rikors. Għaldaqstant, F. Lesar irrikorra quddiem il-qorti tar-rinviju fejn ressaq l-istess ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Skont din tal-aħħar, iċ-ċaħda tat-talba ma tkunx iġġustifikata jekk, wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2000/78, il-pożizzjoni legali tkun inbidlet. Hija tikkunsidra li, f’dan il-każ, ir-rifjut li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-perijodi ta’ taħriġ u ta’ impjieg imwettqa qabel intlaħqet l-età ta’ 18-il sena bħala perijodi preċedenti għad-dħul fis-servizz jikkostitwixxi differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età, iżda hija tistaqsi jekk din tistax, madankollu, tkun iġġustifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-Artikoli 2(1) u (2)(a) kif ukoll l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni bħal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi li l-perijodi ta’ taħriġ u l-perijodi ta’ xogħol imwettqa minn membru tal-persunal bil-kuntratt tal-Istat Federali qabel id‑dħul tiegħu fis-servizz pubbliku f’dik il-kapaċità, perijodi li fir-rigward tagħhom kellhom jitħallsu l-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-pensjoni obbligatorja),</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tad-drittijiet għal pensjoni ta’ uffiċjal meta l-persuna kkonċernata tkun wettqithom wara li laħqet l-età ta’ 18-il sena, f’liema każ l-organu assiguratur għandu jħallas lill-Istat Federali ammont għat-trasferiment għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn il-perijodi skont ir-regoli tad-dritt tal-assigurazzjonijiet soċjali, iżda, min-naħa l-oħra</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ma jittiħdux inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tad-drittijiet għal pensjoni ta’ uffiċjal meta l-persuna kkonċernata tkun wettqithom qabel tilħaq l-età ta’ 18-il sena, f’liema każ l-organu assiguratur ma jkunx meħtieġ iħallas lill-Istat Federali ammont għat-trasferiment u jkollu jirrimborsa lill-assigurat il-kontribuzzjonijiet mħallsa minnu, b’mod partikolari, fid-dawl tal-fatt li, fil-każ li dawn il-perijodi jittieħdu <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> skont ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni, ikun hemm il-possibbiltà li l-organu assiguratur jitlob lill-uffiċjal iħallsu lura l-kontribuzzjonijiet irrimborsati minnu u l-obbligu għall-organu assiguratur li jħallas <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ammont ta’ trasferiment lill-Istat Federali?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi tiegħi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fil-kawża li wasslet għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja saritilha domanda dwar jekk l-Artikoli 2(1) u 2(a) u 6(1) u (2) tad-Direttiva 2000/78 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi skolastiċi mwettqa minn uffiċjal qabel l-età ta’ 18-il sena għall-finijiet tal-għoti tad-dritt għal pensjoni u tal-kalkolu tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar tiegħu, minkejja li dawn il-perijodi jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jitwettqu wara li jkun laħaq din l-età.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, billi jeskludi, għall-finijiet tal-kalkolu ta’ tali pensjoni tal-irtirar, parti mill-uffiċjali mill-benefiċċju tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi skolastiċi mwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena, l-Artikolu 54(2)(a) tal-PG 1965 jaffettwa l-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni ta’ dawn l-uffiċjali, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78. Għalhekk, din id-direttiva tapplika għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 għandu jinftiehem, fid-dawl tal-Artikolu 3(1)(ċ) u (3) ta din id-direttiva, moqri flimkien mal-premessa 13 tagħha, bħala li ma jkoprix l-iskemi ta’ sigurtà soċjali u ta’ protezzjoni soċjali li l-benefiċċji tagħhom ma humiex assimilati ma’ remunerazzjoni, fis-sens mogħti lil dan it-terminu għall‑applikazzjoni tal-Artikolu 157(2) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Hija fakkret ukoll li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>remunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fis-sens tal-Artikolu 157(2) TFUE, jinkludi l-benefiċċji kollha fi flus jew in natura, kemm jekk immedjati jew fil-futur, bil-kundizzjoni li jitħallsu, anki indirettament, mill-persuna li timpjega lill-ħaddiem fid-dawl tal-impjieg tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>F’dik il-kawża, kien hemm inkwistjoni l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tal-punti tal-irtirar, ta’ perijodi skolastiċi mwettqa minn G. Felber qabel l-età ta’ 18-il sena u qabel id-dħul tiegħu fis-servizz tal-Istat Federali. Ġie stabbilit li l-ammont tal-pensjoni tal-irtirar jiddependi mill-perijodi ta’ servizz u minn perijodi li jistgħu jiġu assimilati kif ukoll mis-salarju li l-uffiċjal kien jirċievi u li l-pensjoni tal-irtirar tikkostitwixxi ħlas futur fi flus, imħallas mill-persuna li timpjega lill-impjegati tagħha, bħala konsegwenza diretta tar-relazzjoni ta’ impjieg ta’ dawn tal-aħħar. Fil-fatt, din il-pensjoni titqies, fid-dritt nazzjonali, li hija remunerazzjoni li tkompli titħallas fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ servizz li tibqa’ fis-seħħ anki wara li l-uffiċjal jibda jibbenefika minn benefiċċji tal-irtirar. Din il-pensjoni tikkostitwixxi, f’dan ir-rigward, remunerazzjoni fis-sens tal-Artikolu 157(2) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tagħmel differenza fit-trattament ibbażata direttament fuq il-kriterju tal-età, fis-sens tal-Artikolu 2(1) u (2)(a) tad-Direttiva 2000/78<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat jekk din id-differenza fit-trattament kinitx tista’ madankollu tiġi ġġustifikata fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel, irrilevat li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi preċedenti għad-dħul fis-servizz tal-uffiċjal imwettqa minnu barra mir-relazzjoni ta’ servizz huwa regola derogatorja li ġiet introdotta sabiex ma tagħtix żvantaġġ, fir-rigward tal-kisba ta’ drittijiet għal pensjoni, lill-uffiċjali li, qabel id-dħul tagħhom fis-servizz tal-Istat Federali, ikunu wettqu taħriġ superjuri meta pparagunati ma’ dawk li r-reklutaġġ tagħhom ma huwa suġġett għal ebda kundizzjoni ta’ taħriġ partikolari u li, konsegwentement, setgħu jidħlu fis-servizz tal-Istat Federali mill-età ta’ 18-il sena. Għalhekk, ir-regoli tal-iskema ta’ pensjoni tal-uffiċjali huma kkonċepiti b’mod li l-karriera globali li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar tista’<?PAGE NO="7"?> tmur lura sal-età minima meħtieġa għad-dħul fis-servizz tal-Istat. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni hija intiża sabiex tagħmel uniformi d-data ta’ bidu ta’ kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjoni u, għaldaqstant, iż-żamma tal-età ta’ ammissjoni għall-benefiċċju tal-irtirar. F’dan il-kuntest, l-esklużjoni tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ taħriġ skolastiku mwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena hija ġġustifikata mill-fatt li l-persuna kkonċernata bħala prinċipju ma teżerċitax, matul dawn il-perijodi, attività remunerata li tagħti lok għall-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għall-iskema ta’ pensjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, sa fejn it-tfittxija ta’ tali għan tippermetti li tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-persuni kollha ta’ settur partikolari u fir-rigward ta’ element essenzjali tar-relazzjoni ta’ xogħol tagħhom, bħalma huwa l-mument li fih jirtiraw, dan l-għan jikkostitwixxi għan leġittimu tal-politika tal-impjieg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja vverifikat, kif jeżiġi l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78, jekk il-mezzi implementati biex jintlaħaq l-imsemmi għan kinux approprjati u neċessarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Minn naħa, fir-rigward tan-natura xierqa tal-Artikolu 54(2)(a) tal-PG 1965, il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li l-età minima ta’ reklutaġġ fis-servizz pubbliku hija ffissata għal 18-il sena u li, għaldaqstant, uffiċjal ma jistax jiġi affiljat mal-iskema ta’ pensjoni tal-uffiċjali u jħallas kontribuzzjonijiet lil din l-iskema ħlief minn din l-età<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Konsegwentement, l-esklużjoni, skont din id-dispożizzjoni, tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ taħriġ skolastiku mwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena hija xierqa, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jintlaħaq l-għan leġittimu li jikkonsisti f’li tiġi adottata politika tal-impjieg ta’ natura li tippermetti lill-affiljati kollha mal-iskema ta’ pensjoni tal-uffiċjali li jibdew iħallsu kontribuzzjonijiet fl-istess età, li jiksbu d-dritt li jirċievu pensjoni tal-irtirar kompleta u, għalhekk, li tiġi ggarantita ugwaljanza fit-trattament bejn l-uffiċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU :C :2015 :20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fir-rigward, min-naħa l-oħra, tal-kwistjoni jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni taqbiżx dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq l-għan li hija tfittex, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li t-talba fl-oriġini tal-kawża hija intiża għat-teħid inkunsiderazzjoni mhux ta’ perijodi ta’ impjieg, bħal fil-każ tal-kawża li tat lok għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hütter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-88/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:381">EU:C:2009:381</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iżda unikament perijodi ta’ taħriġ imwettqa f’kulleġġ jew fi stabbiliment ta’ edukazzjoni teknika jew professjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tidher koerenti fir-rigward tal-ġustifikazzjoni mressqa mill-qorti tar-rinviju, jiġifieri li jiġu esklużi mill-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar il-perijodi li matulhom il-persuna kkonċernata ma tħallasx kontribuzzjonijiet għall-iskema ta’ pensjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Hija kkonkludiet li miżura bħal dik prevista fl-Artikolu 54(2)(a) tal-PG 1965 hija xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet meħuda inkunsiderazzjoni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-kawża, il-qorti tar-rinviju għamlet id-domanda tagħha sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tippreċiżalha, essenzjalment, jekk din il-konklużjoni tistax tiġi trasposta għall-perijodi ta’ taħriġ u għall-perijodi ta’ xogħol imwettqa minn membru tal-persunal bil-kuntratt li kien fis-servizz tal-Istat Federali qabel laħaq l-età ta’ 18-il sena. Fi kliem ieħor, hija tixtieq tkun taf jekk l-Artikoli 2(1) u (2)(a) kif ukoll 6(1) tad-Direttiva 2000/78 jipprekludux jew le leġiżlazzjoni nazzjonali li biha l-perijodi ta’ taħriġ u l-perijodi ta’ xogħol imwettqa minn membru tal-persunal bil-kuntratt fis-servizz tal-Istat Federali ma jittiħdux inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tad-drittijiet għal pensjoni ta’ uffiċjal meta l-persuna kkonċernata tkun wettqithom qabel ma laħqet l-età ta’ 18-il sena.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Nirrileva mill-ewwel, li, meta kienet ġiet mistoqsija dwar l-eżistenza ta’ ġustifikazzjoni fid-dawl tal-paragrafu 1 jew 2 tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/78, il-Qorti tal-Ġustizzja għażlet fis-sentenza tagħha <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tillimita l-eżami tagħha fir-rigward biss tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu. Dan ċertament jispjega għaliex il-qorti tar-rinviju ma semmietx il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu fid-domanda li hija għamlet fil-kuntest ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Madankollu huwa, fil-fatt, fid-dawl tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2000/78 li din il-kawża jidhirli li trid tiġi eżaminata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, infakkar li anki jekk il-qorti tar-rinviju llimitat id-domanda tagħha għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva, tali ċirkustanza ma tipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lill-qorti nazzjonali l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha, kemm jekk din il-qorti tkun għamlet riferiment għalihom fid-domanda tagħha kif ukoll jekk ma tkunx għamlet dan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HK Danmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑476/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:590">EU:C:2013:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Nirrileva wkoll li, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Awstrijak ikkunsidra li d-differenza fit-trattament inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienet iġġustifikata mhux biss fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78, imma wkoll fid-dawl tal-Artikolu 6(2) ta’ din id-direttiva. Barra minn hekk, il-partijiet kollha ġew mistiedna mill-Qorti tal-Ġustizzja jieħdu pożizzjoni waqt is-seduta dwar l-interpretazzjoni u l-applikabbiltà, f’dan il-każ, ta’ din l-aħħar dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ma huwiex xieraq li tiġi eżaminata l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali b’mod prijoritarju fir-rigward tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 sa fejn l-għan li għandha din id-dispożizzjoni huwa preċiżament l-istess bħal dak tal-Artikolu 6(2) ta’ din id-direttiva li jippermetti lill-Istati Membri li jfittxu, ossija jiffissaw, għall-iskemi professjonali ta’ sigurtà soċjali, etajiet ta’ sħubija jew ta’ eliġibbiltà għall-benefiċċji tal-irtirar jew ta’ invalidità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Issa, huwa dan il-għan li għalih il-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel riferiment fis-sentenza tagħha <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) meta hija tikkunsidra li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni hija xierqa sabiex jintlaħaq l-għan leġittimu li jikkonsisti f’li tiġi adottata politika tal-impjieg ta’ natura li tippermetti lill-affiljati kollha mal-iskema ta’ pensjoni tal-uffiċjali li jibdew iħallsu kontribuzzjonijiet fl-istess età, li jiksbu d-dritt li jirċievu pensjoni ta’ rtirar kompleta u, għalhekk, li tiġi ggarantita ugwaljanza fit-trattament bejn l-uffiċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Felber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:20">EU:C:2015:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Kif wera l-Gvern Awstrijak, huwa proprju bil-għan li tiġi uniformizzata d-data tal-bidu tal-kontribuzzjonijiet għall-iskema ta’ pensjoni tal-uffiċjali u, għaldaqstant li tinżamm l-età ta’ eliġibbiltà għall-benefiċċju tal-irtirar li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ taħriġ jew ta’ xogħol li jkun sar qabel l-età ta’ 18-il sena. Tali leġiżlazzjoni hija għaldaqstant l-espressjoni tal-libertà li għandhom l-Istati Membri, skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2000/78, li jiffissaw, għall-iskemi professjonali tas-sigurtà soċjali, età ta’ sħubija għal skema ta’ rtirar tal-uffiċjali jew ta’ eliġibbiltà għall-benefiċċji tal-irtirar li jingħataw fil-kuntest ta’ dik l-iskema. Barra minn hekk, il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni huwa tali li jippermetti lill-Istati Membri mhux biss li jiffissaw l-etajiet differenti għall-ħaddiema jew tal-gruppi jew kategoriji ta’ ħaddiema, imma wkoll li jadottaw miżuri xierqa biex jiggarantixxu, fi ħdan l-iskema professjonali ta’ sigurtà soċjali, età uniformi ta’ sħubija jew ta’ eliġibbiltà għall-benefiċċji tal-irtirar jew ta’ invalidità.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fis-sentenzi tagħha <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HK Danmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑476/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:590">EU:C:2013:590</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dansk Jurist- og Økonomforbund</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑546/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:603">EU:C:2013:603</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, peress li l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2000/78 jippermetti lill-Istati Membri li jipprovdu eċċezzjoni għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età, din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għal interpretazzjoni restrittiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HK Danmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑476/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:590">EU:C:2013:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dansk Jurist- og Økonomforbund</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑546/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:603">EU:C:2013:603</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2000/78 li biha din id-dispożizzjoni tista’ tiġi applikata għal kull tip ta’ skemi professjonali ta’ sigurtà soċjali jista’ jkollha bħala effett it-tkabbir tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, bi ksur tan-natura restrittiva tal-interpretazzjoni li għandha ssir ta’ din id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HK Danmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑476/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:590">EU:C:2013:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dansk Jurist- og Økonomforbund</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑546/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:603">EU:C:2013:603</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2000/78 għandu n-natura li japplika biss għall-iskemi professjonali ta’ sigurtà soċjali li jkopru r-riskji ta’ xjuħija u ta’ invalidità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HK Danmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑476/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:590">EU:C:2013:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dansk Jurist- og Økonomforbund</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑546/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:603">EU:C:2013:603</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, jistgħu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni mhux l-elementi kollha li jikkaratterizzaw skema professjonali ta’ sigurtà soċjali li tkopri dawn ir-riskji, iżda biss dawk li huma msemmija fiha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HK Danmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑476/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:590">EU:C:2013:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Konsegwentement, sabiex jiġi vverifikat jekk miżura nazzjonali taqax taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2000/78, għandu jiġi vverifikat, min-naħa waħda, jekk hija tidħolx fil-kuntest ta’ skema professjonali ta’ sigurtà soċjali li tkopri r-riskju ta’ xjuħija jew ta’ invalidità u, min-naħa l-oħra, jekk hija taqax taħt il-każijiet imsemmija f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>iffissar [...] ta’ età għall-parteċipazzjoni jew intitolament għall-benefiċċji ta’ l-irtirar jew ta’ l-invalidità<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, inkluża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>l-iffissar [...] ta’ kriterji ta’ età fil-kalkoli ta’ l-attwarji<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>L-istess bħall-Gvern Awstrijak, jiena tal-fehma li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2000/78 huma ssodisfatti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fil-fatt, din hija leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika għal skema professjonali ta’ sigurtà soċjali u li għandha bħala għan l-iffissar uniformi ta’ età ta’ sħubija fi skema ta’ pensjoni tal-uffiċjali kif ukoll ta’ età ta’ eliġibbiltà għall-benefiċċji tal-irtirar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għalkemm id-Direttiva 2000/78 ma tiddefinixxix x’għandu jinftiehem bi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>skemi professjonali ta’ sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, hemm definizzjoni ta’ dan il-kunċett, min-naħa l-oħra, fl-Artikolu 2(1)(f) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060705">5 ta’ Lulju 2006</DATE>, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2006">ĠU L 204, p. 23</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>. Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-iskemi professjonali ta’ sigurtà soċjali huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>skemi li mhumiex regolati mid-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-<DATE ISO="19781219">19 ta’ Diċembru 1978</DATE> dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 1, p. 215.</P></NOTE>] li l-għan tagħhom huwa li jipprovdu lill-ħaddiema, kemm jekk impjegati u kemm jekk jaħdmu għal rashom, f’impriża jew fi grupp ta’ impriżi, f’qasam ta’ attività ekonomika, settur jew grupp ta’ setturi tax-xogħol b’benefiċċji maħsuba biex iżidu l-benefiċċji pprovduti minn skemi statutorji ta’ sigurtà soċjali jew biex jissostitwixxuhom, kemm jekk is-sħubija fi skemi ta’ din ix-xorta tkun obbligatorja u kemm jekk tkun b’għażla<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Issa, kif indika ġustament il-Gvern Awstrijak, l-iskema ta’ rtirar tal-uffiċjali hija skema li tipprovdi lill-membri ta’ settur professjonali benefiċċji intiżi li jissostitwixxu benefiċċji ta’ skema ġenerali ta’ assigurazzjoni għall-irtirar fis-sens tal-Artikolu 2(1)(f) tad-Direttiva 2006/54. F’dan is-sens, skont l-Artikolu 5(1)(3)(a) tal-ASVG, l-uffiċjali federali huma esklużi mill-iskema tal-assigurazzjoni implementata mill-ASVG minħabba l-impjieg tagħhom fis-servizz pubbliku tal-Istat Federali minħabba li r-relazzjoni ta’ impjieg tagħhom tagħtihom id-dritt għal benefiċċji tal-irtirar li huma ekwivalenti għal dawk li tipprovdi l-iskema tal-assigurazzjoni għall-irtirar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jissemma l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2006/54, li jikkodifika l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Beune</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑7/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:350">EU:C:1994:350</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Griesmar</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑366/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:648">EU:C:2001:648</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> billi jassimila mal-iskemi professjonali ta’ sigurtà soċjali l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>iskemi tal-pensjoni għal kategorija partikolari ta’ ħaddiem bħal dik ta’ l-uffiċjali pubbliċi jekk il-benefiċċji li jitħallsu skond l-istess skema jitħallsu minħabba r-relazzjoni ta’ l-impjieg ma’ min iħaddem fis-settur pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, u f’dan ir-rigward ma jagħmilx differenza l-fatt li tali skema tifforma parti minn skema legali ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Min dak li jippreċedi jirriżulta li, b’analoġija, l-iskema ta’ rtirar tal-uffiċjali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha, għaldaqstant, tiġi assimilata għal skema professjonali ta’ sigurtà soċjali fis-sens tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Il-Gvern Awstrijak huwa, għaldaqstant, iġġustifikat, bis-saħħa tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2000/78, li japplika leġiżlazzjoni nazzjonali intiża li żżomm, fi ħdan din l-iskema, età uniformi ta’ sħubija mal-istess skema u ta’ eliġibbiltà għall-benefiċċji tal-irtirar li jingħataw fil-kuntest ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi kif ġej għad-domanda preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva):</TXT></NP.ECR><P>L-Artikoli 2(1) u (2)(a) kif ukoll 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, kif inhi dik tal-kawża prinċipali, li teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ taħriġ u ta’ xogħol imwettqa minn uffiċjal qabel l-età ta’ 18-il sena għall-iskopijiet tal-għoti tad-dritt għal pensjoni u tal-kalkolu tal-ammont tal-pensjoni ta’ rtirar tiegħu, sa fejn dik il-leġiżlazzjoni hija intiża li tiggarantixxi l-iffissar uniformi, fi ħdan skema ta’ rtirar tal-uffiċjali, ta’ età ta’ sħubija f’dik l-iskema kif ukoll ta’ età ta’ eliġibbiltà għall-benefiċċji ta’ rtirar li jingħataw fil-kuntest tal-imsemmija skema.</P></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>