European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2601

8.10.2024

PROTOKOLL ADDIZZJONALI TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-IŻLANDA

L-UNJONI EWROPEA

u

L-IŻLANDA

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda ffirmat fit-22 ta’ Lulju 1972, u l-arranġamenti eżistenti għall-kummerċ tal-ħut u prodotti tas-sajd bejn l-Iżlanda u l-Komunità,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda dwar id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-perjodu 2014-2021 għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd, u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU DAN IL-PROTOKOLL:

Artikolu 1

1.   Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Iżlanda huma stabbiliti f’dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu. Il-kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan il-Protokoll. Dawn il-kwoti tariffarji għandhom japplikaw mill-jum li fih issir effettiva l-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll, skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4, sat-30 ta’ April 2028.

2.   Fi tmiem dan il-perjodu, il-Partijiet Kontraenti jivvalutaw il-ħtieġa li jinżammu d-dispożizzjonijiet speċjali msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk meħtieġ, jirrevedu l-livelli tal-kwoti filwaqt li jitqiesu l-interessi rilevanti kollha.

Artikolu 2

1.   Il-kwoti tariffarji għandhom jinfetħu fil-jum li fih issir effettiva l-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll, skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4.

2.   Il-volumi tal-kwoti tariffarji huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan il-Protokoll. L-ewwel kwota tariffarja għandha tkun disponibbli mid-data tal-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll sat-30 ta’ April 2024. Mill-1 ta’ Mejju 2024, il-kwoti tariffarji sussegwenti għandhom jiġu allokati kull sena mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ April sa tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll.

3.   Il-volumi tal-kwoti tariffarji li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2021 sal-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll għandhom jiġu allokati b’mod proporzjonali u jkunu disponibbli għall-bqija tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll.

4.   F’każ li l-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 ma jiġux eżawriti matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, u f’każ li protokoll sussegwenti li jistabbilixxi kwoti tariffarji mingħajr dazju għall-istess prodotti ma jiġix applikat b’mod proviżorju, l-importazzjonijiet mill-Iżlanda jistgħu jsiru għall-bqija tal-volum akkumulat tal-kwota ta’ dawk il-kwoti tariffarji sa sentejn wara tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, iżda għal mhux aktar mill-applikazzjoni proviżorja ta’ protokoll sussegwenti li jistabbilixxi kwoti tariffarji mingħajr dazju għall-istess prodotti.

Artikolu 3

Ir-regoli tal-oriġini applikabbli għall-kwoti tariffarji elenkati fl-Anness ta’ dan il-Protokoll għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda ffirmat fit-22 ta’ Lulju 1972.

Artikolu 4

1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun depożitat l-aħħar strument ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni.

3.   Sakemm jitlestew il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu tal-aħħar notifika għal dan l-għan.

Artikolu 5

Dan il-Protokoll, imħejji f’oriġinal wieħed, bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Taljan, Ungeriż, Żvediż u Iżlandiż, bit-test f’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku, għandu jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jibgħat kopja ċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet.

Image 1

Image 2


ANNESS

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TAL-PROTOKOLL

Flimkien mal-kwoti tariffarji mingħajr dazju permanenti eżistenti, l-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ il-kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju li ġejjin għall-prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Volum annwali (1.5-30.4) tal-kwota tariffarja f’piż nett sakemm mhux speċifikat mod ieħor (1)

0303 51 00

Aringi “Clupea harengus, Clupea pallasii” ffriżati (2)

400 tunnellata

0306 15 00

Skampi “Nephrops norvegicus” iffriżati, anki affumikati, kemm jekk bil-qoxra kif ukoll jekk le, inklużi awwisti bil-qoxra, imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma

100 tunnellata

0304 49 50

Fletti friski jew imkessħin tar-redfish “Sebastes spp.”

2 500 tunnellata

1604 19 92

1604 20 90

Preparazzjonijiet ta’ bakkaljaw u ħut ieħor

2 000 tunnellata

 

Frisk jew imkessaħ

5 500 tunnellata

0302 23 00

Lingwata komuni (Solea spp.)

 

0302 24 00

Barbuni imperjali (Psetta maxima)

 

0302 29

Megrim (Lepidorhombus spp.) u pixxiċatt ieħor, minbarra fletti tal-ħut u laħam tal-ħut ieħor

 

Ex03025990

Ħut mill-familji Bregmacerotidae, Euchlichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae

 

0302 82 00

Raj u rebekkini (Rajidae)

 

0302 89 50

Petriċa kbira (Lophius spp.)

 

0302 89 90

Ħut ieħor frisk jew imkessaħ, n.e.s.

 

0303 32 00

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa) iffriżat

 

0303 39 85

Pixxiċatt iffriżat

 

Ex03035990

Kavalli tal-Indo-Paċifiku ffriżati, “rastrelliger spp.”

 

Ex03036990

Ħut iffriżat mill-familji Bregmacerotidae, Euchlichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae

 

0303 82 00

Raj u rebekkini (Rajidae) iffriżati

 

0303 89 90

Ħut iffriżat, n.e.s.

 

0303 99 00

Pinnen, irjus, dnub, vexxiki tal-għawm tal-ħut iffriżat u ġewwieni ieħor li jittiekel tal-ħut

 

0304 43 00

Fletti friski jew imkessħin tal-pixxiċatt (Pleuronectidae, Bothidae, Cynoglossidae, Soleidae, Scophthalmidae u Citharidae)

 

Ex03044490

Fletti friski jew imkessħin tal-ħut mill-familji Bregmacerotdae, Euchlichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae

 

0304 46

Fletti friski jew imkessħin tal-pixxisinna

 

0304 49 10

Fletti friski jew imkessħin tal-ħut tal-ilma ħelu

 

0304 49 90

Fletti friski jew imkessħin ta’ ħut ieħor, n.e.s.

 

0304 95 10

Surimi ffriżat

 

0305 39 10

Fletti tas-salamun immellaħ jew fis-salmura, iżda mhux affumikat

50 tunnellata

0305 42 00

Aringi affumikati

 

0305 69 50

Salamun immellaħ biss jew fis-salmura

 

0305 41 00

Salamun affumikat, inklużi fletti

 

0305 72 00

Irjus, dnub u vexxiki tal-għawm tal-ħut, affumikati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura

1 950 tunnellata

0305 79 00

Pinen tal-ħut u ġewwieni ieħor li jittiekel tal-ħut, affumikati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura

 

0305 43 00

Troti affumikati (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster)

 

0305 49 80

Ħut affumikat ieħor

 

1604 11 00

1604 20 10

Salamun ippreparat jew ippreservat, sħiħ jew f’biċċiet (eskluż ikkapuljat)

 

1605 61 00

Ħjar tal-baħar ippreparati jew ippreservati

 

1605 62 00

Rizzi ippreparati jew ippreservati

 

0302 22 00

Barbun tat-tbajja’ (“Pleuronectes platessa”) frisk jew imkessaħ

2 500 tunnellata

0302 59 20

Merlangu (“Merlangius merlangus”) frisk jew imkessaħ

 

0304 49 10

Fletti friski jew imkessħin tal-ħut tal-ilma ħelu, n.e.s.

 

0304 52 00

Laħam frisk jew imkessaħ, kemm jekk ikkapuljat kif ukoll jekk le, tas-Salmonidi

 

0304 89 10

Fletti ffriżati tal-ħut tal-ilma ħelu, n.e.s.

 

0305 69 80

Ħut ieħor, immellaħ biss jew fis-salmura

 

0304 82 10

0304 82 90

Fletti ffriżati tat-troti “Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae”

 

0302 59 40

Molvi “Molva spp.” friski jew imkessħin

 

0305 53 90

Ħut imnixxef mill-familji Bregmacerotidae, Euclichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae, minbarra l-bakkaljaw

 

0303 14 20

0303 14 90

Trota “Oncorhynchus mykiss” iffriżata, bl-irjus u l-garġi, imnaddfa

 

0304 82 10

Troti “Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus” iffriżati, fletti ffriżati tat-trota “Oncorhynchus mykiss”, li jiżnu aktar minn 400 gramma kull wieħed

 

0302 14 00

Salamun tal-Atlantiku “Salmo salar” frisk jew imkessaħ u salamun tad-Danubju

 

0303 13 00

Salamun tal-Atlantiku “Salmo salar” iffriżat u salamun tad-Danubju “Hucho hucho”

 

0304 41 00

Fletti friski jew imkessħin tas-salamun tal-Paċifiku “Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou and Oncorhynchus rhodurus), Atlantic salmon (Salmo salar) and Danube salmon (Hucho hucho)”

 

0304 81 00

Fletti ffriżati tas-salamun tal-Paċifiku “Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou and Oncorhynchus rhodurus), Atlantic salmon (Salmo salar) and Danube salmon (Hucho hucho)”

 


(1)  Il-kwantitajiet għandhom jiżdiedu f’konformità mal-Artikolu 2, il-paragrafu 3 ta’ dan il-Protokoll.

(2)  Il-benefiċċju tal-kwota tariffarja ma għandux jingħata lill-merkanzija ddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-perjodu mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Ġunju.


ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2024/2601/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)