16.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10316 — Macquarie/Warrington/Bingo)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 231/05)

1.   

Fit-8 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Macquarie Assia-Pacific Infrastructure Investments 3 Pte Ltd (“MAIF3 Fund”, Singapore), fond ta’ investiment ġestit u kkontrollat mid-diviżjoni Macquarie Infrastructure and Real Assets (“MIRA”, l-Awstralja), tal-fergħa tal-ġestjoni tal-assi ta’ Macquarie Group Limited (“Macquarie”, l-Awstralja),

—

Warrington Investment Pte. Ltd (“Warrington”, Singapore), veikolu ta’ investiment ġestit minn GIC Special Investments Pte. Ltd (“GICSI”, Singapore), sussidjarja ta’ GIC Private Limited (“GIC” u flimkien mal-kumpaniji kollha tal-grupp ta’ GIC, il-“GIC Group”, Singapore),

—

Bingo Industries Ltd (“Bingo”, l-Awstralja).

Macquarie u GIC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Bingo kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Macquarie: il-forniment globali ta’ servizzi bankarji, finanzjarji, konsultattivi, ta’ investiment u ta’ ġestjoni tal-fondi,

—

GIC: tiġġestixxi portafoll globali diversifikat ta’ investimenti fl-ekwità privata, kapital ta’ riskju u fondi infrastrutturali, kif ukoll f’investimenti diretti f’kumpaniji privati,

—

Bingo: it-tħaddim ta’ kumpanija tar-riċiklaġġ u l-ġestjoni tal-iskart li tipprovdi soluzzjonijiet fil-ġestjoni tar-riżorsi inklużi l-ġbir, l-ipproċessar u l-irkupru, ir-rimi, il-produzzjoni ta’ prodotti tal-kostruzzjoni riċiklati u l-manifattura tat-tagħmir tal-iskart (jiġifieri, reċipjenti) fl-istati ta’ New South Wales u Victoria fl-Awstralja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10316 — Macquarie/Warrington/Bingo

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.