<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-165/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020TJ0165</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2022:453">EU:T:2022:453</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20220713">13.7.2022</DATE> – Kawża T‑165/20 [<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>]</HT></P><P><HT TYPE="SC">JC vs EUCAP Somalia</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal‑Qorti Ġenerali</HT> (is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20220713">13 ta’ Lulju 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Klawżola ta’ arbitraġġ</KEYWORD><KEYWORD>Membru tal-persunal bil-kuntratt internazzjonali ta’ EUCAP Somalia</KEYWORD><KEYWORD>Missjoni li taqa’ taħt il-politika estera u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat matul il-perijodu ta’ prova</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni tax-xoljiment tal-kuntratt permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma ta’ rċevuta</KEYWORD><KEYWORD>Bgħit lil indirizz inkomplet</KEYWORD><KEYWORD>Bidu tad-dekorrenza tat-terminu tar-rimedju intern qabel azzjoni ġudizzjarja</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tad-dritt applikabbli</KEYWORD><KEYWORD>Dispożizzjonijiet imperattivi tad-dritt nazzjonali industrijali</KEYWORD><KEYWORD>Nullità tal-klawżola ta’ perijodu ta’ prova</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni irregolari tal-avviż tat-temm ta’ impjieg</KEYWORD><KEYWORD>Allowance kumpensatorja minflok avviż tat-temm ta’ impjieg</KEYWORD><KEYWORD>Ħlas retroattiv tar-remunerazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kontrotalba</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑165/20,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">JC</HT>, irrappreżentat minn A. Van Himst, avukata,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">EUCAP Somalia</HT>, irrappreżentata minn E. Raoult, avukata,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL‑QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn R. da Silva Passos (Relatur), President, L. Truchot u M. Sampol Pucurull, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: H. Eriksson, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura,</VISA><VISA>wara s-seduta tad‑<DATE ISO="20220119">19 ta’ Jannar 2022</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Huma riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE, ir-rikorrent, JC, jitlob, minn naħa, li jiġu ddikjarati nulli l-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) (iktar ’il quddiem, flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>atti ta’ komunikazzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) li permezz tagħhom EUCAP Somalia kkomunikatlu d-deċiżjoni tagħha li xxolji l-kuntratt ta’ xogħol tiegħu kif ukoll, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200124">24 ta’ Jannar 2020</DATE> li permezz tagħha hija ċaħdet ir-rimedju intern mhux dixxiplinari tiegħu (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200124">24 ta’ Jannar 2020</DATE><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) kontra d-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt ta’ xogħol tiegħu kif ikkomunikata mill-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE> u, min-naħa l-oħra, li EUCAP Somalia tiġi kkundannata tħallsu retroattivament ir-remunerazzjoni tiegħu sad-data tat-tmiem definittiv, regolari u legali tar-relazzjoni kuntrattwali ta’ xogħol tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti li wasslu għall‑kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>EUCAP Somalia, li kienet EUCAP NESTOR, hija missjoni tal-Unjoni li taqa’ taħt il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) maħluqa permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas‑<DATE ISO="20120716">16 ta’ Lulju 2012</DATE> dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="187" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 187, p. 40</REF.DOC.OJ>), meħuda b’applikazzjoni tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat UE, dwar il-PESK. Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2012/389, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/663 tat‑<DATE ISO="20200518">18 ta’ Mejju 2020</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="157" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 157, p. 1</REF.DOC.OJ>), EUCAP Somalia għandha l-għan li tgħin lis-Somalja ssaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha fil-qasam tas-sigurtà marittima sabiex tkun tista’ tosserva d-dritt marittimu b’mod iktar effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Wara offerta ta’ reklutaġġ magħmula mid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani ta’ EUCAP Somalia u indirizzata lir-rikorrent fil‑<DATE ISO="20190725">25 ta’ Lulju 2019</DATE>, dan tal-aħħar ġie rreklutat bħala maniġer amministrattiv u finanzjarju permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat iffirmat fl‑<DATE ISO="20190820">20 ta’ Awwissu 2019</DATE> mill-Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Somalia (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kap tal-Missjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u fil‑21 ta’ Awwissu segwenti mir-rikorrent (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 17.1 tal-kuntratt kien jistabbilixxi d-dħul fil-kariga tar-rikorrent għat‑<DATE ISO="20190908">8 ta’ Settembru 2019</DATE> u kien jipprovdi tul ta’ tnax‑il xahar kif ukoll il-possibbiltà ta’ tiġdid bi ftehim taċitu. Barra minn hekk, l-Artikolu 17.2 tal-kuntratt kien jipprovdi klawżola ta’ perijodu ta’ prova fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-perijodu ta’ prova huwa ta’ tliet (3) xhur. Matul il-perijodu ta’ prova jew fl-iskadenza tiegħu[,] l-[i]mpjegat jitkeċċa jekk ma jkunx wera kwalitajiet professjonali suffiċjenti. Jekk l-[i]mpjegat kien jokkupa l-istess pożizzjoni fil-mument tal-iffirmar tal-kuntratt, ebda perijodu ta’ prova ma japplika.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 18.1 tal-kuntratt kien jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[i]l-kuntratt [jista’] jiġi xolt jew mill-[p]ersuna li timpjega jew mill-[i]mpjegat wara avviż tat-temm ta’ impjieg bil-miktub ta’ xahar, li jinkludi l-motiv tax-xoljiment. L-[i]mpjegat [għandu] jinstema’ mid-Deputat Kap tal-Missjoni qabel tittieħed tali deċiżjoni, u l-Kap tal-Missjoni għandu jinżamm dejjem informat<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 21.1 kien jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[l-i]mpjegat [jista’] jressaq rimedju intern kontra att li jaffettwa l-interessi tiegħu b’mod negattiv, f’terminu ta’ xahar mid-data ta’ dan l-att […] L-[i]mpjegat [għandu] jinstema’ mid-Deputat Kap tal-Missjoni qabel ma tittieħed deċiżjoni, u l-Kap tal-Missjoni għandu jinżamm dejjem informat<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 22.1 tal-kuntratt kien jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>t-tilwim li jirriżulta mill-kuntratt jew li jirrigwardah [kien] suġġett għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 272 [TFUE]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Barra minn hekk, l-Artikolu 22.2 tal-kuntratt kien jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>l-proċedura ta’ rimedju intern mhux dixxiplinari prevista fl-Artikolu [21] tal-kuntratt [għandha] tiġi eżawrita qabel ma jiġi ppreżentat rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Matul il-fażi preċedenti għall-istazzjonament tar-rikorrent, dan tal-aħħar, fid‑<DATE ISO="20190809">9 ta’ Awwissu 2019</DATE>, ikkomunika lil EUCAP Somalia ċertifikat mediku tat-tabib tiegħu tal‑<DATE ISO="20190731">31 ta’ Lulju 2019</DATE>, li jistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>stat ta’ saħħa tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> u l-kapaċità tiegħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>li jaħdem fi kwalunkwe parti tad-dinja<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Barra minn hekk, fl‑<DATE ISO="20190810">10 ta’ Awwissu 2019</DATE>, huwa bagħat lil EUCAP Somalia diversi formoli amministrattivi mimlija bl-idejn u li jirrigwardaw, fir-rigward ta’ tnejn minnhom, minn naħa, id-data personali ta’ kuntatt tiegħu u, min-naħa l-oħra, l-istat tas-sitwazzjoni medika tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>B’mod partikolari, għal dak li jirrigwarda l-formola dwar l-istat tas-sitwazzjoni medika tiegħu, ir-rikorrent semma, fil-kwestjonarju mediku mehmuż ma’ din il-formola, li fl‑2016 kien is-suġġett ta’ trapjant tal-kliewi u li huwa suġġett għal segwitu mediku regolari kull tliet xhur. Barra minn hekk, huwa indika li r-rapport mediku tiegħu kien tajjeb ħafna u li huwa jieħu ħames mediċini. Imbagħad huwa ddikjara li ma sofriex u li lanqas isofri minn mard tal-kliewi u li għandu dijabete sekondarja ssorveljata medikament. Ir-rikorrent iċċertifika li wieġeb b’mod komplet, onest u skont l-aħjar għarfien tiegħu għall-mistoqsijiet tal-kwestjonarju mediku. Huwa impenja ruħu li jinforma immedjatament s-servizz mediku b’kull tibdil eventwali fid-data medika hekk mibgħuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20190906">6 ta’ Settembru 2019</DATE>, il-Kap tad-Dipartiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Sostenn għall-missjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> bagħat messaġġ elettroniku lir-rikorrent, sabiex jinformah bis-sospensjoni, minħabba ċirkustanzi imprevisti, tad-data tal-istazzjonament effettiv tiegħu. Fiha ġie ppreċiżat li l-ħlas tas-salarju korrispondenti għas-servizz miftiehem skont il-kuntratt kien żgurat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20190907">7 ta’ Settembru 2019</DATE>, ir-rikorrent wieġbu permezz ta’ messaġġ elettroniku u enfasizza li raġunijiet mediċi ma jiġġustifikawx din is-sospensjoni. Ir-rikorrent innota li fl-istess ġurnata kien irċieva komunikazzjoni mill-Konsulent Mediku ta’ EUCAP Somalia, intiża sabiex jikkompleta l-informazzjoni obbligatorja meħtieġa fid-dawl tal-preparazzjoni medika tal-istazzjonament tiegħu, u li kien wieġeb għaliha. Huwa fakkar li fl‑<DATE ISO="20190810">10 ta’ Awwissu 2019</DATE>, huwa kien diġà ssottometta l-kwestjonarju mediku mehmuż mal-formola dwar l-istat tas-sitwazzjoni medika tiegħu, debitament komplet. Huwa ppreċiża li matul il-proċedura ta’ reklutaġġ, li kienet bdiet f’Marzu 2019, huwa kien ikkomunika l-informazzjoni kollha mitluba minn EUCAP Somalia.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ messaġġ elettroniku tal‑<DATE ISO="20190915">15 ta’ Settembru 2019</DATE>, il-Kap tad-Dipartiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Sostenn għall-missjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> informa lir-rikorrent bl-impossibbiltà tiegħu li jipprovdilu spjegazzjonijiet iddettaljati, filwaqt li indika li l-Kap tal-Missjoni kien qed jipprevedi jikkunsidra mill-ġdid l-istazzjonament tiegħu sabiex josserva d-dmir tiegħu ta’ diliġenza fir-rigward tal-persunal ta’ EUCAP Somalia.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20190917">17 ta’ Settembru 2019</DATE>, l-avukat tar-rikorrent bagħat messaġġ elettroniku lil EUCAP Somalia intiż sabiex jikseb il-konferma mingħand din tal-aħħar li hija kienet ser tħallsu s-salarju u l-allowances ta’ kuljum korrispondenti sakemm tittieħed deċiżjoni finali dwar l-istazzjonament tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20190924">24 ta’ Settembru 2019</DATE>, espert mediku kien ta opinjoni lill-Konsulent Mediku ta’ EUCAP Somalia dwar il-kundizzjonijiet sanitarji u dwar l-aċċess limitat għar-riżorsi mediċi fis-Somalja, li tinkludi kontraindikazzjoni medika li tintbagħat fit-territorju Somalu, u b’mod partikolari f’Garoowe (is-Somalja), kwalunkwe persuna suġġetta għal trattamenti farmaċewtiċi importanti għal ħajjitha, bħal mediċini immunosuppressivi, injezzjonijiet kwotidjani ta’ insulina minħabba dijabete jew kwalunkwe marda kronika oħra li teħtieġ konsultazzjonijiet mediċi regolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20190925">25 ta’ Settembru 2019</DATE>, id-Deputat Kap tal-Missjoni bagħat, permezz tal-posta elettronika, ittra lir-rikorrent, li fiha ppreċiża, essenzjalment, li l-Kap tal-Missjoni kellu, b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta dwar is-sitwazzjoni medika ġenerali fis-Somalja u tad-dmir ta’ diliġenza tiegħu fir-rigward tal-persunal ta’ EUCAP Somalia, biżgħat sinjifikattivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kuntratt, fid-dawl tal-kundizzjonijiet fiżiċi tar-rikorrent deskritti fil-kwestjonarji mediċi mimlija minn tal-aħħar u tal-limitazzjoni kbira tal-assistenza medika disponibbli fit-Tramuntana tas-Somalja. Huwa stieden lir-rikorrent jiddiskuti matul laqgħa l-kundizzjonijiet tal-istazzjonament previst, li jistgħu jirrappreżentaw riskju reali u sinjifikattiv għas-saħħa tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-istess ġurnata, ir-rikorrent bagħat lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani ta’ EUCAP Somalia formola dwar id-dettalji bankarji tiegħu, sabiex jippermetti l-ħlas tas-salarji tiegħu, liema formola kienet tinkludi l-indirizz tiegħu flimkien man-numru tat-triq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20191014">14 ta’ Ottubru 2019</DATE>, ġiet organizzata laqgħa bejn ir-rikorrent, l-avukat tar-rikorrent, id-Deputat Kap tal-Missjoni, il-Konsulent Mediku tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>CPCC<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), is-servizz legali taċ-CPCC u l-konsulent legali ta’ EUCAP Somalia, sabiex tiġi ppreżentata lir-rikorrent is-sitwazzjoni tal-infrastrutturi mediċi fis-Somalja kif ukoll id-dmir ta’ diliġenza tal-Missjoni u l-espożizzjoni tar-raġunijiet eventwali li jimmotivaw il-possibbiltà ta’ xoljiment tal-kuntratt. Fl-aħħar tal-laqgħa, ir-rikorrent kien informat bil-fatt li EUCAP Somalia kienet ser tikkuntattjah fi żmien ġimgħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>, mibgħuta fit‑8 ta’ Novembru segwenti permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma ta’ rċevuta, il-Kap tal-Missjoni kkomunika lir-rikorrent id-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt, wara avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ tul ta’ ġimgħa, li beda jiddekorri mit-Tnejn <DATE ISO="20191118">18 ta’ Novembru 2019</DATE>. Din l-ittra ntbagħtet lir-rikorrent lill-indirizz li huwa kien semma, fl‑<DATE ISO="20190810">10 ta’ Awwissu 2019</DATE>, fil-formola dwar id-data personali ta’ kuntatt tiegħu. Dan l-indirizz ma kienx jinkludi numru tat-triq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, ir-rikorrent kiteb permezz ta’ messaġġ elettroniku lid-Deputat Kap tal-Missjoni, lill-Kap tad-Dipartiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Sostenn għall-missjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani ta’ EUCAP Somalia, sabiex jintbagħtulu ċertifikat ta’ impjieg u r-rendikont tal-paga tax-xahrejn preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20191126">26 ta’ Novembru 2019</DATE>, ir-rikorrent, permezz tal-intervent tal-avukat tiegħu, indika lill-konsulent legali ta’ EUCAP Somalia li huwa kien diġà kkomunika lil EUCAP Somalia l-indirizz tiegħu b’mod komplet fil-formola dwar id-dettalji bankarji tiegħu, mibgħuta fil‑<DATE ISO="20190925">25 ta’ Settembru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, mibgħuta fl-istess ġurnata permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma ta’ rċevuta, u riċevuta mir-rikorrent fil‑5 ta’ Diċembru segwenti, il-Kap tal-Missjoni kkomunika lil dan tal-aħħar id-deċiżjoni ta’ EUCAP Somalia li jiġi xolt il-kuntratt, ifformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Fid-dawl taż-żamma tad-drittijiet u tal-interessi ta’ [EUCAP Somalia] u fil-każ li tixtieq tinvoka l-assenza ta’ validità tal-ittra ta’ [xoljiment] datata <DATE ISO="20191108">8 ta’ Novembru 2019</DATE>, nikkomunikawlek pemezz tal-preżenti – mingħajr kwalunkwe preġudizzju u mingħajr rikonoxximent ta’ preġudizzju – id-deċiżjoni tagħna li ntemmu r-relazzjoni ta’ xogħol bejnek u EUCAP Somalia wara avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ tul ta’ ġimgħa li ser jibda t-Tnejn <DATE ISO="20191209">9 ta’ Diċembru 2019</DATE><QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20191210">10 ta’ Diċembru 2019</DATE>, il-konsulent legali ta’ EUCAP Somalia wieġeb għall-messaġġ elettroniku tal-avukat tar-rikorrent tas‑<DATE ISO="20191126">26 ta’ Novembru 2019</DATE>. Din it-tweġiba kienet tippreċiża li għall-finijiet tal-korrispondenza bejn il-missjoni u l-impjegati tagħha, kienu jgħoddu biss id-dettalji indikati fil-formola dwar id-data personali ta’ kuntatt. Għalhekk, ġie indikat lir-rikorrent li EUCAP Somalia kellha raġun tibgħat fit‑<DATE ISO="20191108">8 ta’ Novembru 2019</DATE> l-ittra tal‑4 ta’ Novembru preċedenti abbażi ta’ dawn id-dettalji biss, mingħajr ma kienet ittieħdet inkunsiderazzjoni l-formola bankarja sussegwenti għal dan il-għan. Fil-messaġġ elettroniku tiegħu, il-konsulent legali ta’ EUCAP Somalia żied li, jekk ir-rikorrent ried jikkompleta d-dettalji tiegħu fil-formola dwar id-data personali ta’ kuntatt tiegħu, huwa kellu jibgħat mill-ġdid lill-missjoni din il-formola emendata. Għaldaqstant, skont l-istess messaġġ elettroniku, in-natura inkompleta tal-imsemmija dettalji kienet ġiet meqjusa bħala konsegwenza ta’ nuqqas imputabbli lir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20191216">16 ta’ Diċembru 2019</DATE>, id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani ta’ EUCAP Somalia bagħat lir-rikorrent ċertifikat ta’ impjieg li jindika, minn naħa, li kienet teżisti relazzjoni kuntrattwali ta’ xogħol bejn it‑8 ta’ Settembru u l‑<DATE ISO="20191125">25 ta’ Novembru 2019</DATE>, u min-naħa l-oħra, li l-kuntratt ma kienx ġie eżegwit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20191223">23 ta’ Diċembru 2019</DATE>, ir-rikorrent, bl-intervent tal-avukat tiegħu, ikkontesta l-perijodu ta’ impjieg imsemmi f’dan iċ-ċertifikat, billi enfasizza li huwa kien irċieva biss ittra datata <DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE> li kienet tistabbilixxi avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ ġimgħa li jibda jiddekorri mid‑9 ta’ Diċembru segwenti. Huwa enfasizza l-importanza ta’ din l-informazzjoni fir-rigward tal-utilità tagħha fid-dawl tad-dikjarazzjoni ta’ perijodu ta’ impjieg preċiż mal-Assigurazzjoni kontra l-Qgħad Belġjana. Barra minn hekk, huwa talab li tiġi kkomunikata lilu kopja tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>, li huwa ma rċeviex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20200102">2 ta’ Jannar 2020</DATE>, ir-rikorrent, bl-intervent tal-avukat tiegħu, f’messaġġ elettroniku mibgħut, b’mod partikolari, lill-Kap tal-Persunal fil-kwalità ta’ Deputat Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Somalia, ressaq talba, skont l-Artikolu 21 tal-kuntratt, relatata mal-proċedura ta’ rimedju intern mhux dixxiplinari (iktar ’il quddiem, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>rimedju intern<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), kontra d-deċiżjoni ta’ EUCAP Somalia li jiġi xolt il-kuntratt kif ikkomunikata bl-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20200124">24 ta’ Jannar 2020</DATE>, riċevuta mir-rikorrent fil‑31 ta’ Jannar segwenti, il-Kap tal-Persunal ta’ EUCAP Somalia ċaħad it-talba tar-rikorrent tat‑<DATE ISO="20200102">2 ta’ Jannar 2020</DATE>, billi rrifjuta b’mod partikolari li jikklassifikaha bħala rimedju intern, peress li din tal-aħħar ma kinitx ippreżentata fit-terminu, previst fl-Artikolu 21.1 tal-kuntratt, ta’ xahar mill-att ikkontestat. Madankollu, billi argumenta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>fini ta’ governanza tajba<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, huwa indika li jaċċetta li jwieġeb għat-talba tar-rikorrent. Għalhekk, spjega li d-dmir ta’ diliġenza tiegħu kien jordna x-xoljiment tal-kuntratt b’kunsiderazzjoni tal-inadegwatezza fiżika tar-rikorrent mal-pożizzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni medika tiegħu u tal-istat tal-infrastrutturi mediċi fis-Somalja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It‑talbiet tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200124">24 ta’ Jannar 2020</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil EUCAP Somalia għall-ħlas retroattiv tar-remunerazzjoni tiegħu sad-data ta’ tmiem definittiv, regolari u legali tar-relazzjoni kuntrattwali;</P></ITEM><ITEM><P>iżżid dawn l-ammonti b’interessi bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid miżjuda b’3.5 punti perċentwali;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil EUCAP għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>EUCAP Somalia titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prinċipalment, tiċħad ir-rikors kollu bħala inammissibbli, jew fi kwalunkwe każ, bħala manifestament nieqes minn kull bażi legali;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament u bħala kontrotalba, tiddikjara n-nullità tal-kuntratt minħabba vizzju ta’ kunsens;</P></ITEM><ITEM><P>b’mod iktar sussidjarju u bħala kontrotalba, ixxolji l-kuntratt minħabba forza maġġuri għal raġunijiet mediċi;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id‑dritt</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Qabel ma jiġi analizzat ir-rikors u l-kontrotalba mressqa minn EUCAP Somalia, għandha tiġi eżaminata l-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar din il-kawża u tiddetermina d-dritt applikabbli.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑dritt applikabbli</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu u fi tweġiba għal mistoqsija bil-miktub tal-Qorti Ġenerali dwar dan il-punt, ir-rikorrent jenfasizza li, meta rikors jiġi ppreżentat b’applikazzjoni ta’ klawżola ta’ arbitraġġ, id-dritt applikabbli għalih huwa d-dritt nazzjonali magħżul mill-kuntratt jew mill-partijiet. Barra minn hekk, huwa jargumenta li t-talba tiegħu, sa fejn tirrigwarda deċiżjoni li jiġi xolt kuntratt ta’ xogħol, għandha tkun suġġetta għad-dritt sostantiv industrijali applikabbli. F’dan ir-rigward, huwa josserva li EUCAP Somalia rreferiet, fid-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200124">24 ta’ Jannar 2020</DATE>, għad-dritt Belġjan. Huwa jżid li ma jopponix l-applikazzjoni ta’ dan id-dritt għar-relazzjoni kuntrattwali inkwistjoni, skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE)<?PAGE NO="7"?> Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE> dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="177" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 177, p. 6</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="87" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 309, p. 87</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Regolament Ruma I<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) u, tal-inqas, skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 8(4) ta’ dan ir-regolament. Għalhekk, ir-rikorrent jinvoka l-applikazzjoni, prinċipalment, ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali u tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod supplimentari, tad-dritt Belġjan u, b’mod partikolari, tal-loi relative aux contrats de travail (il-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Xogħol) tat‑<DATE ISO="19780703">3 ta’ Lulju 1978</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tat‑<DATE ISO="19780822">22 ta’ Awwissu 1978</DATE>, p. 9277) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Xogħol<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>). Barra minn hekk, ir-rikorrent jiddikjara li d-dispożizzjonijiet imperattivi tad-dritt Belġjan għandu jkollhom preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet kuntrattwali kuntrarji għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, EUCAP Somalia ssostni li għandu japplika, prinċipalment, id-dritt awtonomu tal-missjonijiet ċivili tal-Unjoni li jaqgħu taħt il-PESK, jiġifieri l-kuntratt, il-Kodiċi ta’ Kondotta u Dixxiplina, u l-proċeduri operattivi standard, skont l-Artikolu 1.1 tal-kuntratt. Hija tinvoka wkoll l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod supplimentari, id-dritt sostantiv nazzjonali applikabbli għall-kuntratt, jiġifieri f’dan il-każ id-dritt Belġjan, li huwa d-dritt tar-residenza permanenti tar-rikorrent, b’applikazzjoni tar-Regolament Ruma I, u b’mod partikolari, tal-Artikolu 8(4) ta’ dan ir-regolament. Barra minn hekk, EUCAP Somalia ddikjarat, essenzjalment, li l-applikazzjoni tal-kuntratt fil-każ ta’ sitwazzjoni li huwa ppreveda għandu jkollha l-ewwel preċedenza, b’tali mod li l-Qorti Ġenerali ma tistax, meta l-ġurisdizzjoni tagħha hija bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE, tonqos milli tapplika klawżola tal-kuntratt anki meta din il-klawżola tkun kuntrarja għad-dispożizzjonijiet imperattivi tad-dritt nazzjonali applikabbli għall-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-partijiet ikkonfermaw li d-dritt sostantiv nazzjonali applikabbli għall-kuntratt kien id-dritt Belġjan u li sabiex tiġi eżaminata r-responsabbiltà kuntrattwali eventwali ta’ EUCAP Somalia, għandhom japplikaw, prinċipalment, id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt u tal-annessi tiegħu, u b’mod supplimentari, id-dritt Belġjan għal dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet mhux ittrattati mill-kuntratt. Madankollu, il-partijiet sostnew in-nuqqas ta’ qbil tagħhom dwar is-supremazija tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imperattivi tad-dritt nazzjonali applikabbli għall-kuntratt fuq id-dispożizzjonijiet li jkunu kuntrarji għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li skont l-Artikolu 340(1) TFUE, ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Unjoni hija rregolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tilwim imnissel waqt l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt għandu jiġi deċiż, bħala prinċipju, abbażi tal-klawżoli kuntrattwali (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151118">18 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑106/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:860">EU:T:2015:860</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). L-interpretazzjoni tal-kuntratt fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali applikabbli għall-kuntratt hija ġġustifikata biss f’każ ta’ dubju dwar il-kontenut tal-kuntratt jew dwar is-sinjifikat ta’ wħud mill-klawżoli tiegħu, jew meta l-kuntratt waħdu ma jippermettix li jiġu riżolti l-aspetti kollha tat-tilwima. Għalhekk, l-evalwazzjoni tal-fondatezza tar-rikors għandha ssir fid-dawl tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali biss u wieħed għandu jirrikorri għad-dritt nazzjonali applikabbli għall-kuntratt biss jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jippermettux li t-tilwima tiġi deċiża (ara f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Talanton vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑65/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:491">EU:T:2017:491</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, dan il-prinċipju ma jistax iwassal sabiex l-applikazzjoni ta’ klawżoli ta’ kuntratt tippermetti lill-partijiet jevitaw id-dispożizzjonijiet imperattivi tad-dritt sostantiv nazzjonali applikabbli, li minnhom ma tistax issir deroga u li b’konformità magħhom l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt għandhom jiġu jew ġew eżegwiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta l-istituzzjonijiet, korpi jew organi tal-Unjoni jeżegwixxu kuntratt, huma jibqgħu suġġetti għall-obbligi imposti fuqhom skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (ara f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>ADR Center vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:576">EU:C:2020:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, jekk il-partijiet jiddeċiedu, fil-kuntratt tagħhom, permezz ta’ klawżola ta’ arbitraġġ, li jattribwixxu lill-qorti tal-Unjoni l-ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ tilwim marbut ma’ dan il-kuntratt, din il-qorti jkollha ġurisdizzjoni, indipendentement mid-dritt applikabbli stipulat fl-imsemmi kuntratt, sabiex teżamina l-possibbiltà ta’ ksur tal-Karta u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑378/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:575">EU:C:2020:575</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-każ li l-kuntratt ikun sieket dwar dan, il-qorti tal-Unjoni għandha, jekk ikun il-każ, tiddetermina d-dritt applikabbli billi tuża r-regoli previsti mir-Regolament Ruma I (ara f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Calberson GE vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑164/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:85">EU:T:2016:85</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament Ruma I jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi magħżula mill-partijiet. L-għażla għandha ssir espressament jew tkun manifestata b’mod ċar permezz tat-termini tal-kuntratt jew taċ-ċirkostanzi tal-każ. Bl-għażla tagħhom, il-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għat-totalità jew għal parti biss tal-kuntratt.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-partijiet jistgħu jiftiehmu f’kull mument li jissuġġettaw il-kuntratt għal liġi diversa minn dik li preċedentement kienet tirregolah, kemm jekk bħala riżultat ta’ għażla preċedenti taħt dan l-Artikolu kif ukoll bħala riżultat ta’ dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe bidla, fir-rigward tal-liġi applikabbli, li ssir wara l-konklużjoni tal-kuntratt, m’għandhiex tippreġudika l-validità formali tal-kuntratt taħt l-Artikolu 11 jew tinċidi fuq id-drittijiet ta’ persuni terzi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tar-Regolament Ruma I applikabbli għall-kuntratti individwali ta’ xogħol, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kuntratt individwali ta’ impjieg għandu jkun regolat mil-liġi magħżula mill-partijiet skond l-Artikolu 3. Madankollu, tali għażla ma tistax twassal li ċċaħħad l-impjegat mill-protezzjoni mogħtija lilu permezz ta’ dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu derogati bi ftehim taħt il-liġi li, fin-nuqqas ta’ għażla, kienet tkun applikabbli skond il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Sa fejn il-liġi applikabbli għall-kuntratt individwali ta’ l-impjieg ma ntgħażlitx mill-partijiet, il-kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi tal-pajjiż li fih jew, fin-nuqqas ta’ dan, li minnu l-impjegat abitwalment jeżerċita l-impjieg tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Il-pajjiż li fih ix-xogħol abitwalment jitwettaq m’għandux jitqies li nbidel jekk il-persuna tiġi impjegata temporanjament f’pajjiż ieħor.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="9"?><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-liġi applikabbli ma tkunx tista’ tiġi determinata skond il-paragrafu 2, il-kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi tal-pajjiż fejn ikun jinsab in-negozju li fih ġie impjegat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn mit-totalità taċ-ċirkostanzi jirriżulta li l-kuntratt ta’ impjieg ikun aktar marbut ma’ pajjiż divers minn dak indikat fil-paragrafu 2 jew 2a [3], għandha tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-kuntratt ma jispeċifikax il-liġi li tapplika għalih. Madankollu, il-partijiet jaqblu fuq l-għażla tad-dritt Belġjan bħala d-dritt nazzjonali applikabbli għall-kuntratt. Għalhekk, skont il-prinċipji li jirriżultaw mill-Artikolu 3 tar-Regolament Ruma I, li għalih jirreferi l-Artikolu 8(1) ta’ dan l-istess regolament, id-dritt Belġjan huwa d-dritt nazzjonali applikabbli għall-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, kif ġustament targumenta EUCAP Somalia, mingħajr kontestazzjoni tar-rikorrent, miċ-ċirkustanzi kollha jirriżulta li l-kuntratt għandu rabtiet iktar stretti mal-Belġju. Huwa minnu li l-post ta’ eżekuzzjoni previst fl-Artikolu 5.1 tal-kuntratt kienet il-Belt ta’ Garoowe. Madankollu, huwa stabbilit li l-kuntratt ma kienx eżegwit fil-post ta’ stazzjonament effettiv fis-Somalja, li r-rikorrent baqa’ fil-Belġju matul il-perijodu ta’ impjieg, li huwa għandu nazzjonalità Belġjana u huwa resident permanenti fil-Belġju, li l-proċedura ta’ reklutaġġ u l-iffirmar tal-kuntratt seħħew fil-Belġju, u fl-aħħar nett li l-kriterju ta’ residenza permanenti għad-determinazzjoni tad-dritt applikabbli għall-obbligi ta’ sigurtà soċjali b’applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-kuntratt jimplika l-għażla tal-Belġju. Għalhekk, jekk jiġi preżunt li għandu japplika l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Ruma I minflok id-dispożizzjonijiet tiegħu msemmija fil-punt 43 iktar ’il fuq, id-dritt Belġjan jibqa’ d-dritt nazzjonali applikabbli għall-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 37 iktar ’il fuq, din it-tilwima għandha tiġi eżaminata, prinċipalment, abbażi tal-kuntratt, u b’mod supplimentari, abbażi tad-dritt nazzjonali Belġjan, f’każ ta’ dubju dwar il-kontenut tal-kuntratt jew dwar is-sinjifikat ta’ wħud mill-klawżoli tiegħu, jew meta l-kuntratt waħdu ma jippermettix li jiġu riżolti l-aspetti kollha tat-tilwima. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-klawżoli tal-kuntratt ma tistax tippermetti lill-partijiet jevitaw id-dispożizzjonijiet imperattivi tad-dritt Belġjan, li minnhom ma tistax issir deroga u li b’konformità magħhom l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt għandhom jiġu jew ġew eżegwiti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq ir‑rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>It-talbiet ippreżentati mir-rikorrent jinkludu, minn naħa, talba intiża sabiex l-atti ta’ komunikazzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg u, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200124">24 ta’ Jannar 2020</DATE> jiġu ddikjarati nulli, u min-naħa l-oħra, talba għad-danni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ammissibbiltà tar‑rikors</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>EUCAP Somalia tqajjem żewġ eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà, l-ewwel waħda bbażata fuq nuqqas ta’ ċarezza u preċiżjoni tar-rikors, u t-tieni bbażata fuq l-assenza ta’ eżawriment tal-proċedura ta’ rimedju intern prevista fil-kuntratt.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq l‑assenza ta’ eżawriment tal‑proċedura ta’ rimedju intern</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>EUCAP Somalia tqajjem l-inammissibbiltà ta’ dan ir-rikors għar-raġuni li r-rikorrent ma ppreżentax preliminarjament rimedju intern fit-terminu ta’ xahar previst fl-Artikolu 21.1 tal-kuntratt, li beda mit‑<DATE ISO="20191108">8 ta’ Novembru 2019</DATE>, meta ntbagħtet l-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>. Għaldaqstant, ir-rikorrent baqa’ fin-nuqqas li jeżawrixxi l-proċedura kuntrattwali ta’ rimedju intern prevista fl-Artikolu 22.2 tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 22.2 tal-kuntratt jissuġġetta t-tressiq ta’ kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni għall-kundizzjoni tal-eżawriment tal-proċedura ta’ rimedju intern prevista fl-Artikolu 21.1 tal-kuntratt, li għandha bilfors tiġi introdotta f’terminu ta’ xahar mid-data tal-att li jaffettwa b’mod negattiv l-interessi tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors għandha tiġi evalwata fid-dawl ta’ qari konġunt tal-Artikoli 21.1 u 22 tal-kuntratt. Hija l-Qorti Ġenerali li għandha tivverifika, b’applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-osservanza mir-rikorrent tal-eżawriment tal-proċedura kuntrattwali ta’ rimedju intern. B’mod partikolari, huwa neċessarju li jiġi ddeterminat jekk ir-rikorrent ippreżentax dan ir-rimedju fit-terminu ta’ xahar mid-data tad-deċiżjoni li taffettwa l-interessi tiegħu b’mod negattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Kif ġie indikat fil-punt 39 iktar ’il fuq, waqt li teżegwixxi kuntratt, l-amministrazzjoni tal-Unjoni tibqa’ suġġetta għall-obbligi li hija għandha skont il-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-kwistjonijiet kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti għal tilwima jiġu eżaminati sabiex tiġi ggarantita protezzjoni ġudizzjarja effettiva prevista fl-Artikolu 47 tal-Karta (ara f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑378/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:575">EU:C:2020:575</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[k]ull persuna għandha d-dritt għal smigħ […] minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita […] bil-liġi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għalhekk, meta kuntratt li jinkludi klawżola ta’ arbitraġġ għall-benefiċċju tal-qorti tal-Unjoni skont l-Artikolu 272 TFUE jinkludi dispożizzjoni li, qabel tiġi adita l-Qorti Ġenerali, parti għandha teżawrixxi rimedju intern, għandu jiġi żgurat li dan tal-aħħar seta’ jiġi eżerċitat f’kundizzjonijiet li ma jċaħħdux lill-persuna kkonċernata mid-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jeżisti prinċipju fundamentali fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni li jeħtieġ li att li jirriżulta minn awtoritajiet pubbliċi ma jistax jiġi invokat kontra individwi qabel ma tkun teżisti l-possibbiltà li dawn ikollhom għarfien tiegħu (ara f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790125">25 ta’ Jannar 1979</DATE>, <NAME.CASE>Racke</NAME.CASE>, <NO.CASE>98/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:14">EU:C:1979:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-referenza għad-data tal-att ikkonċernat, prevista fl-Artikolu 21.1 tal-kuntratt u li tikkostitwixxi l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ xahar li jikkundizzjona l-introduzzjoni regolari fis-sens tal-kuntratt ta’ rimedju intern, għandha tiġi interpretata bħala d-data li fiha r-rikorrent tqiegħed f’pożizzjoni li jkun jaf b’mod utli bil-kontenut ta’ dan l-att.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-data ta’ li fiha r-rikorrent sar jaf bid-deċizjoni li jiġi xolt il-kuntratt, għandu jitfakkar li hija l-parti li tinvoka t-tardività ta’ rikors li għandha tipproduċi l-prova tad-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata kienet ikkomunikata, u fi kwalunkwe każ, tad-data<?PAGE NO="11"?> li fiha l-persuna kkonċernata saret taf biha jekk tkun miżura ta’ natura individwali (ara b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181129">29 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>WL vs ERCEA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑493/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:852">EU:T:2018:852</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, f’dan il-każ hija EUCAP Somalia li għandha turi dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20200102">2 ta’ Jannar 2020</DATE>, ir-rikorrent introduċa, abbażi tal-Artikolu 21.1 tal-kuntratt, rimedju intern kontra l-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE> ekwivalenti għall-komunikazzjoni tad-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt, li sar jaf biha effettivament fil‑5 ta’ Diċembru segwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Madankollu, EUCAP Somalia ssostni li r-rikorrent kien diġà jaf bid-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt sa mill-komunikazzjoni magħmula bil-bgħit fit‑<DATE ISO="20191108">8 ta’ Novembru 2019</DATE> fir-residenza tiegħu permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma ta’ rċevuta tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>. Għalhekk, b’applikazzjoni tal-Artikoli 21.1 u 22.2 tal-kuntratt, ir-rikorrent kellu jintroduċi rimedju intern kontra din id-deċiżjoni sa mhux iktar tard mit‑<DATE ISO="20191208">8 ta’ Diċembru 2019</DATE> u l-ittra tiegħu tat‑<DATE ISO="20200102">2 ta’ Jannar 2020</DATE> ma tistax titqies bħala att li introduċa rimedju intern regolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, EUCAP Somalia tesponi li diversi elementi inkoerenti jirriżultaw mill-fajl relatat mat-talba għal għajnuna legali mressqa mir-rikorrent qabel il-preżentazzjoni ta’ dan ir-rikors u miċħuda mill-President tal-Qorti Ġenerali permezz ta’ digriet tad‑<DATE ISO="20200909">9 ta’ Settembru 2020</DATE>. Dawn l-elementi juru li huwa kien jaf bid-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt sa mix-xhur ta’ Novembru u Diċembru 2019. B’mod partikolari, ir-rikorrent kien irċieva allowances tal-qgħad sa mill‑<DATE ISO="20191201">1 ta’ Diċembru 2019</DATE>, wara talba li huwa kien għamel lil EUCAP Somalia fid‑<DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE> sabiex jikseb ċertifikat ta’ impjieg. Skont EUCAP Somalia, ir-reġistrazzjoni mal-awtoritajiet Belġjani kompetenti fil-qasam tal-qgħad għandha bħala prinċipju sseħħ fi żmien tmint ijiem mill-ewwel ġurnata ta’ qgħad u teħtieġ li tiġi prodotta lil dawn l-awtoritajiet il-prova tad-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt, li jimplika għarfien ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Barra minn hekk, EUCAP Somalia tikkontesta li r-rikorrent jista’ jinvoka li ma rċeviex l-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> għar-raġuni li din intbagħtet lil indirizz inkomplet. Fil-fatt, din l-ittra kienet mibgħuta lill-indirizz indikat mir-rikorrent fil-formola dwar id-data personali ta’ kuntatt tiegħu, l-unika formola li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-korrispondenza postali bejn il-partijiet. Għalhekk, l-eventwali bgħit lil indirizz inkomplet kien il-konsegwenza ta’ nuqqas mhux skużabbli tar-rikorrent, li ma jistax jiġi attribwit lil EUCAP Somalia.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għal dak li jirrigwarda l-allegat għarfien tar-rikorrent, f’Novembru 2019, tal-kontenut tal‑ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>, għandu jiġi rrilevat li, minkejja li EUCAP Somalia għażlet li tikkomunika l-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> billi tibgħat ittra rreġistrata fit‑8 ta’ Novembru segwenti, hija ma tipproducix il-prova ta’ din il-komunikazzjoni, b’mod partikolari bil-produzzjoni tal-konferma ta’ rċevuta tal-ittra rreġistrata debitament iffirmata mir-rikorrent jew bid-depożitu ta’ avviż ta’ passaġġ għall-aħħar indirizz indikat minn dan tal-aħħar. Għalhekk, ma jistax jiġi stabbilit li l-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> waslet lir-rikorrent f’Novembru 2019, u għalhekk, li f’din id-data huwa seta’ jkun jaf b’mod utli bid-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li r-rikorrent kien ikkontesta, fit‑<DATE ISO="20191223">23 ta’ Diċembru 2019</DATE>, il-perijodu ta’ impjieg imsemmi fiċ-ċertifikat ta’ impjieg tas‑<DATE ISO="20191216">16 ta’ Diċembru 2019</DATE> (ara l-punt 24 iktar ’il fuq), sa fejn id-data ta’ terminazzjoni tal-kuntratt li kienet indikata fih, jiġifieri l‑<DATE ISO="20191125">25 ta’ Novembru 2019</DATE>, ma kinitx tikkorrispondi għad-data tat-terminazzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg indikata fl-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, u kien talab f’dik l-okkażjoni li tiġi kkomunikata lilu kopja tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>, li għaliha kienet saret referenza fl-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, jikkorrobora l-fatt li huwa ma kienx jaf bil-kontenut ta’ din l-ewwel ittra f’Diċembru 2019.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Huwa minnu li EUCAP Somalia bagħtet din l-ittra lill-indirizz imsemmi mir-rikorrent fil-formola dwar id-data personali ta’ kuntatt tiegħu u l-partijiet jaqblu li dan l-indirizz huwa ta’ natura inkompleta, peress li r-rikorrent naqas milli jsemmi n-numru tat-triq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Madankollu, minn naħa, mill-fajl jirriżulta li r-rikorrent kien, qabel il-bgħit kontenzjuż, bagħat lil EUCAP Somalia indirizz komplet, li jinkludi n-numru tat-triq, f’żewġ formoli oħra, waħda dwar l-indikazzjoni tal-identità ta’ aventi kawża f’każ ta’ mewt, mibgħuta fl-istess ħin tal-formola dwar id-data personali ta’ kuntatt tiegħu, u l-oħra dwar id-dettalji bankarji tiegħu, mibgħuta permezz ta’ messaġġ elettroniku fil‑<DATE ISO="20190925">25 ta’ Settembru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Għalhekk, EUCAP Somalia setgħet, billi taġixxi b’mod diliġenti, tqiegħed lir-rikorrent f’pożizzjoni li jkun jaf b’mod utli bil-kontenut tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> billi tfittex l-indirizz komplet tiegħu, li kien jinsab fl-informazzjoni li huwa kien ipprovda. Għaldaqstant, fiċ-ċirkustanzi partikolari ta’ dan il-każ, EUCAP Somalia ma tistax tinvoka l-fatt li r-rikorrent bagħtilha, fil-formola dwar id-data personali ta’ kuntatt tiegħu, indirizz li ma jsemmix in-numru tat-triq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argumenti ta’ EUCAP Somalia bbażati fuq il-fajl tal-għajnuna legali tar-rikorrent, huwa minnu li minn dan il-fajl jirriżulta li r-rikorrent ibbenefika minn allowance tal-qgħad imħallsa mill-awtoritajiet Belġjani kompetenti għax-xahar ta’ Diċembru kollu. Madankollu, id-dokument li jikkostitwixxi l-prova ta’ dan il-ħlas huwa datat <DATE ISO="20200116">16 ta’ Jannar 2020</DATE>. Barra minn hekk, mill-qari tar-rimedju intern introdott mir-rikorrent fit‑<DATE ISO="20200102">2 ta’ Jannar 2020</DATE> jidher li, f’din id-data, huwa kien indika li ma kienx ibbenefika minn dawn l-allowances minħabba n-natura inkompleta tal-fajl amministrattiv tiegħu. Għaldaqstant, ma jistax jiġi eskluż li l-allowance tal-qgħad tħallset b’mod retroattiv sa minn data sussegwenti għat‑<DATE ISO="20200102">2 ta’ Jannar 2020</DATE>, u abbażi taċ-ċertifikat ta’ impjieg mibgħut minn EUCAP Somalia lir-rikorrenti fis‑<DATE ISO="20191216">16 ta’ Diċembru 2019</DATE>, li jsemmi data ta’ terminazzjoni tal-perijodu ta’ impjieg identika għal dik tat-terminazzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg imsemmija fl-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>. Għalhekk, minn dan il-ħlas retroattiv, ma jistax jiġi dedott b’ċertezza suffiċjenti li r-rikorrent seta’, qabel is‑16 jew it‑<DATE ISO="20191223">23 ta’ Diċembru 2019</DATE> jew saħansitra qabel it‑<DATE ISO="20200102">2 ta’ Jannar 2020</DATE>, jinforma lill-awtoritajiet Belġjani bid-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt kif ikkomunikata bl-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-komunikazzjoni mir-rikorrent lil EUCAP Somalia tad-dettalji kompleti tiegħu, fis‑<DATE ISO="20191126">26 ta’ Novembru 2019</DATE>, ma tippermettix li jitqies li, f’din id-data, huwa kien jaf bl-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>. Din it-tfakkira tar-rikorrent lil EUCAP Somalia sabiex jiżgura li kull komunikazzjoni kienet jew ser tkun mibgħuta lill-indirizz it-tajjeb, tista’ tiġi spjegata mill-kontenut tal-informazzjoni li huwa kien irċieva matul il-laqgħa tal‑<DATE ISO="20191014">14 ta’ Ottubru 2019</DATE>, li kien jimplika l-istennija tal-komunikazzjoni ulterjuri fir-residenza tiegħu ta’ deċiżjoni ta’ EUCAP Somalia. Fil-fatt, waqt din il-laqgħa, EUCAP Somalia informat lir-rikorrent li dan l-istadju ma kellux l-iskop, min-naħa tagħha, li tittieħed immedjatament deċiżjoni dwar il-kuntratt, iżda pjuttost kienet intiża sabiex tagħtih l-okkażjoni li jirċievi spjegazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ħajja fil-post tax-xogħol, sabiex tiġbor il-kummenti u l-mistoqsijiet tiegħu u tinformah li EUCAP Somalia kienet ser terġa’ tagħmel kuntatt miegħu fi żmien ġimgħa. Għalhekk, din il-komunikazzjoni ma tistax fiha nnifisha turi li r-rikorrent kien jaf bl-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> fid-data tas‑26 ta’ Novembru segwenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandu jiġi konkluż li EUCAP Somalia ma tipproduċix il-prova li r-rikorrent kien jaf b’mod utli, f’Novembru 2019, bil-kontenut tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>. Barra minn hekk mill-fajl jirriżulta li r-rikorrent tqiegħed f’pożizzjoni li jkun jaf b’mod utli biha fid-data tal‑<DATE ISO="20200131">31 ta’ Jannar 2020</DATE>, data li fiha l-imsemmija ittra ġiet effettivament ikkomunikata lilu minn EUCAP Somalia bħala anness tad-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200124">24 ta’ Jannar 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tad-data li fiha r-rikorrent sar jaf effettivament bil-kontenut tal-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, il-partijiet jaqblu li d-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt ġiet ikkomunikata lir-rikorrent bil-bgħit, lill-indirizz komplet tiegħu, ta’ din l-ittra, debitament riċevuta u miġjuba għall-għarfien tiegħu fil‑5 ta’ Diċembru segwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li d-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt, kif ikkomunikata bl-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, kienet miżura individwali li taffettwa sfavorevolment lir-rikorrent, dan tal-aħħar seta’ jipprevali mill-Artikolu 21.1 tal-kuntratt u jintroduċi rikors permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20200102">2 ta’ Jannar 2020</DATE>, liema rikors għandu jiġi kklassifikat bħala rimedju intern kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Peress li dan ir-rimedju intern ġie introdott mir-rikorrent fi żmien xahar minn meta sar jaf bl-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE> li tikkawżalu preġudizzju, b’konformità mal-Artikolu 21.1 tal-kuntratt, dan ir-rikors, ippreżentat b’konformità mal-Artikolu 22.2 tal-kuntratt, huwa ammissibbli. Għaldaqstant, għandha tiġi miċħuda l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma minn EUCAP Somalia f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑ksur li jaffettwa l‑atti ta’ komunikazzjoni tal‑avviż tat‑temm ta’ impjieg u d‑deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200124">24 ta’ Jannar 2020</DATE></HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fil-kuntest tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent ma jikkontestax id-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt fiha nnifisha, jew fi kliem ieħor, id-dritt ta’ EUCAP Somalia li tittermina r-relazzjoni ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Mill-banda l-oħra, ir-rikorrent jitlob li l-atti ta’ komunikazzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg, u sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200124">24 ta’ Jannar 2020</DATE>, jiġu ddikjarati nulli sa fejn jiksru diversi dispożizzjonijiet tal-kuntratt kif ukoll id-dritt tal-Unjoni, u jekk ikun il-każ, id-dritt nazzjonali applikabbli.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑atti ta’ komunikazzjoni tal‑avviż tat‑temm ta’ impjieg</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tiegħu li l-atti ta’ komunikazzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg jiġu ddikjarati nulli, ir-rikorrent jinvoka, essenzjalment, l-ewwel, il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, it-tieni, għal dak li jirrigwarda b’mod partikolari l-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>assenza ta’ effett u ta’ validità<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> ta’ din l-ittra kif ukoll il-ksur tal-Artikolu 21 tal-kuntratt u tad-dritt għal smigħ waqt il-proċedura ta’ rimedju intern, it-tielet, il-ksur tal-Artikolu 18.1 u tal-Artikolu 17.2 tal-kuntratt, u r-raba’, il-ksur tal-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Xogħol fil-każ li japplika d-dritt Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ser teżamina suċċessivament l-ewwel tliet motivi tar-rikorrent. Fir-rigward tar-raba’ motiv, dan ġie invokat, essenzjalment, insostenn tat-tieni u tat-tielet motiv u ser jiġi eżaminat f’dan il-kuntest.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑assenza ta’ validità u ta’ effett tal‑komunikazzjoni tad‑deċiżjoni li jiġi xolt il‑kuntratt permezz tal‑ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> u l‑ksur tad-dritt għal smigħ previst fl‑Artikolu 21 tal‑kuntratt</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Ir-rikorrent iqajjem in-nullità tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> peress li din kienet ikkomunikata lilu biss permezz tad-deċiżjoni li ċaħdet ir-rimedju intern tiegħu. Insostenn ta’ dan l-argument, minn naħa, huwa jinvoka li din l-ittra ma kinitx ikkomunikata lilu b’mod regolari u ma tissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ validità formali imposti f’dan ir-rigward mid-dritt Belġjan. Min-naħa l-oħra, huwa jinvoka ksur minn EUCAP Somalia tal-Artikolu 21 tal-kuntratt u tad-dritt għal smigħ waqt il-proċedura ta’ rimedju intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-regolarità tal-komunikazzjoni tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>, ir-rikorrent isostni li l-bgħit ta’ din l-ittra huwa irregolari sa fejn dan seħħ fit‑8 ta’ Novembru segwenti permezz ta’ ittra rreġistrata mibgħuta lil indirizz inkomplet. Huwa jżid li s-sempliċi prova tal-ħlas ta’ ittra rreġistrata ma hijiex suffiċjenti sabiex tistabbilixxi l-prova tal-bgħit, iżda li hija l-prova li l-ittra ġiet riċevuta li hija ta’ prova fid-dritt Belġjan. Barra minn hekk, il-komunikazzjoni sussegwenti minn EUCAP Somalia, f’Jannar 2020, tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> ma tiswiex bħala regolarizzazzjoni tal-bgħit inizjali ta’ din l-ittra lil indirizz żbaljat u għalhekk ma tistax tiġġustifika applikazzjoni retroattiva tal-avviż tat-temm ta’ impjieg li hija tistabbilixxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> għandha titqies nulla u bla effett u l-avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ tul ta’ ġimgħa li hija tistabbilixxi huwa vvizzjat minn nullità assoluta, u għalhekk mingħajr ma jista’ jkollu effett fid-data prevista, b’applikazzjoni tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 37(1) tal-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Xogħol. Ir-rikorrent jippreċiża wkoll li din in-nullità tirrigwarda biss il-komunikazzjoni tat-tkeċċija permezz ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg, mingħajr madankollu ma taffettwa l-eżistenza tat-tkeċċija, b’tali mod li l-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> ma tistax tiġi invokata sabiex tikkontesta t-talba tiegħu sabiex jingħata allowance kumpensatorja minflok avviż tat-temm ta’ impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, EUCAP Somalia tqis li r-rikorrent kien informat formalment bix-xoljiment tal-kuntratt peress li probabbilment kien irċieva l-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> wara l-bgħit tat‑8 ta’ Novembru segwenti. Barra minn hekk, hija targumenta li din l-ittra kienet ġiet ikkomunikata lir-rikorrent permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma ta’ rċevuta mibgħuta fl-indirizz li huwa stess kien indika fil-formola dwar id-data personali ta’ kuntatt mimlija fl‑<DATE ISO="20190810">10 ta’ Awwissu 2019</DATE>. Għalhekk, skont id-dritt industrijali Belġjan, u b’mod partikolari l-Artikolu 37(1) tal-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Xogħol, il-komunikazzjoni tal-imsemmija ittra kienet valida, sa fejn in-natura inkompeta tal-indirizz użat fuqha kien imputabbli lil nuqqas mhux skużabbli tar-rikorrent. Fi kwalunkwe każ, EUCAP Somalia ssostni li permezz tal-bgħit tal-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, hija rregolarizzat, b’konformità mad-dritt Belġjan, il-komunikazzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-kuntratt ma jinkludix dispożizzjonijiet apposta sabiex jirregola direttament il-parti tat-tilwima dwar l-osservanza ta’ regoli ta’ validità formali applikabbli għall-komunikazzjoni minn EUCAP Somalia lir-rikorrent tad-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt. Għaldaqstant, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 37 iktar ’il fuq, għandhom jiġu applikati r-regoli tad-dritt Belġjan sabiex tiġi eżaminata l-fondatezza tal-argumenti li r-rikorrent iressaq fil-kuntest ta’ dan il-motiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) tal-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Xogħol, moqri flimkien mal-Artikolu 37(1) ta’ din il-liġi, jipprovdi b’mod partikolari, li meta t-tkeċċija tingħata mill-persuna li timpjega, il-komunikazzjoni tagħha tista’ issir biss, taħt piena ta’ nullità, permezz ta’ ittra rreġistrata bil-posta, li tipproduċi l-effetti tagħha fil-jum ta’ xogħol segwenti għad-data li fiha tintbagħat, jew permezz ta’ marixxall.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabelxejn, hija l-persuna li timpjega li għandha tipprova li l-ittra rreġistrata tkun waslet lid-destinatarju tagħha. Meta l-komunikazzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg isir permezz ta’ ittra rreġistrata bil-posta, l-ittra għandha tintbagħat lill-indirizz preċiż. Jekk tintbagħat lil indirizz żbaljat, l-ittra rreġistrata ma jistax ikollha effett. L-ineffettività tal-komunikazzjoni ma tistax tkun koperta billi tintbagħat kopja tal-ittra lill-ħaddiem. Għalhekk, il-komunikazzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg imwettqa permezz ta’ ittra rreġistrata hija nulla jekk l-indirizz li jinsab fuq l-irċevuta ta’ depożitu ma huwiex preċiż (cour du travail de Bruxelles (il-Qorti Industrijali ta’ Brussell, il-Belġju), sentenza tas‑<DATE ISO="20161107">7 ta’ Novembru 2016</DATE>, Nru 2015/AB/742). Barra minn hekk, il-produzzjoni mill-persuna li timpjega ta’ prova ta’ ħlas ta’ ittra rreġistrata biss ma hijiex suffiċjenti (ara, f’dan is-sens, cour du travail de Bruxelles (il-Qorti Industrijali ta’ Brussell), sentenza tat‑<DATE ISO="20160422">22 ta’ April 2016</DATE>, Nru 2014/AB/765).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-avviż tat-temm ta’ impjieg għandu, taħt piena ta’ nullità, jiġi kkomunikat fl-aħħar indirizz li l-persuna li timpjega tkun taf bih (arbeidshof Brussel (il-Qorti Industrijali ta’ Brussell), sentenza tad‑<DATE ISO="20121019">19 ta’ Ottubru 2012</DATE>, Nru 2011/AB/1014). Fi kliem ieħor, jekk il-komunikazzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg saret f’indirizz żbaljat minkejja li l-persuna li timpjega kienet taf jew kellha tkun taf bl-indirizz il-ġdid, din il-komunikazzjoni hija irregolari u l-persuna li timpjega hija responsabbli għall-ħlas ta’ allowance minflok avviż tat-temm ta’ impjieg (cour du travail de Gand (il-Qorti Industrijali ta’ Gent, il-Belġju), sentenza tal‑<DATE ISO="20111114">14 ta’ Novembru 2011</DATE>, J.T.T. 2012, 1124, 1589). Madankollu, ma jistax jiġi allegat li persuna li timpjega ma kkonformatx ruħha mal-obbligu li tikkomunika l-avviż tat-temm ta’ impjieg lill-indirizz korrett meta l-bgħit twettaq lil indirizz żbaljat minħabba nuqqas jew negliġenza tal-ħaddiem (cour du travail de Liège (il-Qorti Industrijali ta’ Liège, il-Belġju), sentenza tat‑<DATE ISO="20050302">2 ta’ Marzu 2005</DATE>, J.T.T. 2005, 926, 383). F’dan ir-rigward, l-impjegat għandu jinforma fi żmien xieraq lill-persuna li timpjegah bi bdil tal-indirizz. Għalhekk, ġie deċiż li f’każ fejn il-ħaddiem ma pproduċiex il-prova li huwa kien avża lill-persuna li timpjegah bil-bdil tal-indirizz tiegħu, l-avviż tat-temm ta’ impjieg ikkomunikat lill-indirizz qadim tal-ħaddiem kien validu, b’tali mod li t-terminu tal-avviż tat-temm ta’ impjieg seta’ jiskadi fid-data stabbilita mill-persuna li timpjega (cour du travail de Liège (il-Qorti Industrijali ta’ Liège), sentenza tal‑<DATE ISO="20040114">14 ta’ Jannar 2004</DATE>, Nru 27.452-98). Madankollu, ma huwiex eskluż li l-persuna li timpjega tista’ tieħu inkunsiderazzjoni indikazzjonijiet jew indirizzi oħra pprovduti mill-impjegat f’kuntest ieħor (ara, f’dan is-sens, cour du travail de Liège (il-Qorti Industrijali ta’ Liège), sentenza tat‑<DATE ISO="20050302">2 ta’ Marzu 2005</DATE>, J.T.T. 2005, 926, 383).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-konsegwenza, fid-dritt Belġjan, ta’ żball imwettaq mill-persuna li timpjega fl-indirizz tal-impjegat użat waqt il-bgħit ta’ ittra ta’ xoljiment ta’ kuntratt ta’ xogħol hija n-nullità assoluta tal-avviż tat-temm ta’ impjieg indikat f’din l-ittra, li ma tistax tkun koperta mill-ħaddiem. F’dan il-każ, it-tkeċċija hija immedjata, ħlief jekk il-qorti tqis li l-partijiet irrinunzjaw għad-dritt tagħhom li jinvokaw it-tkeċċija immedjata (Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Belġju), sentenza tat‑<DATE ISO="20080128">28 ta’ Jannar 2008</DATE>, R.G. Nru S.07.0056.N; ara wkoll, cour du travail de Bruxelles (il-Qorti Industrijali ta’ Brussell), sentenza tas‑<DATE ISO="20161107">7 ta’ Novembru 2016</DATE>, Nru 2015/AB/742). Fi kliem ieħor, in-nullità tal-avviż tat-temm ta’ impjieg ma taffettwax l-eżistenza tat-tkeċċija (Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), sentenza tas‑<DATE ISO="19970106">6 ta’ Jannar 1997</DATE>, J.T.T. 1997, 119). Il-ħaddiem fil-pussess ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg null<?PAGE NO="16"?> jista’, minn meta jsir jaf bin-nullità tal-avviż tat-temm ta’ impjieg, b’mod partikolari, jinvoka t-tkeċċija u jeħtieġ il-ħlas immedjat tal-allowance kumpensatorja minflok avviż tat-temm ta’ impjieg, jew inkella jkompli bl-eżekuzzjoni tal-kuntratt sat-terminu tal-avviż tat-temm ta’ impjieg ikkomunikat irregolarment u jinvoka fl-iskadenza tiegħu d-dritt għal allowance kumpensatorja minflok avviż tat-temm ta’ impjieg (cour du travail de Liège (il-Qorti Industrijali ta’ Liège), sentenza tal‑<DATE ISO="20080115">15 ta’ Jannar 2008</DATE>, J.T.T. 2008, 1004, 160).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, sakemm il-ħaddiem ma jkunx invoka n-nullità tal-avviż tat-temm ta’ impjieg sabiex jinvoka t-tkeċċija immedjata, il-persuna li timpjega tista’ tikkomunikalu avviż tat-temm ta’ impjieg ġdid konformi mar-rekwiżiti legali (cour du travail de Liège (il-Qorti Industrijali ta’ Liège), sentenzi tal‑<DATE ISO="20080115">15 ta’ Jannar 2008</DATE>, R.G. Nru 8356/2007 u tas‑<DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Nru 2012/AL/332). Fil-każ parallel, b’konformità mal-Artikolu 37/1 tal-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Xogħol, it-terminu tal-avviż tat-temm ta’ impjieg jibda jiddekorri mit-Tnejn ta’ wara l-ġimgħa li matulha l-avviż il-ġdid tat-temm ta’ impjieg ikun ġie kkomunikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>L-ewwel, f’dan il-każ, ġie kkonstatat fil-punti 67 sa 78 iktar ’il fuq, minn naħa, li EUCAP Somalia ma pproduċietx il-prova tas-segwitu effettiv tal-komunikazzjoni tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>, b’mod partikolari bil-produzzjoni ta’ konferma ta’ rċevuta debitament iffirmata mir-rikorrent jew bid-depożitu ta’ avviż ta’ passaġġ għall-aħħar indirizz indikat minn dan tal-aħħar, u min-naħa l-oħra, li ma jistax jiġi stabbilit li din l-ittra ppermettiet lir-rikorrent ikollu għarfien utli, fid-data tat‑8 ta’ Novembru segwenti, tad-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt u tal-avviż tat-temm ta’ impjieg stabbilit għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, b’applikazzjoni tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 105 iktar ’il fuq, il-komunikazzjoni tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>, mibgħuta lil indirizz żbaljat, kif turi l-irċevuta ta’ bgħit li turi indirizz inkomplet, hija vvizzjata b’irregolarità li twassal għan-nullità assoluta tal-avviż tat-temm ta’ impjieg indikat f’din l-ittra, li ma tistax tiġi rregolarizzata bil-komunikazzjoni sussegwenti tal-imsemmija ittra minn EUCAP Somalia lir-rikorrent, fl‑<DATE ISO="20200124">24 ta’ Jannar 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>It-tieni, mill-punt 73 iktar ’il fuq jirriżulta wkoll li EUCAP Somalia bagħtet l-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> lil indirizz inkomplet, minħabba ommissjoni żbaljata, mir-rikorrent, li jsemmi n-numru tat-triq fil-formola dwar id-data personali ta’ kuntatt tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Huwa minnu li, skont id-dritt Belġjan imsemmi fil-punt 106 iktar ’il fuq, din l-ommissjoni żbaljata tar-rikorrent tista’ tkun ta’ natura li teżonera lil EUCAP Somalia mir-responsabbiltà tagħha li ma kkonformatx ruħha mal-obbligu li tikkomunika l-avviż tat-temm ta’ impjieg lill-indirizz preċiż tar-rikorrent. Madankollu, kif ġie kkonstatat fil-punt 74 iktar ’il fuq, ir-rikorrent kien, wara l-bgħit kontenzjuż, ikkomunika lil EUCAP Somalia l-indirizz komplet tiegħu f’formola dwar l-indikazzjoni tal-identità ta’ aventi kawża f’każ ta’ mewt, mibgħuta fl-istess ħin bħall-formola dwar id-data personali ta’ kuntatt tiegħu, kif ukoll f’formola dwar id-dettalji bankarji tiegħu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, EUCAP Somalia, li kellha aċċess għal din l-informazzjoni, setgħet tfittex l-indirizz l-iktar komplet tar-rikorrent fost l-informazzjoni l-oħra pprovduta minn dan tal-aħħar. Għalhekk, in-negliġenza tar-rikorrent ma hijiex, f’dawn iċ-ċirkustanzi, ta’ natura li teżonera lil EUCAP Somalia mir-responsabbiltà tagħha fl-irregolarità tal-komunikazzjoni tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>, u għaldaqstant, li tostakola n-nullità tal-avviż tat-temm ta’ impjieg stabbilit minn din l-ittra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>It-tielet, għandu jiġi enfasizzat li EUCAP Somalia indirizzat lir-rikorrent it-tieni ittra ta’ komunikazzjoni, fit‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, li kienet tinformah bid-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>wara li tagħti avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ tul ta’ ġimgħa u li [kien ser] jibda t-Tnejn <DATE ISO="20191209">9 ta’ Diċembru 2019</DATE><QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Ir-rikorrent ma jikkontestax li rċieva u sar jaf bil-kontenut ta’ din l-ittra, mibgħuta b’ittra rreġistrata lill-indirizz komplet tiegħu. Għalhekk, b’applikazzjoni tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 108 iktar ’il fuq, għandu jitqies li l-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE> tikkostitwixxi, fid-data li fiha rċevieha r-rikorrent, fil‑5 ta’ Diċembru segwenti, rettifika minn EUCAP Somalia tal-iżball li hija wettqet waqt il-komunikazzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg permezz tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-rikorrent, imqajjem fl-istadju tat-tweġibiet bil-miktub tiegħu għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali u li permezz tiegħu jikkontesta r-regolarità tat-tieni avviż tat-temm ta’ impjieg minħabba n-natura kundizzjonali tiegħu, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 84(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-produzzjoni ta’ motivi ġodda matul l-istanza hija pprojbita, sa fejn dawn il-motivi ma jkunux ibbażati fuq elementi ta’ liġi u ta’ fatt li joħorġu matul il-proċedura. Skont il-ġurispudenza, din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għall-ilmenti u għall-argumenti (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210714">14 ta’ Lulju 2021</DATE>, <NAME.CASE>AQ vs eu‑LISA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑164/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:456">EU:T:2021:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Madankollu, motiv jew argument, li jikkostitwixxu estensjoni ta’ motiv imressaq preċedentement, direttament jew impliċitament, fir-rikors promotur u li jkunu marbuta mill-qrib miegħu, għandhom jiġu ddikjarati ammissibbli (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211215">15 ta’ Diċembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Oltchim vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑565/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:904">EU:T:2021:904</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-argument fuq imsemmi ma huwiex ibbażat fuq elementi li ħarġu matul il-proċedura, u min-naħa l-oħra, li ma jippreżentax rabta stretta ma’ argument imressaq fir-rikors. Barra minn hekk, minkejja li dan l-argument tressaq fil-kuntest tat-tweġiba tar-rikorrent għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali, huwa għandu jitqies li jeċċedi l-iskop ta’ din il-mistoqsija (ara f’dan is-sens u b’analoġija, is-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190207">7 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>RK vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑11/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:65">EU:T:2019:65</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, dan l-argument għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Minn dawn l-elementi kollha jirriżulta li l-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> kienet ikkomunikata irregolarment minn EUCAP Somalia lir-rikorrent, sa fejn hija ma osservatx il-kundizzjonijiet ta’ validità formali stabbiliti f’dan ir-rigward mid-dritt Belġjan, li jwassal għan-nullità assoluta tal-avviż tat-temm ta’ impjieg li hija tistabbilixxi. Mill-banda l-oħra, jirriżulta wkoll li EUCAP Somalia rrettifikat dan l-iżball bil-komunikazzjoni, regolari, tal-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, li għalhekk tipproduċi l-effetti kollha tagħha fil-konfront tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jintlaqa’ l-motiv tar-rikorrent ibbażat fuq l-assenza ta’ validità u ta’ effett tal-komunikazzjoni permezz tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> tad-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt, insostenn tal-ewwel talba tiegħu, mingħajr il-bżonn li jiġi deċiż dwar l-argument ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 21 tal-kuntratt u fuq id-dritt kuntrattwali tiegħu għal smigħ. Fil-fatt, dan l-argument kien ġie mressaq insostenn tal-ewwel talba, li hija milqugħa. Barra minn hekk, ebda talba għad-danni ma hija marbuta ma’ dan l-allegat ksur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑ksur tal‑Artikoli 17.2 u 18.1 tal‑kuntratt</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Minn naħa, ir-rikorrent iqis li, ladarba huwa ma ġiex offrut il-possibbiltà li jaħdem effettivament, il-provvista ta’ xogħol tiegħu ma tistax titqies inadegwata u ma jistax jiġi konkluż li ma pproduċiex prova ta’ kwalitajiet professjonali suffiċjenti għall-pożizzjoni fis-sens tal-Artikolu 17.2 tal-kuntratt. Għalhekk, EUCAP Somalia kellha tapplika mhux l-Artikolu 17.2 tal-kuntratt, iżda l-Artikolu 18.1<?PAGE NO="18"?> tiegħu li jipprovdi d-dritt lil kull waħda mill-partijiet li ttemm il-kuntratt f’kull mument, bl-osservanza ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ xahar. Billi ddeċidiet li tapplika avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ ġimgħa, EUCAP Somalia kisret kemm it-termini tal-Artikolu 17.2 tal-kuntratt, li ma jipprovdix avviż tat-temm ta’ impjieg obbligatorju, kif ukoll tal-Artikolu 18.1 tiegħu, li jipprovdi avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ xahar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-rikorrent jenfasizza li d-dritt Belġjan jipprojbixxi, taħt piena ta’ nullità, deroga mill-projbizzjoni ta’ klawżoli ta’ perijodu ta’ prova fil-kuntratti ta’ xogħol sa mill‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>. Applikat għal dan il-każ, bħala prinċipju jwassal għan-nullità tal-Artikolu 17.2 tal-kuntratt, li fuqu bbażat ruħha EUCAP Somalia sabiex ixxolji l-kuntratt. Għaldaqstant, il-klawżola ta’ perijodu ta’ prova prevista fl-Artikolu 17.2 tal-kuntratt ma kellux ikollu effett u huwa biss l-Artikolu 18.1 tal-kuntratt, li jipprovdi avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ xahar, li kellu jiġi applikat. Barra minn hekk, ir-rikorrent ifakkar li l-allegata irregolarità tal-komunikazzjoni tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> kellha l-konsegwenza li twassal, b’applikazzjoni tad-dritt Belġjan, għan-nullità tal-avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ tul ta’ ġimgħa li hija tistabbilixxi. Ir-rikorrent isostni li, f’każ parallel, dan id-dritt jimplika t-terminazzjoni immedjata tal-kuntratt wara l-ħlas ta’ allowance kumpensatorja minflok avviż tat-temm ta’ impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Għalhekk, id-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt kif ikkomunikata mill-ittri tal‑4 ta’ Novembru u tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE> hija nulla għall-ksur kemm ta’ klawżoli kuntrattwali kif ukoll ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, EUCAP Somalia tfakkar li fil-mument tad-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt, ir-rikorrent kien jinsab f’perijodu ta’ prova għal tul ta’ tliet xhur, mit‑8 ta’ Settembru sat‑<DATE ISO="20191208">8 ta’ Diċembru 2019</DATE>. Għaldaqstant, l-Artikolu 17.2 tal-kuntratt kien jikkostitwixxi l-unika bażi kuntrattwali tad-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabelxejn, minkejja li EUCAP Somalia tirrikonoxxi li d-dritt industrijali Belġjan ma għadux jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-perijodu ta’ prova, madankollu hija tqis li l-Qorti Ġenerali ma tkunx fondata, meta l-ġurisdizzjoni tagħha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE, li ma tapplikax klawżola tal-kuntratt, anki jekk din il-klawżola tirriżulta kuntrarja għad-dritt nazzjonali applikabbli għall-kuntratt, peress li l-applikazzjoni ta’ klawżoli liberament konklużi bejnha u r-rikorrent għandhom jingħataw preċedenza. Għalhekk, għandu jiġi applikat l-Artikolu 17.2 tal-kuntratt minkejja l-għażla tad-dritt Belġjan bħala d-dritt applikabbli għall-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Sussegwentement, EUCAP Somalia tqis li ma wettqet ebda żball meta hija qieset li, abbażi ta’ dan l-artikolu, minħabba kontraindikazzjonijiet mediċi, ir-rikorrent ma kellux il-kapaċità fiżika neċessarja għall-eżekuzzjoni tajba tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hija tenfasizza li madankollu applikat id-dritt Belġjan fuq bażi supplimentarja u stabbilixxiet, f’dan il-kuntest, terminu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ ġimgħa, skont l-Artikolu 37(2) u l-Artikolu 40(2) tal-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Xogħol, minkejja li l-Artikolu 17.2 tal-kuntratt ma jimponilhiex dan. EUCAP Somalia ppreċiżat ukoll li l-mekkaniżmu stabbilit fl-Artikolu 17.2 tal-kuntratt, sa fejn jipprovdi l-possibbiltà li l-kuntratt jiġi tterminat unilateralment matul l-ewwel tliet xhur tar-relazzjoni kuntrattwali, jixbah id-dritt Belġjan li jippermetti t-terminazzjoni unilaterali ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat matul l-ewwel nofs taż-żmien miftiehem bil-kuntratt, b’limitu tal-ewwel sitt xhur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward tad-dritt Belġjan, applikabbli għall-kuntratt (ara l-punt 45 iktar ’il fuq), minn naħa, il-loi concernant l’introduction d’un statut unique entre ouvriers et employés en ce qui concerne les délais de préavis et le jour de carence ainsi que de mesures d’accompagnement (il-Liġi dwar l-Introduzzjoni ta’ Status Uniku bejn Ħaddiema u Persuni li Jimpjegaw Għal Dak li Jirrigwarda t-Termini ta’ Avviż tat-Temm ta’ Impjieg u l-Jum ta’ Stennija kif ukoll Miżuri ta’ Akkumpanjament), tas‑<DATE ISO="20131226">26 ta’ Diċembru 2013</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tal‑<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE>, p. 104147), ipprojbixxiet id-dritt li tiġi pprovduta, sa mill‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>, klawżola ta’ perijodu ta’ prova fil-kuntratti ta’ xogħol. Din il-projbizzjoni tapplika taħt piena ta’ nullità fir-rigward ta’ kull klawżola kuntrarja abbażi tal-Artikolu 6 tal-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Xogħol, li jipprovdi li kull dispożizzjoni kuntrarja għad-dispożizzjonijiet tal-liġi u għad-digriet ta’ implimentazzjoni tagħha hija nulla sa fejn tkun intiża sabiex tirrestrinġi d-drittijiet tal-ħaddiema jew taggrava l-obbligi tagħhom. Min-naħa l-oħra, hija introduċiet il-possibbiltà kemm għall-persuna li timpjega kif ukoll għall-ħaddiem, matul l-ewwel nofs tat-terminu previst minn kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat u f’limitu ta’ sitt xhur, li jitterminaw il-kuntratt wara l-osservanza tat-termini ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg il-ġodda, previsti fl-Artikolu 37/2(1) tal-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet legali Belġjani li jorganizzaw u jiżguraw il-protezzjoni tal-ħaddiema, huma għalhekk ta’ natura imperattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>It-tielet, huwa minnu li l-partijiet qablu liberament dwar l-eżistenza ta’ perijodu ta’ prova ta’ tliet xhur, mit‑8 ta’ Settembru sat‑<DATE ISO="20191208">8 ta’ Diċembru 2019</DATE>, u għal dan il-għan, ipprovdew fit-termini tal-Artikolu 17.2 tal-kuntratt, klawżola ta’ perijodu ta’ prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li din il-klawżola ta’ perijodu ta’ prova liberament maqbula bejn il-partijiet ma tipprovdix avviż tat-temm ta’ impjieg f’każ ta’ xoljiment tal-kuntratt matul il-perijodu ta’ prova kkunsidrat, u għalhekk tirrestrinġi d-drittijiet tar-rikorrent u testendi l-obbligi tiegħu bi ksur tal-Artikoli 6 u 37/2 tal-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mill-punt 45 iktar ’il fuq, l-imsemmija klawżola ta’ perijodu ta’ prova ma tistax, taħt piena ta’ nullità, tevita d-dispożizzjonijiet imperattivi tad-dritt sostantiv industrijali Belġjan applikabbli għall-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif essenzjalment jitlob ir-rikorrent, hemm lok li l-klawżola ta’ perijodu ta’ prova prevista bejn il-partijiet fl-Artikolu 17.2 tal-kuntratt tiġi ddikjarata nulla u tiġi eskluża l-applikazzjoni tagħha għall-finijiet li tiġi riżolta din it-tilwima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Għalhekk, minkejja li huwa minnu li l-applikazzjoni f’dan il-każ tal-Artikolu 40(2) tal-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Xogħol, moqri flimkien mal-Artikolu 37(1) u l-Artikoli 37/1 u 37/2 tal-imsemmija liġi, jimponu li EUCAP Somalia tosserva terminu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ tul ta’ ġimgħa, ir-rikorrent jappartjeni għall-kategorija ta’ ħaddiema b’inqas minn tliet xhur ta’ anzjanità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Madankollu, mill-qari konġunt tal-Artikoli 6, 37/2 u 40 tal-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Xogħol jirriżulta li l-partijiet kontraenti ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat jistgħu jipprevedu klawżola li tipprovdi li x-xoljiment ta’ dan il-kuntratt jibqa’ suġġett għal avviż tat-temm ta’ impjieg derogatorju itwal minn dak previst b’applikazzjoni tal-Artikolu 37/2 ta’ din il-liġi, peress li tali klawżola żżid id-drittijiet u tnaqqas l-obbligi tal-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ f’dan il-każ. Fil-fatt, għandu jitfakkar li l-Artikolu 18.1 tal-kuntratt, li t-termini tiegħu huma riprodotti fil-punt 5 iktar ’il fuq, kien jipprovdi l-possibbiltà ta’ terminazzjoni unilaterali tal-kuntratt wara l-osservanza ta’ terminu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ tul ta’ xahar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li EUCAP Somalia kellha tapplika l-avviż tat-temm ta’ impjieg ipprovdut fl-Artikolu 18.1 tal-kuntratt, peress li dan l-avviż tat-temm ta’ impjieg jagħti protezzjoni ikbar lir-rikorrent minn dak ta’ ġimgħa previst b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Għalhekk, il-motiv tar-rikorrent ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 17.2 u 18.1 tal-kuntratt għandu jiġi milqugħ, mingħajr ma huwa neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar l-argumenti supplimentari tar-rikorrent imressqa f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-konsegwenzi ta’ dan il-ksur fuq l-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, għandu jitfakkar li EUCAP Somalia kkomunikat b’mod regolari d-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt b’bgħit tal-ittra tat‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE> riċevuta mir-rikorrent fil‑5 ta’ Diċembru segwenti (ara l-punt 113 iktar ’il fuq). Għalhekk, id-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt saret regolari, valida u vinkolanti għar-rikorrent fil‑<DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE>, u din id-deċiżjoni saret definittiva fl-aħħar tal-avviż tat-temm ta’ impjieg applikabbli. Barra minn hekk, jirriżulta, essenzjalment, mill-Artikolu 40(2) tal-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Xogħol li, fid-dritt Belġjan, meta tkeċċija permezz ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg hija kkomunikata b’mod validu bil-miktub li jsemmi t-tul tal-avviż tat-temm ta’ impjieg, iżda dan it-tul huwa insuffiċjenti, l-avviż tat-temm ta’ impjieg ma huwiex null. Għalhekk, in-nuqqas ta’ osservanza tal-avviż tat-temm ta’ impjieg kuntrattwali jwassal għall-applikazzjoni taż-żmien ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ xahar kuntrattwalment previst fl-Artikolu 18.1 tal-kuntratt, minflok l-avviż tat-temm ta’ impjieg legali ta’ ġimgħa stabbilit minn din l-ittra.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni dwar il‑kawża kollha</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, minn naħa, għandhom jintlaqgħu l-motivi tar-rikorrent ibbażati fuq l-assenza ta’ validità u ta’ effett tal-komunikazzjoni permezz tal-ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> tad-deċiżjoni li jiġi xolt il-kuntratt u fuq il-ksur tal-Artikoli 17.2 u 18.1 tal-kuntratt. Għalhekk, għandu jiġi konkluż li r-rikorrent għandu dritt għar-remunerazzjoni tiegħu għall-perijodu ta’ bejn is‑26 ta’ Novembru u t‑<DATE ISO="20191208">8 ta’ Diċembru 2019</DATE> u għal allowance kumpensatorja minflok avviż tat-temm ta’ impjieg fuq din il-bażi. Għaldaqstant, ir-rikors huwa milqugħ għal dak li jirrigwarda l-ewwel u r-raba’ talba u miċħud għall-bqija. Min-naħa l-oħra, il-kontrotalba ta’ EUCAP Somalia, ippreżentata sussidjarjament, hija miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, kull parti telliefa għandha tbati l-ispejjeż, jekk issir talba f’dan is-sens. Peress li essenzjalment, EUCAP Somalia tilfet, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, skont it-talbiet tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL‑QORTI ĠENERALI (is-Seba’ Awla)</P><?PAGE NO="21"?><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-komunikazzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg li jinsab fl‑ittra tal‑<DATE ISO="20191104">4 ta’ Novembru 2019</DATE> hija nulla.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ix-xoljiment tal-kuntratt konkluż bejn EUCAP Somalia u JC fil‑<DATE ISO="20190821">21 ta’ Awwissu 2019</DATE> huwa regolari, validu u vinkolanti għal dan tal-aħħar mid-data tal‑<DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE> u jieħu effett definittiv fit-tmiem tal-avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ xahar mid‑<DATE ISO="20191209">9 ta’ Diċembru 2019</DATE> skont l-Artikolu 18.1 ta’ dan il-kuntratt.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">EUCAP Somalia hija kkundannata tħallas lil JC, minn naħa, somma korrispondenti għar-remunerazzjoni tiegħu, kif stabbilita fl-Artikolu 12.2 tal-imsemmi kuntratt, bl-esklużjoni tal-allowances ta’ kuljum previsti fl-Artikolu 15 tal-kuntratt, fir-rigward tal-perijodu ta’ bejn is‑26 ta’ Novembru u t‑<DATE ISO="20191208">8 ta’ Diċembru 2019</DATE> inklużi, u min-naħa l-oħra, somma korrispondenti għal allowance kumpensatorja minflok avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ xahar ugwali għal din ir-remunerazzjoni, fir-rigward tal-perijodu ta’ bejn id‑<DATE ISO="20191209">9 ta’ Diċembru 2019</DATE> u d‑<DATE ISO="20200109">9 ta’ Jannar 2020</DATE>, fejn dawn is-somom huma miżjuda bl-interessi bir-rata legali skont id-dritt Belġjan.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kontrotalba ta’ EUCAP Somalia hija miċħuda.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">6)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">EUCAP Somalia hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Da Silva Passos</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Truchot</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Sampol Pucurull</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-mifuħ fil-Lussemburgu, fit‑<DATE ISO="20220713">13 ta’ Lulju 2022</DATE>.</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>