|
31.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 130/2010
tal-10 ta’ Diċembru 2010
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni), l-Anness XIII (Trasport) u l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (1). |
|
(2) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 123/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (2). |
|
(3) |
L-Anness XIV tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (3). |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/63/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 dwar il-kompetizzjoni fis-swieq ta’ tagħmir tat-terminals tat-telekomunikazzjonijiet (Verżjoni kodifikata) (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 169/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni (Verżjoni kodifikata) (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(6) |
Id-Direttiva 2008/63/KE tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 88/301/KEE (6) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim, |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 169/2009 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1017/68 (7), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1490/2007 (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 954/79 (9), li huwa inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim. |
|
(9) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 (10) iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/86 (11) b’perjodu tranżitorju ta’ sentejn għal ċerti dispożizzjonijiet. Il-perjodu ta’ sentejn skada u ż-żewġ atti, li ġew inkorporati fil-Ftehim, konsegwentement issa għandhom jitħassru skont il-Ftehim. Ir-Regolament (KE) Nru 1419/2006 għandu jitħassar skont l-Annessi XIII u XIV, iżda r-referenza għall-att fil-protokoll 21 tal-Ftehim se tibqa’ peress li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (12). |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/1999 tat-30 ta’ April 1999 (13) tħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1629/69 (14), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1630/69 (15), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4260/88 (16) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4261/88 (17) skont il-Protokoll 21 tal-Ftehim. L-istess atti għandhom jitħassru wkoll skont l-Anness XIII tal-Ftehim. |
|
(11) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1459/2006 skada u konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim, (18) |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 4zzo (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/631/KE) tal-Kapitolu XVIII tal-Anness II tal-Ftehim:
|
“4zzp. |
32008 L 0063: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/63/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 dwar il-kompetizzjoni fis-swieq ta’ tagħmir tat-terminals tat-telekomunikazzjonijiet (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 20) (19). |
(19) Elenkati hawnhekk għal skopijiet ta’ informazzjoni biss. Għall-applikazzjoni, ara l-Anness XIV dwar il-Kompetizzjoni.” "
Artikolu 2
L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 7 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1017/68) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “ 32009 R 0169: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 169/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz tal-passaġġi tal-ilma interni (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 61, 5.3.2009, p. 1) (20). (20) Elenkati hawnhekk għal skopijiet ta’ informazzjoni biss. Għall-applikazzjoni, ara l-Anness XIV dwar il-Kompetizzjoni.” " |
|
2. |
It-test tal-punti 8 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1629/69), 9 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1630/69), 50 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/86), 50a (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1419/2006), 51 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4260/88), 52 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 954/79) u 61 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4261/88) għandu jitħassar. |
Artikolu 3
L-Anness XIV tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 10 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1017/68) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “ 32009 R 0169: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 169/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz tal-passaġġi tal-ilma interni (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 61, 5.3.2009, p. 1).” |
|
2. |
It-test tal-punti 11 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/86), 11d (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006) u 11e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1459/2006) għandu jitħassar. |
|
3. |
L-intestatura “H. IMPRIŻI PUBBLIĊI” għandha tinbidel b’“H. TEKNOLOĠIJI TAL-INFORMAZZJONI U TAL-KOMUNIKAZZJONI”. |
|
4. |
It-test tal-punt 12 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 88/301/KEE) għandu jinbidel b’dan li ġej: “ 32008 L 0063: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/63/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 dwar il-kompetizzjoni fis-swieq ta’ tagħmir tat-terminals tat-telekomunikazzjonijiet (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 20).” |
Artikolu 4
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 169/2009 u d-Direttiva 2008/63/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2010, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(3) ĠU L 277, 21.10.2010, p. 44.
(4) ĠU L 162, 21.6.2008, p. 20.
(6) ĠU L 131, 27.5.1988, p. 73.
(7) ĠU L 175, 23.7.1968, p. 1.
(8) ĠU L 332, 18.12.2007, p. 1.
(9) ĠU L 121, 17.5.1979, p. 1.
(10) ĠU L 269, 28.9.2006, p. 1.
(11) ĠU L 378, 31.12.1986, p. 4.
(13) ĠU L 284, 9.11.2000, p. 38.
(14) ĠU L 209, 21.8.1969, p. 1.
(15) ĠU L 209, 21.8.1969, p. 11.
(16) ĠU L 376, 31.12.1988, p. 1.
(17) ĠU L 376, 31.12.1988, p. 10.
(18) ĠU L 272, 3.10.2006, p. 3.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.