31987R4143



Official Journal L 388 , 31/12/1987 P. 0001 - 0012


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4143/87

ta' l-14 ta' Diċembru 1987

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Mawritanja u l-adozzjoni ta' disposizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEI,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, u partikolarment l-Artikolu 155(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Komunità u l-Mawritanja nnegozjaw Ftehim, li daħal fis-seħħ fl-14 ta' Mejju 1987, dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Mawritanja, li jipprovdi għall-opportunitajiet tas-sajd għas-sajjieda mill-Komunità mkabbra fl-ibħra li fuqhom il-Mawritanja għandha s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni;

Billi, skond l-Artikolu 155(2)(b) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, il-Kunsill huwa meħtieġ li jistabbilixxi l-proċeduri xierqa sabiex jieħu f'kunsiderazzjoni l-interessi kollha jew parti minnhom tal-Gżejjer Kanarji meta jadotta deċiżjonijiet, għal kull każ, b'mod partikolari bil-ħsieb għal konklużjoni ta' ftehim tas-sajd oħra b'pajjiżi terzi; billi dawn l-imsemmija proċeduri għandhom jiġu ddeterminati f'dan il-każ partikolari;

Billi huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dan l-Ftehim,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Mawritanja huwa hawnhekk approvat fl-isem tal-Komunità.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni l-interessi tal-Gżejjer Kanarji, il-Ftehim u, sa fejn huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni tiegħu, id-disposizzjonijiet tal-politka tas-sajd komuni dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi tas-sajd għandhom jgħoddu wkoll għad-dgħajjes li jbaħħru taħt il-bandiera ta' Spanja li huma rreġistrati fuq bażi permanenti fir-reġistri ta' l-awtoritajiet kompetenti fuq livell lokali (registros de base) fil-Gżejjer Kanarji kif din ir-reġistrazzjoni hija definita fin-Nota 6 ta' l-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 570/86 ta' l-24 ta' Frar 1986 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "Prodotti li joriġinaw" u l-metodi ta' koperazzjoni amminstrattiva fil-kummerċ bejn it-territorju tad-doganali tal-Komunità, Ceuta u Melilla u tal-Gżejjer Kanarji [3].

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuni bil-poter li jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunitá.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

Lars P. Gammelgaard

[1] ĠU C 269, tat-8.10.1987, pġ. 7.

[2] ĠU C 305, tas-16.11.1987.

[3] ĠU L 56, ta' l-1.3.1986, pġ. 1

--------------------------------------------------