<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-912/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0912</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:173">EU:C:2021:173</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210304">4.3.2021</DATE> – Kawża C‑912/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Agrimotion</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20210304">4 ta’ Marzu 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1107/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 52(1)</KEYWORD><KEYWORD>Permess ta’ kummerċ parallel</KEYWORD><KEYWORD>Natura personali ta’ dan il-permess</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑912/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20191204">4 ta’ Diċembru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20191213">13 ta’ Diċembru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Agrimotion S.A.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">ADAMA Deutschland GmbH,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn N. Piçarra, President tal-Awla, S. Rodin (Relatur) u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Agrimotion S.A., minn C. Schmalschläger, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal ADAMA Deutschland GmbH, minn K. Welkerling, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Castilla Contreras, B. Eggers u I. Naglis, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE> dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 309, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Agrimotion S.A. u ADAMA Deutschland GmbH dwar il-kummerċjalizzazzjoni, mill-ewwel waħda, ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 8 u 9 tar-Regolament Nru 1107/2009:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(8)</NO.P><TXT>L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jassigura livell għoli ta’ protezzjoni kemm tas-saħħa tal-bniedem kif ukoll dik tal-annimali u tal-ambjent u fl-istess ħin li jissalvagwardja l-kompetittività tal-agrikoltura Komunitarja. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Sabiex jitneħħew, safejn huwa possibbli, l-ostakoli għall-kummerċ fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jeżistu minħabba l-livelli differenti ta’ protezzjoni fl-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi wkoll regoli armonizzati għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti gall-protezzjoni tal-pjanti, inklużi r-regoli dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet u dwar il-kummerċ parallel. L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa għalhekk li jiżdiedu l-moviment liberu ta’ tali prodotti u d-disponibbiltà ta’ dawn il-prodotti fl-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III tar-Regolament Nru 1107/2009, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>[p]rodotti għall-protezzjoni tal-pjanti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jinkludi żewġ taqsimiet. It-Taqsima 1, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, hija fiha nnifisha maqsuma f’sitt subtaqsimiet. Is-subtaqsimiet 1, 2 u 5 huma intitolati, rispettivament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Rekwiżiti u kontenut<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Proċedura<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Każijiet speċjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 28 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u għall-użu<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, li jinsab taħt is-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu III:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="028.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti m’għandux jitqiegħed fis-suq jew jintuża ħlief jekk ikun ġie awtorizzat fl-Istat Membru kkonċernat skont dan ir-Regolament.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>B’deroga mill-paragrafu 1, l-ebda awtorizzazzjoni m’għandha tkun meħtieġa fil-każijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għalihom ingħata permess kummerċjali parallel [permess ta’ kummerċ parallel] skont l-Artikolu 52.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew emenda ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, li jinsab fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu III, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Applikant li jixtieq iqiegħed fis-suq prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għandu japplika għal awtorizzazzjoni jew emenda ta’ awtorizzazzjoni huwa stess jew permezz ta’ rappreżentant, għand kull Stat Membru fejn hemm il-ħsieb li dak il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jitqiegħed fis-suq.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 52 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kummerċ parallel<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li jinsab fis-Subtaqsima 5 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu III, jistabbilixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun awtorizzat fi Stat Membru wieħed (Stat Membru ta’ oriġini) jista’, soġġett għall-għoti ta’ permess kummerċjali parallel [permess ta’ kummerċ parallel], jiġi introdott, imqiegħed fis-suq jew użat fi Stat Membru ieħor (Stat Membru ta’ introduzzjoni), jekk dan l-Istat Membru jiddetermina li l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti huwa identiku fil-kompożizzjoni għal prodott għall-protezzjoni tal-pjanti diġà awtorizzat fit-territorju tiegħu (prodott ta’ referenza). L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ introduzzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>ADAMA Deutschland, impriża stabbilita fil-Ġermanja, tikkummerċjalizza f’dan l-Istat Membru prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għalihom hija kisbet awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq. Hija tiddistribwixxi wkoll dawn il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fi Stati Membri oħra, li fihom Agrimotion, impriża stabbilita fil-Polonja, tixtrihom sabiex tintroduċihom mill-ġdid u tikkummerċjalizzahom fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Qabel ma tintroduċi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fil-Ġermanja, Agrimotion twettaq ittikkettjar mill-ġdid tagħhom, billi tindika b’mod partikolari l-isem ta’ Agrimotion, l-isem il-ġdid tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, l-isem tal-prodott ta’ referenza diġà awtorizzat fil-Ġermanja u l-isem tad-detentur tal-permess ta’ kummerċ parallel fil-Ġermanja, f’dan il-każ Bernbeck LLP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Peress li qieset li Agrimotion ma kinitx awtorizzata tikkummerċjalizza l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti inkwistjoni fil-kawża prinċipali fil-Ġermanja, billi d-detentriċi tal-permess ta’ kummerċ parallel kienet Bernbeck, u mhux Agrimotion, ADAMA Deutschland ippreżentat rikors quddiem il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) sabiex din il-kumpannija tiġi ordnata twaqqaf il-kummerċjalizzazzjoni tal-imsemmija prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf) laqgħet din it-talba u kkonstatat l-obbligu tal-konvenuta li tikkumpensa d-dannu mġarrab minn ADAMA Deutschland. Din il-qorti bbażat ruħha fuq il-fatt li Agrimotion ma setgħetx tinvoka l-permess ta’ kummerċ parallel mogħti lil Bernbeck, peress li tali permess għandu, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(4) tar-Regolament Nru 1107/2009, natura personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Agrimotion appellat minn din id-deċiżjoni quddiem l-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), billi sostniet li, skont il-pożizzjoni legali espressa mill-awtorità kompetenti Ġermaniża, jiġifieri l-Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (l-Uffiċċju Federali tal-Protezzjoni tal-Konsumaturi u tas-Sigurtà tal-Ikel,<?PAGE NO="4"?> il-Ġermanja), u l-prassi segwita fi Stati Membri oħra, hija tista’ tinvoka l-permess ta’ kummerċ parallel mogħti lil Bernbeck, peress li l-isem ta’ din il-kumpannija tal-aħħar jidher fuq it-tikketta l-ġdida mwaħħla fuq il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1107/2009 għandux jiġi interpretat favur it-teżi difiża minn Agrimotion.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Hija tenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Escalier u Bonnarel</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑260/06 u C‑261/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:659">EU:C:2007:659</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.), li, fid-dawl tal-perikolu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u tar-riskji marbuta mal-użu tagħhom, in-neċessità li tiġi vverifikata b’mod effikaċi u affidabbli l-osservanza tar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="19910715">15 ta’ Lulju 1991</DATE> li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332), setgħet tiġġustifika n-natura personali ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq. Issa, parti mill-ġurisprudenza u mid-duttrina Ġermaniżi jqisu li din il-ġurisprudenza tapplika wkoll taħt ir-Regolament Nru 1107/2009, li ħassar u ssostitwixxa d-Direttiva 91/414, b’mod partikolari għaliex it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(4) ta’ dan ir-regolament jipprevedi l-possibbiltà li jingħataw diversi permessi ta’ kummerċ parallel għall-istess prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji fir-rigward ta’ din il-pożizzjoni, billi tenfasizza li r-Regolament Nru 1107/2009 għandu bħala għan, kif jirriżulta mill-premessa 9 tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>jitneħħew, safejn huwa possibbli, l-ostakoli għall-kummerċ fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jeżistu minħabba l-livelli differenti ta’ protezzjoni fl-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’sitwazzjoni fejn, bħal f’dan il-każ, l-impriża li tqiegħed fis-suq il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti inkwistjoni ma hijiex dik li lilha nħareġ il-permess ta’ kummerċ parallel, l-indikazzjoni tad-detentur tal-permess ta’ kummerċ parallel fuq it-tikketta ta’ dan il-prodott tista’ tippermetti li tiġi vverifikata b’mod effikaċi u affidabbli l-osservanza tar-rekwiżiti legali marbuta mal-perikolu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u tar-riskji tal-użu tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tindika li, f’ċerti Stati Membri, id-dokumenti relatati mal-permess ta’ kummerċ parallel jiddistingwu bejn id-detentur tal-awtorizzazzjoni u l-importatur tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Impriża li tqiegħed fis-suq, fl-Istat Membru ta’ introduzzjoni, prodott għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat fl-Istat Membru ta’ oriġini tista’ tinvoka permess kummerċjali parallel [permess ta’ kummerċ parallel] mogħti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ introduzzjoni lil impriża terza meta kontenituri li fihom il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jinżamm u li fihom jitqiegħed fis-suq fl-Istat Membru ta’ introduzzjoni jindikaw id-detentur tal-permess kif ukoll l-impriża importatriċi? Jekk jeżistu rekwiżiti supplimentari, liema huma?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1107/2009 għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa biss id-detentur ta’ permess ta’ kummerċ parallel li jista’ jqiegħed prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fis-suq tal-Istat Membru li jkun ta dan il-permess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun awtorizzat fi Stat Membru jista’, suġġett għall-għoti ta’ permess ta’ kummerċ parallel, jiġi introdott, imqiegħed fis-suq jew użat fi Stat Membru ieħor jekk dan tal-aħħar jiddetermina li l-kompożizzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti hija identika għal dik ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti diġà awtorizzat fit-territorju tiegħu (prodott ta’ referenza).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni teħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha kif ukoll l-istruttura ġenerali, l-għanijiet u l-iskop tal-att li minnu hija tagħmel parti. L-oriġini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni tista’ wkoll tipprovdi elementi rilevanti għall-interpretazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>A <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Eoliċi f’Aalter u f’Nevele)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑24/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:503">EU:C:2020:503</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kliem tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1107/2009, dan waħdu ma jippermettix li tingħata risposta għall-kwistjoni dwar jekk din id-dispożizzjoni għandhiex tiġi interpretata fis-sens li huwa biss id-detentur ta’ permess ta’ kummerċ parallel li jista’ jqiegħed prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fis-suq tal-Istat Membru li jkun ta dan il-permess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kemm l-istruttura ġenerali u l-għan ta’ dan ir-regolament kif ukoll l-oriġini tal-Artikolu 52(1) tiegħu jiġġustifikaw li tiġi adottata tali interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, għal dak li jirrigwarda l-istruttura ġenerali tar-Regolament Nru 1107/2009, għandu jiġi osservat li s-Subtaqsima 2, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Proċedura<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, tat-Taqsima 1, hija stess intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, tal-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament jirregola l-proċedura ordinarja ta’ eżami tat-talbiet intiżi għat-tqegħid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fis-suq ta’ Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 33 tal-imsemmi regolament, li jagħmel parti mis-Subtaqsima 2, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>[a]pplikant li jixtieq iqiegħed fis-suq prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għandu japplika għal awtorizzazzjoni jew emenda ta’ awtorizzazzjoni huwa stess jew permezz ta’ rappreżentant, għand kull Stat Membru fejn hemm il-ħsieb li dak il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jitqiegħed fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għandha natura personali, b’tali mod li ma tistax tiġi ttrasferita mid-detentur tagħha lil persuna oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-istess jgħodd għal dak li jirrigwarda l-permess ta’ kummerċ parallel imsemmi fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1107/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, is-Subtaqsima 5, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Każijiet speċjali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, li fiha jinsab dan l-Artikolu 52(1), tifforma parti mill-istess taqsima bħall-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 1107/2009, jiġifieri t-Taqsima 1 tal-Kapitolu III tiegħu. Barra minn hekk, mill-Artikolu 28(2)(e) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li<?PAGE NO="6"?> l-Artikolu 52 tiegħu jikkostitwixxi deroga mir-regola ġenerali li tgħid li prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ jitqiegħed fis-suq jew jintuża biss jekk ikun ġie awtorizzat fl-Istat Membru kkonċernat. Konsegwentement, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata b’mod strett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1107/2009 ma jipprevedix li persuna li ma hijiex id-detentriċi tal-permess ta’ kummerċ parallel tista’ tqiegħed prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fis-suq tal-Istat Membru ta’ introduzzjoni. Għaldaqstant, għandu jitqies li dan il-permess għandu natura personali, bħall-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-applikazzjoni tas-sistema tal-kummerċ parallel imsemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1107/2009 tiddependi mill-applikazzjoni tas-sistema ta’ awtorizzazzjoni prevista b’mod partikolari fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-regolament, peress li, skont id-dispożizzjoni tal-ewwel, il-permess ta’ kummerċ parallel jista’ jingħata biss għal prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li l-kompożizzjoni tiegħu tkun identika għal dik ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti diġà awtorizzat fit-territorju tal-Istat Membru ta’ introduzzjoni, b’mod li dan il-prodott jissejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>prodott ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> mill-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Jekk il-permess ta’ kummerċ parallel kellu jitqies li ma għandux natura personali, dan ikun iwassal sabiex tiġi ppreġudikata l-koerenza tal-imsemmi regolament, sa fejn persuna li ma hijiex detentriċi ta’ tali permess tkun tista’ tintroduċi fis-suq ta’ Stat Membru prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li huwa biss id-detentur tal-awtorizzazzjoni relatata mal-prodott ta’ referenza għal dan l-istess suq li għandu d-dritt iqiegħed dan il-prodott fl-imsemmi suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1107/2009 fis-sens li l-permess ta’ kummerċ parallel għandu natura personali hija kkorroborata mill-premessi 8 u 9 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont dawn il-premessi, ir-Regolament Nru 1107/2009 għandu l-għan li jiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent u, fl-istess ħin, li jippreżerva l-kompetittività tal-agrikoltura tal-Unjoni Ewropea kif ukoll li jżid il-moviment liberu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u d-disponibbiltà tagħhom fl-Istati Membri billi jelimina d-differenza fil-livelli ta’ protezzjoni fl-Istati Membri u billi jarmonizza b’mod partikolari r-regoli dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet u l-kummerċ parallel ta’ dawn il-prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikonoxximent ta’ natura personali lill-permess ta’ kummerċ parallel ma jikkontribwixxix biss għall-għan li jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll tal-ambjent, iżda jaqa’ kompletament fil-loġika tal-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-kummerċ parallel imwettqa mir-Regolament Nru 1107/2009 sabiex jiżdied il-moviment liberu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Escalier u Bonnarel</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑260/06 u C‑261/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:659">EU:C:2007:659</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, essenzjalment, li n-natura personali tal-permess ta’ kummerċ parallel hija ġġustifikata, b’mod partikolari, min-neċessità li jiġi evitat kull riskju ta’ użu żbaljat jew abbużiv tal-prodott inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li din is-sentenza ngħatat taħt id-Direttiva 91/414, u mhux taħt ir-Regolament Nru 1107/2009, mill-oriġini ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari mill-punt 3.2 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew tat‑<DATE ISO="20080922">22 ta’ Settembru 2008</DATE> dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u<?PAGE NO="7"?> tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (KUMM(2008) 578 finali), jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ħa inkunsiderazzjoni l-imsemmija sentenza meta adotta r-Regolament Nru 1107/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda tal-qorti tar-rinviju hija li l-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1107/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biss id-detentur ta’ permess ta’ kummerċ parallel li jista’ jqiegħed prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fis-suq tal-Istat Membru li jkun ta dan il-permess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 52(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE> dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biss id-detentur ta’ permess ta’ kummerċ parallel li jista’ jqiegħed prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fis-suq tal-Istat Membru li jkun ta dan il-permess.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>