|
16.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/14 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10220 — TPG CAPITAL/AT&T/AT&T US VIDEO BUSINESS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 133/11)
1.
Fis-7 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
TPG Capital (“TPG”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
AT&T Inc. (“AT&T”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
in-negozju tal-videos ta’ AT&T fl-Istati Uniti tal-Amerka (l-Istati Uniti tal-Amerka). |
TPG u AT&T jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tan-negozju tal-videos ta’ AT&T fl-Istati Uniti tal-Amerka.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
TPG: ditta ta’ investiment privat li tiġġestixxi familja ta’ fondi, li tinvesti f’varjetà ta’ kumpaniji madwar id-dinja permezz ta’ akkwisti u ristrutturar korporattiv, |
|
— |
AT&T: tforni servizzi ta’ telekmunikazzjonijiet, tal-media u tat-teknoloġija. AT&T bħalissa hija proprjetarja tan-negozju tal-videos tal-AT&T fl-Istati Uniti tal-Amerka, |
|
— |
in-negozju tal-videos tal-AT&T fl-Istati Uniti tal-Amerka: iforni servizzi ta’ xandir dirett bis-satellita, servizzi ta’ multikanali televiżivi u servizzi tal-video diġitali lil klijenti fl-Istati Uniti tal-Amerka. In-negozju tal-videos tal-AT&T fl-Istati Uniti tal-Amerka jbigħ ukoll riklamar fuq il-pjattaform tiegħu tad-distribuzzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10220 — TPG CAPITAL/AT&T/AT&T US VIDEO BUSINESS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).